Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Intervista 13 tiegħu jew il-vetturi tax-xogħol' Iħossu li tilfu kollox; mill-familja sad-dinjità Ħafna huma dawk allura li jaslu, ġustament jew le, li jiġġudikaw u jiġu għall-konklużjoni li dawn il- persuni huma rresponsabbli. Imma dawn huma nies bla qalb, li ma jaħsbux fil-konsegwenzi? Li ma jaħsbux fil-familja tagħhom? "Le. Hawnhekk għandna każi ta' persuni li jibdew jemmnu illi verament se jirbħu u allura bbażat fuq dak it-twemmin b'saħħtu jibdew jaraw kif b'dawk il-flus se titjieb is-sitwazzjoni tal-familja tagħhom u se jħallsu l-flus li għandhom jagħtu." Hija twissi wkoll illi f 'ħafna sitwazzjonijiet, bħal f 'ħafna vizzji oħrajn, mhux la kemm taqbad u taqta' l-vizzju. "Meta taqta' f 'salt ħafna drabi tkun qed tneħħi mill-gost li l-eċitament u l-persuna tipi dipressata ħafna. Xi kultant ikun hemm min iħoss li tilef kollox; li tilef flusu, familtu, xogħlu u saħansitra d-dinjità. Sfortunatament fost dawk li jkunu ġew f 'din is-sitwazzjoni, hemm periklu għoli ta' suwċidju." Hija tgħid illi hemm numru ta' nies li jdumu ma jfittxu l-għajnuna, għax jemmnu li m'għandhomx problema jew inkella li dak li qed jagħmlu huwa soċjalment aċċettabbli. Il-familja u l-ħbieb; kruċjali fil- prevenzjoni L-intervista issa ddur fuq il-prevenzjoni u s-sostenn li dawk li jinqabdu f 'din ix-xibka jkollhom bżonn biex jgħixu aħjar. "Naturalment l-aħjar illi ma tmiss xejn ma' vizzji jew inkella jekk se tilgħab, tagħmel dan b'kontroll u dixxiplina. Imma huwa importanti li l-persuna tħoss li hemm alternattiva għal- logħob fil-forma ta' familja li qed tagħti sostenn, ta' nies li qed jappoġġjawha u li qegħdin hemm għaliha. Għax il-ferħ li jagħtuk l-għeżież ikun sostitut għal dak il- ferħ li persuna tħoss meta tilgħab. Huwa importanti wkoll," tkompli tgħid Muscat, "li n-nies ta' madwar il-persuna jagħtu l-għajnuna u l-appoġġ biex qatt ma tħoss li l-unika soluzzjoni hija l-logħob." L-RGF qed tippjana proġett ta' ċentru ta' riabilitazzjoni Fil-bidu tal-intervista Priscilla ssemmi li ġieli rat pazjenti l-isptar Monte Carmeli. Imma tħoss li dan huwa l-post idoneu fejn persuna tmur għall-kura minn vizzju? Muscat filwaqt li toqgħod attenta fi kliemha dwar l-isptar li semmejt jien, tfakkar illi f 'pajjiżna għad m'hawnx ċentru ta' riabilitazzjoni għal dawk il-vittmi tal-vizzju tal-logħob. "Fil-fatt dan huwa proġett li qed naħdmu fuqu bħala Fondazzjoni biex noħolqu ambjent fejn dawk li jgħaddu minn din l-esperjenza jsibu l-għajnuna u l-gwida, f 'ambjent sigur fejn il- persuna ma taġixxix bl-impuls. Fejn tingħata l-għajnuna biex ma tibqax taħseb li l-logħob huwa soluzzjoni biex tqum fuq saqajha." Muscat tispjega kif minkejja l-kruha tal-vizzju hemm min lest li jieħu azzjoni u jirratifika ħajtu. "Jiġu fuqna diversi nies li jixtiequ jkunu fuq sistema li permezz tagħha ma jkunu jistgħu jilagħbu mkien, jekk hux każinò jew inkella banka tal-lottu. Din is-sistema ngħidulha 'self barring'." Fil-fatt, bis-'self barring', persuna li jkollha problema ta' logħob tkun tistà titfa' isimha fuq lista li awtomatikament tinxtered ma' kull negozju u stabbiliment li fih isir il- logħob u anke siti ta' logħob onlajn u b'hekk ma tkunx tista' tilgħab. "Fil-każ ta' min ikun se jagħmilha għal ħajtu, l-RGF tkun trid li jkollha ċertifikat mingħand tabib jew psikologu biex inkunu ċerti li l-proċess mhux se jkun wieħed ta' dannu," tgħid Muscat illi terġa' tfakkar kif meta persuna taqta' l-vizzju għalkollox jista' jkollha sintomi koroh. Aktar minn 4,000 persuna 'jorbtu jdejhom' biex ma jilagħbux Hija tgħid illi fl-2013 biss 917- il persuna marru volontarjament biex jkunu fil-lista u għalhekk ikun 'self-barred'. Fl-2014 dan in-numru żdied għal 1,043. Fil-fatt Muscat tispjega kif b'kollox mill-2014 sad-9 ta' Diċembru ta' din is-sena, kienu xejn inqas minn 4,218-il persuna li talbu biex jitpoġġew fuq din il-lista u ma jkunux jistgħu jilagħbu. "Dan il-proċess ta' 'self-barring' jgħin ħafna, anzi jgħin immens," sostniet il-General Manager tal- RGF. Intant Priscilla Muscat tfakkar illi kull min għandu bżonn l-għajnuna, kemm jekk int persuna li għandek problema bil-vizzju tal-logħob jew jekk għandek xi ħadd fil-familja li għandu bżonn l-għajnuna tistgħu ċċemplu fuq in-numru helpline 1777. Dan il-Helpline kien imniedi minn Silvio Schembri, dak iż-żmien Chairperson tal-RGF. David Stellini Priscilla Muscat Hawn min ġieli poġġa ċ-ċavetta tad-dar għal- logħob, iċ-ċavetta tkun tissimbolizza d-dar, jiġieri jilagħbu darhom. Jew inkella vann tax-xogħol ta' kumpanija li jkollhom " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017