Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 Films Il-Milied hija l-iżjed festa li ġġib ferħ, paċi u serenità fil-qlub tal-bnedmin. Il-Milied huwa wkoll l-aktar perjodu profittabbli għad-distributri internazzjonali tal-films u s-sidien taċ-ċinemas. Kull sena, għal din il-ħabta, joħorġu diversi produzzjonijiet addattati għall-familja kollha, ambjentati f 'din l-epoka bit-tema prinċipali tal-ispirtu tal-Milied. Meta jgħaddu dawn il-festi ħafna minn dawn ix-xogħlijiet jintesew darba għal dejjem. Però, insibu numru mdaqqas ta' films li, minkejja li għadda ż-żmien minn fuqhom, baqgħu popolari ħafna f 'dan il-perjodu u baqgħu jagħtu gost kbir lill- familja miġbura d-dar madwar it-televixin. Id-domanda għal dawn il-films, kemm fuq DVD u kemm fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni, dejjem tkun għolja f 'dan iż-żmien ta' ferħ u allegrija. Għaxra mill-aktar produzzjonijiet favoriti u popolari kull meta toqrob din il-festa, huma: Minn Die Hard għal Scrooge; L-aktar favoriti ta' żmien il-Milied Il-Milied huwa żmien il-ġabra. Familji jinġabru d-dar jieklu, jiċċelebraw u forsi jaraw xi fi lm marbut ma' dan iż-żmien tal-Milied. Lejlet il-Milied l-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aqwa 10 fi lms ta' kull żmien... Carmel Bonnici Babes in Toyland (1934) Fl-istudjos ta' Hal Roach, films mużikali ta' stil ieħor kien qed jieħdu l-ħajja. 'Babes in Toyland' li hu verżjoni skont il-viżjoni tal-kummidjanti Stan Laurel u Oliver Hardy tal-operatta ta' Victor Herbert, hu wieħed mill-aktar xogħlijiet mużikali ta' Stan u Ollie fl-aqwa forma tagħhom. L-element fantastiku ta' Toyland, speċjalment l-attakk ta' Bogeyman, huma l-qofol ta' dan il-ġmiel ta' film li wkoll tawh il-kulur. Fl-1961, 'Babes in Toyland' inħadem mill- kumpanija Disney bl-atturi u l-kantanti Tommy Sands u Annette Funicello. Miracle on 34th Street (1947) Produzzjoni oħra favorita ħafna għal meta jaslu dawn il-festi. Bniedem li jgħid li jismu Kris Kringle (Edmund Gwenn) jiltaqa' ma' tifla (Natalie Wood) li ssostni li ma temminx f 'Santa Klaws. Hu jgħaddi ġuri meta jgħid li hu l-veru Santa Klaws. Din il-kummiedja sentimentali li ġġib ferħ fil-qlub rebħet 3 Oscars - l-aqwa attur, l-aqwa 'screen play' u l-aqwa direzzjoni. Fl-1994 dan il-film reġa' nħadem bl-attur Richard Attenborough. Scrooge (1951) (Fl-Amerka: 'A Christmas Carol') L-aktar adazzjoni konkreta mill-ktieb klassiku ta' Charles Dickens. Id-domanda għal dan ix-xogħol fuq it-televixin kull sena tkun kbira ħafna f 'dan iż-żmien. Alastair Sim jibbrilla u tassew jinkarna l-karattru rgħib u egoist ta' Ebenezer Scrooge li jkollu tliet viżti minn spirti ta' Milied. Tal- passat, tal-preżent u tal-futur f 'lejliet il-Milied. Dawn l-inkontri fl-aħħar irattbulu qalbu u jsir ġeneruż l-iżjed ma' min qabel ittratta ħażin finanzjarjament. Inħadem bosta drabi u anki bħala xogħol mużikali. Die Hard (1988) Dan hu film ta' azzjoni gwappa li sseħħ f 'lejliet il-festa tan-Nattivita'. Bruce Willis, pulizija ta' New York, imur f 'lukanda ta' ħafna sulari, meta ħallelin terroristi jinvadu dan il-bini. Waħdu qalb tifrik, ħġieġ miksur mal-art meta jinqabad ħafi, jeħodha kontrihom u kontra l-kap tagħhom (il-mibki Alan Rickman), waqt li barra qed tirrenja atmosfera allegra. Film favorit ieħor għal żmien il-Milied skont id-domanda tal-pubbliku. White Christmas (1954) B'atturi kantanti tajbin bħal Bing Crosby, Danny Kaye, Rosemary Clooney u ż-żeffiena Vera-Ellen, naturalment bil- kanzunetti tal-prolifiku Irving Berlin, l-istorja tikkonċentra l-isforzi ta' Bing u Kaye, ħbieb fl-armata, li jagħmlu propaganda għal lukanda tax-xitwa mdawra bis-silġ. Il-lukanda mmexxija minn eks-uffiċjal tal-armata tagħhom (Dean Jagger). Il-kanzunetta li għamlet suċċess fenominali, 'White Christmas' instemgħet għall-ewwel darba fil-film 'Holiday Inn' (1942), kantata minn Bing Crosby. It's a Wonderful Life (1946) Apposta ħallejt lil dan il-kapulavur għall-aħħar. Din hi l-aktar produzzjoni li baqgħet tkun imfittxija għall-Milied tul dan iż-żmien kollu. Xogħol sentimentali, dirett b'għożża minn Frank Capra, li wara bidu ta' falliment, l-udjenzi skoprew film li sinċerament imiss il-kordi tal-qalb u b'hekk baqa' jikseb popolarità qawwija tant li sar oġġett kult. F'belt żgħira Amerikana, ħaddiem komuni, ħabrieki u onest (James Stewart) jaħseb li falla f 'ħajtu u jipprova jagħmel suwiċidju. Ikun anġlu kustodju (Henry Travers), f 'forma ta' bniedem li jsalvah u jurih li żbalja sewwa u b'hekk jakkwista s-serħan tal-moħħ u l-imħabba ta' ħajtu. Dan il-film ibbażat minn fuq rakkont qasir taħt forma ta' kartolina tal-Milied, 'The Greatest Gift', intwera wkoll il-kulur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017