Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol PHILIPPE COUTINHO - Il-plejer ta' Liverpool Philippe Coutinho huwa lest illi jistenna sal-aħħar tal- istaġun sabiex jingħaqad ma' Barcelona fi Spanja. L-internazzjonali Brażiljan huwa ferm ħerqan illi jmur jilgħab fil-Camp Nou flimkien ma' Lionel Messi għalkemm jixtieq jilħaq kompromess u ftehim ta' ħbiberija mal-klabb. Jidher għalhekk illi Coutinho ser jibqa' mar-Reds għallinqas sal-aħħar tal-istaġun biex imbagħad jingħaqad mal-Blaugrana fis-sajf illi ġej. Dan l-istess ftehim jista' jagħti ċ-ċans lil Liverpool sabiex ifittxu sostitut għall-plejer Brażiljan. LIONEL MESSI - Manchester City offrew lil Lionel Messi s-somma ta' €100 miljun flimkien ma' paga annwali ta' €50 miljun ftit tax-xhur ilu sabiex jiksbu l-firma tiegħu u jingħaqad mat-tim li jilgħab fl-Etihad Stadium. Bil-futur tal-plejer fil-CampNou illi għadu mċajpar, Messi għadu ma ffirma l-ebda kuntratt mal- Katalani kuntrarju għal dak li ġie rrapurtat aktar qabel dan ix-xahar. Ġie żvelat ukoll illi l-fenomenu Arġentin ġie offrut somma flus konsiderevoli biex jagħmel iċ-ċaqliqa lejn il-PremierLeague Ingliż. ALPHONSO DAVIES - Il-klabb ta' Manchester United għamlu stedina lill-plejer żagħżugħ ta' Vancouver Whitecaps, Alphonso Davies għall-prova magħhom f 'Jannar illi ġej. Il-plejer ta' 17-il sena sar l-iżgħar membru illi qatt għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali Kanadiż. Din il-mossa ntlaqgħet ferm tajjeb minn Davies illi qed ikollu wirjiet eċċezzjonali mal-klabb Kanadiż. Huwa twieled il-Ghana iżda għandu passaport Kanadiż u meta mistoqsi dwar din l-opportunita', Davies ma ħasibhiex darbtejn hekk kif ma jistax jistenna sakemm juri l-abiltajiet tiegħu bil-għan illi jimpressjona lill-kowċ Jose Mourinho. SERGEJ MILINKOVIC-SAVIC - Xi skawts mill-klabb Ingliż ta' Manchester United marru jaraw lill-plejer ta' Lazio, Sergej Milinkovic-Savic fil-partita tas-Serie A illi l-Biancocelesti lagħbu kontra Sampdoria fi tmiem il-ġimgħa illi għaddiet. Milinkovic-Savic kien strumentali fir-rebħa tat-tim tiegħu hekk kif skorja gowl u għen lil sħabu jiskorjaw il-gowl tas-suċċess finali ta' 2-1. Il-kowċ Jose Mourinho qiegħed jogħġbu dan il-plejer u qed jitlob lid-diriġenti tar-Red Devils sabiex jippruvaw jiksbu s-servizzi tiegħu. Is-somma li l-klabb Taljan probabbli illi jitlob sabiex jakkwistaw lill-plejer Serb hija dik ta' €80 miljun. THEO WALCOTT - Everton immarkaw lil Theo Walcott bħala dak il-plejer li jista' jkun is-sostitut ta' Romelu Lukaku illi ngħaqad ma' Manchester United matul is-sajf illi għadda. It-Toffees bdew id-diskussjonijiet mad-diriġenti ta' Arsenal sabiex jakkwistaw lil dan il-plejer illi skont l-istess gazzetta jinsab lest biex jiġi trasferit ma' klabb ieħor. Walcott għadu qatt ma lagħab ma' Arsenal matul dan l-istaġun u kien għalhekk illi l-manager ta' Everton Sam Allardyce qed jarah bħala attakkant prezzjuż illi għandu bżonnu ferm għal Jannar sabiex isaħħaħ id-dipartiment offensiv. STEVEN N'ZONZI - Il-klabb Spanjol ta' Seville ta permess lil Steven N'Zonzi sabiex imur Londra u flimkien mal-aġent tiegħu jinnegozjaw it-trasferiment possibbli tiegħu għal ma' Arsenal fil-Premier League Ingliż sa minn Jannar illi ġej. N'Zonzi m'għadux fil-pjanijiet tal-kowċ tat-tim min-naħa t'isfel ta' Spanja Eduardo Berizzo u ilu ma jilgħab sa mil-logħba illi Seville lagħbu kontra Liverpool fil-UEFA Champions League li spiċċat fi draw ta' 3-3. L-istess Liverpool ukoll jinsabu fil-lista tal-klabbs interessati fil-midfielder Franċiż b'tim ieħor minn Merseyside Everton ukoll qed isegwu l-progress ta' dan il-plejer. HOSSEM AOUAR - Id-diriġenti ta' Barcelona bdew il-kuntatti mal-klabb ta' Lyon sabiex jippruvaw jiksbu l-firma tat-talent żagħżugħ Hossem Aouar. Dan il-plejer għandu biss 19-il sena u qed jimpressjona fil- Ligue 1 tant illi lagħab ukoll xi partiti mat-tim tal-kbar. Minkejja kollox, il-Katalani mhumiex ser jgħaġġlu fl-akkwist ta' dan il-plejer hekk kif iridu jtuh iċ-ċans jilgħab aktar partiti f 'pajjiżu u jista' eventwalment ikun objettiv ewlieni fil-futur qarib. Aouar huwa plejer Franċiż b'ċittadinanza Alġerina u jilgħab bħala plejer f 'nofs il-ground. Huwa lagħab fil-kategorija ta' taħt is-17-il sena tat-tim nazzjonali Franċiż u bħalissa huwa membru mit-tim ta' taħt il-21 sena. minn Cristian Antony Muscat SERGIO ROMERO - Il-goalkeeper ta' riserva ta' Manchester United Sergio Romero qed jaħsibha illi jħalli lill-klabb f'Jannar illi ġej sabiex jingħaqad ma' tim ieħor fit-tentattiv illi jilgħab aktar u jkun magħżul fl-iskwadra finali tal-Arġentina għall-finali tat-Tazza tad-Dinja. Romero ftit qed isib post fl- ewwel 11 tal-kowċ Jose Mourinho. Bil-goalkeeper titolari David De Gea illi qed ikollu wirjiet tajbin Romero diġà qed jattira l-attenzjoni ta' diversi klabbs Ewropej illi lesti jakkwistawh sabiex jiksbu element ta' esperjenza fit-tim tagħhom. GEOFFREY KONDOGBIA - Tottenham Hotspur qed isegwu b'interess il-progress tal-plejer ta' nofs il- ground ta' Valencia Geoffrey Kondogbia li bħalissa jinsabu b'self mal-klabb Spanjol. Il-klabb minn Londra qed ifittex xi plejers illi jistgħu jkunu sostituti ta' Moussa Dembele. Min-naħa tiegħu Kondogbia mpressjona ferm fil-wirjiet tiegħu ma' Valencia u dan kollu ma ħarabx lid-diriġenti tal-Hotspurs illi jaraw lill-Franċiż bħala plejer ideali f 'White Hart Lane. Dan kollu pero' jrid jgħaddi mill-għarbiel ta' Inter illi jridu jkunu huma li jaċċettaw kull offerta illi ser jagħtu l-klabb Ingliż.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017