Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 27 MANCHESTER City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor kbir ta' 4-0 bl-erba' gowls għalihom jaslu minn Raheem Sterling, Danilo u minn doppjetta ta' Sergio Aguero. Chelsea barra minn darhom f 'Goodison Park sfaw miżmuma minn Everton fi draw diżappuntanti ta' mingħajr gowls. Stoke City ġewwa darhom għelbu lil WBA bl-iskor ta' 3-1 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Joe Allen, Eric Maxim Choupo- Moting u minn Ramadan Sobhi. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal WBA wasal minn Jose Salomon Rondon fil-51 minuta. Newcastle United barra minn darhom għelbu l-isfida ta' West Ham United bl-iskor ta' 3-2 bit-tliet gowls għall- Magpies jaslu minn Henri Saivet, Mohamed Diame u Christian Atsu. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għall- Hammers waslu minn Marko Arnautovic u minn Andrew Ayew b'dan tal- aħħar ifalli wkoll penalty fis-56 minuta. Crystal Palace barra minn darhom f 'Wales żammew lil Swansea City fi draw ta' 1-1 bil-gowl għal Crystal Palace jasal minn penalty ta' Luka Milivojevic fid-59 minuta, waqt li Swansea City ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Jordan Ayew fis-77 minuta. Bl-istess skor intemmet il- partita bejn Southampton u Huddersfield Town, b'Charlie Austin jiftaħ l-iskor għas-Saints fl-24 minuta waqt li Laurent Depoitre ġab l-iskor indaqs għal Huddersfield Town fl-64 minuta. Brighton & Hove Albion ġewwa darhom għelbu lil Watford bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku għalihom jasal minn Pascal Gross fl-64 minuta. SPORTSillum Faċli għal Manchester City kontra AFC Bournemouth RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 23 ta' Diċembru Everton vs Chelsea 0-0 Brighton & Hove Albion vs Watford 1-0 Manchester City vs AFC Bournemouth 4-0 Southampton vs Huddersfield Town 1-1 Stoke City vs West Bromwich Albion 3-1 Swansea City vs Crystal Palace 1-1 West Ham United vs Newcastle United 2-3 Pep Guardiola jagħmel is-sinjal tan-numru erbgħa - propju daqskemm Manchester City skorjaw gowls kontra AFC Bournemouth Sassuolo jixxukkjaw lil Inter SASSUOLO ġewwa darhom fil-Mapei Stadium f 'Reggio Emilia xxukkjaw lil Inter meta għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl tant importanti għalihom jasal minn Diego Falcinelli fl-34 minuta. Ta' nota huwa l-fatt li Inter fallew penalty mogħti minn Mauro Icardi fid-49 minuta. Napoli ġewwa darhom fi Stadio San Paolo dawru telfa f 'rebħa ta' 3-2 kontra Sampdoria bit-tliet gowls għall-Partenopei jaslu minn Allan, Lorenzo Insigne u Marek Hamsik. Ta' nota huwa l-fatt li dan tal-aħħar daħal fl-istorja ta' Napoli meta sar l-aqwa skorer ta' kull żmien ta' dan it-tim b'116-il gowl fejn qabeż b'gowl lil- leġġendarju Diego Armando Maradona. Barra minn hekk fis-77 minuta, Napoli spiċċaw jilagħbu b'10 pleers meta tkeċċa għalihom il-plejer Mario Rui wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Min- naħa l-oħra ż-żewġ gowls għall-Blucerchiati waslu minn Gaston Ramirez u minn penalty tas-solitu Fabio Quagliarella. Lazio ġewwa darhom fi Stadio Olimpico umiljaw lil Crotone meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0 bl-erba' gowls għalihom jaslu minn Jordan Lukaku, Ciro Immobile, Senad Lulic u Felipe Anderson. Udinese ġewwa darhom għelbu lil Hellas Verona bl-iskor kbir ta' 4-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Silvan Widmer, Kevin Lasagna u minn doppjetta ta' Antonin Barak. Spal u Torino temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2 biż-żewġ gowls għal Spal jaslu minn Federico Viviani u minn penalty ta' Mirko Antenucci. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għall- Granata waslu minn doppjetta ta' Iago Falque. Intant, Genoa ġewwa darhom għelbu lil Benevento bl-iskor minimu ta' 1-0 bil- gowl uniku għalihom jasal fid-90 minuta minn Lapadula. RIŻULTATI Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 23 ta' Diċembru Lazio vs Crotone 4-0 Genoa vs Benevento 1-0 SPAL 2013 vs Torino 2-2 SSC Napoli vs Sampdoria 3-2 Sassuolo vs Inter 1-0 Udinese vs Hellas Verona 4-0 Diego Falcinelli jiskorja l-gowl tar-rebħa għal Sassuolo Dominju assolut minn Barcelona fuq Real Madrid BARCELONA rebħu l-'El Clasico' ta' Spanja meta barra minn darhom fis- Santiago Bernabeu għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta' 3-0, bit-tliet gowls għalihom jaslu kollha fit-tieni taqsima preċiżament fl-54 minuta minn Luis Suarez, Lionel Messi permezz ta' penalty fl-64 minuta u minn Aleix Vidal fid-90 minuta. Tajjeb ngħidu li l-Galacticos temmew il-partita jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Daniel Carvajal permezz ta' karta ħamra diretta fit-63 minuta. Permezz ta' din ir-rebħa, Barcelona, fetħu vantaġġ ta' 14-il punt fuq l-istess Real Madrid u b'hekk għamlu pass deċisiv lejn ir-rebħ tal- Kampjonat. Tajjeb wieġed jirrimarka wkoll li permezz tal-gowl li skorja Lionel Messi, huwa sar l-aqwa skorer fl-istorja tal-konfronti bejn ir-rivali Barcelona u Real Madrid. Messi jifraħ wara li skorja t-tieni gowl għal Barcelona minn penalty

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017