Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 SALBIERAĦ wara nofsinhar petizzjoni kontra l-ħinijiet estiżi tal-kaċċa fil- Park tal-Majjistral kellha 4,300 firma. Il-petizzjoni li qed titmexxa onlajn qed titlob lill-Gvern biex ireġġa' lura d-deċiżjoni li jestendi l-ħinijiet tal-kaċċa f 'dan il-Park sa aktar mill-10 am. Din hija t-tielet estensjoni fil-ħinijiet tal-kaċċa f 'dan il-park. Minn xejn kaċċa, għal kaċċa sad-disgħa ta' filgħodu, imbagħad sal-10 am u issa lil hinn mill-10 am. Aktar kmieni din il- ġimgħa l-Parlament approva emenda li tressqet mill- Partit Nazzjonalista għall- mozzjoni li oriġinarjament kienet imressqa mill-Partit Demokratiku dwar il-ħinijiet permissibbli għall-kaċċa fil-Park tal-Majjistral. Il- mozzjoni oriġinali tal-Partit Demokratiku kif imressqa minn Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia kienet qed titlob li ma jiġix estiż il-ħin allokat għall-kaċċa fil-Park tal-Majjistral, kif kien qed ipproponi l-Partit Laburista. Il-mozzjoni oriġinali kienet tgħid li l-ħinijiet tal-kaċċa fil- Park tal-Majjistral, li hija żona ta' wirt ambjentali u ekoloġiku importanti, għandhom jibqgħu kif inhuma. Fil- Parlament Marlene Farrugia sostniet li dan kien il-bilanċ li kien hemm bżonn u li dan il-Gvern, biż-żieda fil-ħinijiet tal-kaċċa, ddeċieda li jkisser. Il-Partit Nazzjonalista ressaq emenda biex minflok, tinfetaħ konsultazzjoni dwar il-ħinijiet il-ġodda tal-kaċċa li kienu aġġustati f 'Ottubru. L-emenda tal-Partit Nazzjonalista iżda proponiet li ssir konsultazzjoni wiesgħa fuq l-estensjoni tal-ħinijiet mingħajr ma ċċanfar id- deċiżjoni tal-Gvern. Dan wassal għal dibattitu ferm imqanqal fil-Kamra tar- Rappreżentanti bejn id- Deputati tal-partiti politiċi. L-emenda kienet approvata fis-seduta tat- Tnejn filgħodu filwaqt li l-mozzjoni kif emendata reġgħet ġiet approvat wara li Godfrey Farrugia talab għal 'division' u b'kollox 62 deputat ivvutaw favur u 2 ivvutaw kontra. Dan kien ifisser li d-deputati min- naħa tal-Gvern u tal-Partit Nazzjonalista vvutaw kollha favur. Barra Joe Mizzi u Silvio Grixti għall-Partit Laburista u Edwin Vassallo għall-Partit Nazzjonalista, li ma kienux preżenti fil- Kamra fil-ħin tal-votazzjoni. Waqt id-diskussjoni fis-seduta ta' filgħodu tal- Parlament, il-Partit Laburista kien qabel mal-pożizzjoni li ttieħdet mill-Partit Nazzjonalista. Għalhekk dan ifisser li l-kaċċa fil- Park Majjistral issa se jkun possibbli li tibqa' għaddejja wara l-10 ta' filgħodu sa' ħin li għad irid jiġi stabbilit wara l-konsultazzjoni. Din se tkun t-tielet darba li l-ħin għall-kaċċa se jiġi estiż f 'dan il-park. Dan meta seta' jibda jsir kaċċa sad-9 ta' filgħodu, imbagħad sal-10 ta' filgħodu u issa se terġa' ssir estensjoni sa' ħin wara l-10 ta' filgħodu. Ovvjament dan il-vot fil-Parlament wassal ukoll reazzjonijiet mill-entitajiet fosthom il-Birdlife Malta li enfasizzaw kif iż-żewġ partiti ħadu lill-pajjiż lura għal żmien l-'istatus quo' ta' qabel l-2004. L-NGO kkritikat lill-Gvern li jitkellem dwar il-ħarsien tal-liġu u minflok fi kliemha qed juri id tal- ħadid maż-żgħir u jħalli sitwazzjoni fejn kulħadd jagħmel li jrid għal min hu mdorri jgħajjat u jsabbat. Birdlife Malta nsistiet li fid- diskors tiegħu, il-Ministru José Herrera wera' li ma jifhimx it-tifsira ta' park nazzjonali u sit Natura 2000 għaliex fi kliem l-NGO hemm bżonn ta' ħarsien tan-natura u mhux il-qerda tal-biodiversitá. Fl-stqarrija tagħha, Birdlife Malta qalet li tinsab iddiżappuntata wkoll mid-Deputati Nazzjonalisti għax ma kellhomx il-kuraġġ li jesprimu ruħhom quddiem il-Kap tal-partit tagħhom. Ir-reazzjoni tal- Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) kienet waħda ta' kritika fil-konfront tal- Birdlife u sostniet li Birdlife Malta m'għandhix fiduċja fil-membri parlamentari. L-FKNK qalet li kien xieraq li titneħħa r-restrizzjoni fil- limitu tal-ħin permissibbli għall-kaċċa fil-park, li kien hemm sa' mill-2013. Dwar il-konsultazzjoni pubblika, l-FKNK fakkret li qatt ma saret f 'każijiet simili, lanqas f 'każijiet tal-Avviż Legali fejn kienu ġew imposti multi u pieni, li l-FKNK ddeskriviet bħala esaġerati u nġusti. Dwar ir-riżultat tal- vot, il-Federazzjoni tal- Park tal-Majjistral, li hija magħmula minn Nature Trust Malta, Din l-Art Ħelwa u l-Fondazzjoni Gaia esprimew lilhom infushom mistagħġba bid- deċiżjoni taż-żewġ partiti fil-Parlament, li permezz tagħha l-kaċċa se tibqa' għaddejja wara l-10 am. Il-Fondazzjoni sostniet li l-Bord tal-Majjistral kien unanimament irrakkomanda lill-Gvern li ma jkunux estiżi s-sigħat għax dawn imorru kontra l-vera raġuni għalfejn il-Park jeżisti. Il-Federazzjoni qalet illi hija assurda li żdiedu s-sigħat li fihom issir il-kaċċa, meta għadhom kemm ġew approvati fondi biex isir titjib f 'dan il-Park Nazzjonali. Intqal ukoll li l-kompromess li kien instab fl-2013 kien wieħed ġust u li estensjoni fil-ħinijiet permissibbli għal kaċċa jfisser li l-pubbliku qed jiċċaħħad mil-libertà tiegħu li jgawdi minn dan il-park temmet tgħid l-istqarrija tal-Federazzjoni tal-Park tal- Majjistral. 4,300 firma kontra l-estensjoni tal-ħinijiet għall- kaċċa fil-Park tal-Majjistral Dibattitu mqanqal fi l-Parlament dwar emenda tal-PN għal mozzjoni tal-PD dwar limitazzjoni tal- ħinijiet tal-kaċċa fi l-Park tal-Majjistral. Il-Gvern kien li ppropona estensjoni tal-ħin li hemm bħalissa. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Il-Park tal-Majjistral kien ġie ddikjarat bħala park naturali nazzjonali f 'Settembru tal-2007 Iżrael u l-Palestina għandhom jaqblu bejniethom fuq Ġerusalemm ILMINISTRU għall- Affarijiet Barranin Carmelo Abela kellu taħditiet mal-Prim Ministru Iżrael-jan Benjamin Netanyahu f 'Tel Aviv f 'Iżrael. Fost il-punti li ġew diskussi fil-laqgħa kien hemm ir- relazzjonijiet bilaterali u multilaterali kif ukoll is- sitwazzjoni fir-rigward tal- paċi u s-sigurtà fil-Mediterran u fil-Lvant Nofsani. Il-Ministru Abela ddeskriva kif Malta hija kuntenta bl- iżvilupp tar-relazzjonijiet bilaterali ma' Iżrael f 'dawn l-aħħar snin. Sostna li r-relazzjonijiet bilaterali huma iktar b'saħħithom milli qatt kienu, partikolarment fil-livell kulturali u dak kummerċjali. Qal li ninsabu ħerqanin biex fix-xhur li ġejjin nibqgħu nibnu fuq dan il-'momentum' sabiex inkomplu nsaħħu r-rabtiet ma' Iżrael. Il-Ministru Abela enfasizza kif l-intenzjoni ta' Malta hija li nikkonsolidaw daż-żmien politiku lejn sħubija dejjem eqreb. Il-Ministru Carmelo Abela rriafferma mill-ġdid l-impenn ta' Malta favur soluzzjoni bbażata fuq l-eżistenza ta' żewġ stati. F'dan il-kuntest, l-istat futur ta' Ġerusalemm għandhom jaqblu fuqu bejniethom Iżrael u l-Palestina permezz ta' negozjati sinifikattivi ta' paċi bejniethom. F'Iżrael, il-Ministru għall- Affarijiet Barranin kellu wkoll diskussjonijiet mad-Deputat Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Iżraeljan Michael Oren, mal-eks Kap tal- Oppożizzjoni u eks Ministru tal-Affarijiet Barranin li llum huwa Kap tal-Partit HaTnuah Tzipi Livni u mar- Rappreżentant Speċjali tal- Unjoni Ewropea għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani Fernando Gentilini. Carmelo Abela żar ukoll il-Yad Vashem, iċ-ċentru kommemorattiv uffiċjali ta' Iżrael li jfakkar lill-vittmi tal- Olokawst. Hemmhekk huwa poġġa kuruna tal-fjuri f 'isem il-Gvern u l-poplu ta' Malta. Waqt li kien Ġerusalemm, kellu wkoll l-okkażjoni li jiltaqa' ma' membri tal-komunità Maltija fl-Art Imqaddsa.Waqt iż- żjara uffiċjali tiegħu fl-Iżrael, il-Ministru kien ak-kumpanjat mill-Ambaxxatriċi ta' Malta għal Iżrael Cecilia Attard Pirotta.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017