Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

23 Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet Għawdex Reġjun u Malta Nazzjon kollegi tiegħu fil- Kabinett li dejjem emmen f 'Anton kien Ugo Mifsud Bonnici li kif stqarr fid-daħla tal-ktieb kien jikkonsidra lil Anton Tabone bħala politiku nazzjonali u għalhekk tah l-appoġġ tiegħu. Anton Tabone wera viżjoni meta fetaħ il-Kampus tal- Università f 'Għawdex u bdew isiru diversi korsijiet fuq bażi part time u hekk l-Għawdxin li ġa kellhom impjieg kellhom l-opportunità biex ikomplu jistudjaw fuq livell terzjarju f 'Għawdex stess. Tabone u l-bini tal- lukanda San Lawrenz L-ambjent minn dejjem kien għal qalb Anton Tabone u kull meta ppropona xi proġett għal Għawdex dejjem wera rispett lejn l-ambjent. Fl- istess ħin Anton qatt ma ried iżomm lil Għawdex bħala "presepju". Huwa kien jemmen li għandu jkun hemm bilanċ bejn żvilupp u ambjent dak li llum jissejjaħ żvilupp sostenibbli. Eżempju tipiku, huwa meta saret talba lid-Dipartiment tal-Ambjent li kien taħt ir-responsabbiltà ta' Ugo Mifsud Bonnici biex tinbena lukanda lussuża ġdida f 'San Lawrenz. Meta saret l-applikazzjoni lill- Awtorità tal-Ippjanar din qalet li din iż-żona ma kellhiex tinbena jew tiġi utilizzata għat-turiżmu. Anton Tabone naturalment iddefenda l-applikazzjoni u bl-għajnuna ta' xi qaddis jew tnejn fil-Kabinett irnexxielu jġib konsensus fil- Kabinett biex dan jitlob lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tbiddel id-deċiżjoni tagħha u tagħti l-fiat tagħha biex il-lukanda tinbena f 'San Lawrenz f 'żona barra r-raħal, ma tagħtix fl-għajn u ma kinitx tokkupa raba' saqwi u fuq kollox kellha disinn li jidħol sewwa fil-pajsaġġ. Barra minn hekk dan il-proġett li kien ser iġib qabża fil-kwalità fit-turiżmu f 'Għawdex u numru ta' mpiegi għall- Għawdxin, L-Għawdxin daqs il- Maltin Il-messaġġ rikorrenti f 'din il-bijografija huwa ċar: "l-Għawdxin daqs il-Maltin". Kemm jekk inti pazjent li għandek bżonn kura, kemm jekk inti student jew ħaddiem għandu jkollok l-istess trattament, opportunitajiet ta' studju u xogħol daqs kull pazjent, student u ħaddiem Malti. Qabel kien hemm l-idea li jekk hemm servizzi ta' sptar f 'Malta, l-Għawdxin għandhom jagħmlu użu minnhom u f 'Għawdex m'hemmx bżonn ta' sptar kbir. Dan l-argument Anton Tabone ma kien jaqbel miegħu xejn u llum nafu li mhux talli Għawdex ser ikollu sptar ġdid u modern, imma università medika ta' isem u reputazzjoni internazzjonali. Minkejja dan u ħafna tibdil ieħor li sar minn gvernijiet diversi, skont Anton Tabone: "sfortunatament ċerti diskrepanzi u nuqqasijiet għadhom jeżistu llum ukoll, anke jekk b'doża u b'intensitferm inqas minn qabel." Tabone jkompli jgħid li "qabel mal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal- gżira Għawdxija jibda jilħaq u jlaħħaq mal-livell ta' Malta biex b'hekk jintlaħaq standard ta' għixien nazzjonali wieħed, il-battalja favur Għawdex trid tkompli bil-mezzi kollha leċiti ħalli fl-aħħar jiġi stabbilit fil-kuxjenza tal-pubbliku u darba għal dejjem dan l-għarfien fundamentali." Dan il-prinċipju ta' status reġjonali għal Għawdex huwa importanti ħafna għax jagħmel lil Għawdex differenti fil- kuntest tiegħu bħala parti mill-gżejjer Maltin. Dan il-kunċett biex iseħħ kompletatment jirrekjedi tibdil fil-liġijiet tal-pajjiż u anke fil-Kostutizzjoni ta' Malta biex tinħoloq entità ġdida ta' gvern reġjonali għal Għawdex. Dan il- gvern reġjonali jkollu l-awtonomija f 'ċerti oqsma u baġit għalih. Għawdex żamm l-identità tiegħu minħabba l-fatt li huwa gżira maqtugħa għaliha Fil-ktieb il-kwistjoni ta' għaqda permanenti bejn il-gżejjer permezz ta' pont jew mina ma tissemmiex. Għawdex huwa differenti minn postijiet oħra f 'Malta għax hemm il-baħar jaqsam. Dan id-daqsxejn baħar jagħmel id- differenza kollha u joħloq dik li jsejħulha insularità doppja bl-iżvantaġġi kollha tagħha. F'dan il-ktieb Anton Tabone mkien ma tkellem dwar din l-għaqda u għalhekk ma nistgħux inkunu nafu l-opinjoni tiegħu. Min-naħa l-oħra skont Tabone, Għawdex żamm l-identità tiegħu minħabba l-fatt li huwa gżira maqtugħa għaliha. Skont stħarriġ li sar il-maġġoranza tal-Għawdxin huma favur l-għaqda bejn il-gżejjer u ħafna Għawdxin jemmnu li jekk din issir ħafna mill-iżvantaġġi li għandna ser jonqsu u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali t'Għawdex ser imur għall- aħjar. Oħrajn jemmnu li jekk issir il-mina jew pont Għawdex ser jitlef ħafna mill-karaetteristiċi tiegħu. Il-mistoqsija tiegħi hija din: Jekk issir din l-għaqda permanenti ser nibqgħu nħarsu lejn Għawdex bħala reġjun? Ċertament l-argument tal-insularità doppja ser jisparixxi. Kien ikun interessanti kieku l-awtur poġġa dan il-fatt quddiem Anton Tabone biex jagħti l-viżjoni tiegħu f 'dan ir-rigward. Il-ktieb jagħmel rapport tajjeb tal-proġetti, is- servizzi u l-inizjattivi soċjali u kulturali kollha li Anton Tabone wettaq bħala Ministru għal Għawdex, il-problemi li kien jaffaċċja biex dawn seħħu u l-ħsibijiet tiegħu wara dawn il-proġetti u l-importanza tagħhom mhux biss għal Għawdex, imma wkoll għal Malta kollha. Permezz ta' dawn il-proġetti, id-dehra t'Għawdex u l-ħajja tal- Għawdxin tjiebet ħafna. Din hija l-istorja ta' Anton Tabone u ħidmietu b'risq Għawdex u sa ċertu punt l-istorja ta' Għawdex ta' żmienna. Għawdex żamm l-identità tiegħu minħabba l-fatt li huwa gżira maqtugħa għaliha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017