Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017| illum Aħbarijiet 'Se nkomplu nopponu kull attentat għal armonizzar fit-taxxa' Minkejja vot fil-Parlament Ewropew u pressjoni li qed issir biex il-pajjiżi tal-UE jkollhom rata komuni ta' taxxi, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri huwa determinat li Malta tiġġilidha sal-aħħar minn Albert Gauci Cunningham F'KUMMENTI ma' din il-gazzetta s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, li għandu r-responsabbilità tas-Servizzi Finanzjarji bħala parti mill-portafoll tiegħu, jinsisti li minkejja pressjonijiet mill-UE Malta se tkompli topponi 'bis-saħħa' kull attentat għal armonizzazzjoni fit-taxxa fl-Istati Membri. Dan hekk kif hemm diversi organizzazzjonijiet Ewropej, bħall-Oxfam u numru dejjem jikber ta' Membri Parlamentari Ewropej (MEP) li qed jirreżistu sistemi preferenzjali ta' taxxi, bħalm'għandha Malta, biex tkun tista' tattira kumpaniji barranin, jew kumpaniji li jridu jiddikjaraw il-profitti tagħhom f 'Malta. Mal-ILLUM Schembri huwa inekwivoku; "L-armonizzazzjoni tat-taxxa hija xi ħaġa li bħala pajjiż ma naqblux magħha u ma naqblux magħha bis-saħħa. Din is- sistema ma naqblux magħha għax hija 'one size fits all' fejn ma tteħdux inkunsiderazzjoni l-interessi ta' stati żgħar bħal Malta." Meta mistoqsi minn din il-gazzetta jekk il-Gvern hux lest li jieħu miżuri drastiċi, bħal veto, biex jipproteġi l-interessi ta' Malta Schembri saħaq illi Malta se tibqa' tuża "kull mezz possibbli biex tħares l-interessi tagħha, għax din is-sistema kapaċi tkisser il-kompettività tagħna. Se nagħmlu minn kollox biex leġiżlazzjoni li tkun ta' ħsara għalina, ma tgħaddix." Il-ġimgħa l-oħra numru ugwali ta' MEPs ivvutaw kontra u favur proposta biex Malta, flimkien ma' tliet pajjiżi oħrajn, ikunu meqjusin bħala 'tax havens'. Malta kienet vot wieħed biss 'il bogħod milli fil-fatt titniżżel fuq din il-lista. Schembri dan ma jinkwetahx? Is-Segretarju Parlamentari fakkar illi kien il-Kumitat PANA stess li kkonferma illi Malta timxi mal-liġijiet Ewropej kif ukoll ma' dawk tal-OECD u għaldaqstant ma ġietx ikklassifikata bħala 'tax haven'. "Filwaqt li wieħed irid jinnota l-vot fil-Parlament Ewropew, is-serjetà li biha jimxu l-Istituzzjonijiet finanzjarji f 'pajjiżna hija inekwivoka u r-riżultati li qed nikbsu huma xhieda ta' dan. Dan huwa ta' serħan il-moħħ għall-pajjiżna," sostna Schembri. "Minkejja dan," kompla jgħid Schembri ma' din il-gazzetta, "pajjiżna jrid jibqa' jaħdem sabiex ikompli jikseb aktar riżultati u dan billi fost l-oħrajn ikompli jsaħħaħ id ir-regolatur. Huwa għalhekk li ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika sabiex tkun imsaħħa l-MFSA." Iktar kmieni din il- ġimgħa l-Gvern ħabbar illi ċ-Chairperson il-ġdid tal-MFSA huwa John Mamo, ħatra li sabet ukoll il-qbil u l-appoġġ tal- Partit Nazzjonalista. Din il-gazzetta staqsiet lil Schembri biex jispeċifika iżda x'tip ta' miżuri se jkun qed jieħu l-Gvern biex jaċċerta s-sostenibbiltà ta' dan is-settur u biex ineħħi xi ftit mid-dawl li għandi fuqu bħalissa. Huwa jfakkar illi l-Gvern għadu kemm daħħal fis-seħħ ir-raba' direttiva tal-Kummissjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus, it-traspożizzjoni tal-MiFID II li se tagħti protezzjoni akbar lill-konsumatur iżda anke se ssaħħaħ is-servizzi finanzjarji f 'pajjiżna u se jitnieda wkoll dokument għall-konsultazzjoni bil-għan li tkun imsaħħa l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)." (Ara kummenti tal-Ministru Tal- Finanzi fuq din il-paġna) Schembri temm jgħid li apparti dan kollu qed issir ħidma sabiex Malta tibqa' kompettitiva billi jkunu attirati kumpaniji fil-qasam tal-Fintech u RegTech lejn Malta u anke titnieda konsultazzjoni dwar l-użu tal-'cryptocurrencies'. Il-FinTech u RegTech huma teknoloġiji ġodda f 'dak li jirrigwarda servizzi finanzjarji. Malta ddaħħal fil-liġi r- raba' Direttiva Ewropea kontra l-ħasil tal-flus minn Jesmar Baldacchino MALTA wettqet it- traspożizzjoni tad-direttiva ta' kontra l-ħasil tal-flus magħrufa bħala AMLD4 u b'hekk iddaħħlet kompletament fil-liġijiet nazzjonali. Fis-7 ta' Diċembru li għadda, Malta kienet ingħatat xahrejn żmien biex din id-direttiva tidħol fis-seħħ hekk kif il-Kummissjoni Ewropea kienet talbet lill-Awtoritajiet Maltin u dawk ta' seba' pajjiżi oħra biex din id-direttiva tidħol fis-seħħ fil-liġijiet nazzjonali minnufih. Il- Bulgarija, Ċipru, il-Greċja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Polonja u r-Rumanija wkoll għadhom fil-proċess li jdaħħlu d-direttiva fil-liġijiet nazzjonali. Mal-ILLUM, kelliem għall- Ministeru tal-Finanzi spjega li din id-direttiva kellha tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Ġunju li għadda iżda minħabba l-elezzjoni ġenerali u l-waqfa tal-Parlament għas-sajf kellha tittardja. Il-kelliem qal li hija prassi tal-Kummissjoni li tiġbed l-attenzjoni tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, li ma jkunux daħħlu direttiva fiż-żmien stipulat u għalhekk titlob raġuni għalfejn dan ma jkunx sar. Il-pajjiżi kkonċernati ngħataw l-opportunità li jissottomettu l-pożizzjoni tagħhom bi tweġiba għal ittra formali li l-Kummissjoni kienet bagħtet f 'Ġunju li għadda. Il-kelliem għall-Ministeru tal-Finanzi kkonferma li saret komunikazzjoni mal- Kummissjoni Ewropea u sakemm intalbet risposta, Malta daħħlet id-direttiva. Id-direttiva AMLD4 kontra l-ħasil tal-flus se tkompli ssaħħaħ il-liġijiet Maltin fil- ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-fondi għat-terroriżmu permezz ta' miżuri konkreti. Din se tipprovdi għall-ħolqien ta' Kumitat ta' Kordinazzjoni Nazzjonali li se jikkordina l-iżvilupp ta' strateġija nazzjonali. Se jidħlu fis-seħħ ukoll regolamenti aktar stretti u trasparenti għall-kumpanija, trusts, entitajiet legali oħra u l-benefiċċarji tagħhom. L-MFSA se tkun qed iżżomm reġistru tal- benefiċċarji li se jkun aċċessibbli mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjonijiet finanzjarji u operaturi oħra meta jkunu qed jagħmlu d-'due diligence'. Din se ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017