Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... IKER CASILLAS - Is-sidien il-ġodda ta' Newcastle United qed jikkunsidraw sabiex javvinċinaw lill- goalkeeper veteran ta' Porto, Iker Casillas. L-istess sidien lesti li jagħtu somma flus lill-kowċ attwali Rafa Benitez sabiex f 'Jannar jixtri dawk il-players illi jara li għandu bżonn sabiex iżommu posthom fil-Premier League Ingliż. Din l-idea tista' tkun ferm tajba hekk kif il-Magpies s'issa ma tantx għandhom difiża eżemplari hekk kif ġabru l-ballun mix-xibka 22 darba f 'dan l-istaġun. Min-naħa tiegħu Casillas żamm il- lasta tiegħu mhux mimsusa għal sitt logħbiet konsekuttiva. Huwa jibqa' magħruf għaż-żmien twil illi qatta' bħala goalkeeper ma' Real Madrid. WILLIAM CARVALHO - William Carvalho li jilgħab bħala plejer f 'nofs il-ground mal-Portugiżi ta' Sporting Lisbon jinsab bejn ħalltejn ma' min ser jingħaqad fis-suq ta' trasferimenti li jmiss hekk kif Juventus u West Ham qed iħufu wara l-passi tiegħu.Min-naħa tagħhom, id-diriġenti ta' Juventus Giuseppe Marotta u FabioParatici osservaw lil Carvalho aktar mill-viċin fil-logħba taċ-ChampionsLeague illi kellhom il-Bianconeri x-xahar illi għadda. Minkejja kollox anke West Ham daħlu fin-nofs hekk kif il-gazzetta The Sun kienet żvelat illi dan is-sajf huma ppruvaw jakkwistaw lil dan il-plejer illi twieled f 'Luanda, il-kapitali tal-Angola. JOAO MARIO - Il-kowċ ta' Manchester United Jose Mourinho għandu x-xewqa li għax-xahar id- dieħel jakkwista lill-plejer ta' Inter, Joao Mario bi tpartit ma' Juan Mata. Mourinho irid itejjeb iċ-ċentru ta' nofs il-grawnd u l-plejer Portugiż jista' jkun l-ideali sabiex jimla dak ir-rwol. Madankollu l-Interisti mhumiex daqshekk ħerqana li jieħdu lil Mata bi tpartit hekk kif jixtiequ plejer ieħor tar-Red Devils illi bħalissa xejn m'hu jilgħab u dan m'hu ħadd ħlief l-attakkant Henrikh Mkhitaryan. Iż-żewġ partijiet mistennija jiltaqgħu fil-jiem illi ġejjin ħalli jaraw liema hi l-aqwa operazzjoni possibbli f 'dan ir-rigward. JAMES RODRIGUEZ - Jidher illi l-esperjenza ta' James Rodriguez ma' Bayern Munich riesqa lejn it- tmiem meta hemm diversi klabbs Ewropej, l-iktar fosthom fl-Ingilterra illi huma nteressati fil-firma ta' dan il-plejer. Chelsea, Manchester United u Arsenal qed jissemmew fost it-timijiet li jixtiequ jiksbu s-servizzi tal-plejer Kolombjan. Fil-lista hemm ukoll it-tim Taljan ta' Juventus illi qed jaraw x'jistgħu jagħmlu sabiex jħeġġuh jingħaqad magħhom. Min-naħa l-oħra, il-bookmakers Ingliżi qegħdin jipprevedu li l-Blues u r-Red Devils jinsabu fuq quddiem sabiex jieħdu lil Rodriguez illi ftit jidher illi ssettilja fil- Bundesliga Ġermaniża wara li ngħaqad ma' Bayern Munich mingħand Real Madrid fis-sena 2017. ALEXIS SANCHEZ - Sa fl-aħħar jidher illi Manchester City huma favoriti illi jakkwistaw lill-plejer Ċilen ta' Arsenal Alexis Sanchez sa minn Jannar illi ġej. Sanchez, illi kważi ngħaqad mat-tim illi jilgħab fl-Etihad Stadium matul is-sajf illi għadda, ser ikun bla kuntratt f 'Ġunju li ġej. Minkejja dan kollu c-City mistennija jħallsu s-somma ta' £50 miljun biex jakkwistaw lill-iskorer prolifiku Ċilen.Dan tal-aħħar kellu esperjenzi wkoll ma' Udinese fl-Italja u Barcelona fi Spanja. MOUSSA DEMBELE - It-tim promoss ta' Brighton kellhom bidu pożittiv fil-Premier League Ingliż bil-kowċ Chris Houghton illi jinsab sodisfatt b'dak li għamlu s'issa l-plejers tiegħu. Madankollu, sabiex jiggarantixxi l-kontinwita' fit-tim, il-manager mill-Irlanda lest illi jsaħħaħ aktar it-tim u jidher illi l-plejer ta' Celtic, Moussa Dembele, huwa fil-quċċata tal-lista biex jinxtara għal Jannar illi ġej. DANNY INGS - L-attakkant Ingliż ta' Liverpool Danny Ings qed jattira l-attenzjoni ta' diversi klabbs fil-Premier League Ingliż hekk kif ser jerġa' jiftaħ is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar. S'issa Ings deher darba biss bħala sostitut ma' Liverpool f 'dan l-istaġun filwaqt illi ilu jbati minn uġigħ fl-irkoppa għal dawn l-aħħar sentejn. Fost it-timijiet interessati f 'dan il-plejer ta' 25 sena hemm Crystal Palace, Newcastle, West Ham, Brighton, Stoke u West Brom illi kollha jistgħu jagħmlu l-movimenti tagħhom sabiex wara l-ewwel tas-sena jiksbu l-firma tal-plejer tar-Reds. LEON GORETZKA - Hekk kif qed jissemma' illi plejers bħal Mesut Ozil u Alexis Sanchez mistenni jħallu lill-klabb, Arsenal qegħdin jaħsbu sabiex jimlew il-vojt tagħhom b'elementi oħra ta' kwalita' sabiex ma jdgħajjfux l-iskwadra tagħhom. Wieħed minn dawn il-plejers huwa l-midfielder ta' Schalke Leon Goretzka illi ilu jissemma' illi ser ikompli l-karriera tiegħu fl-Ingilterra.Peressli l-internazzjonali Ġermaniż se jiskadilu l-kuntratt, il-Gunners ħadu l-opportunita' u ser jippruvaw jiksbu l-firma tiegħu sabiex iserrħu rashom minn plejer ta' talent. ANTONIO CANDREVA - Il-plejer ta' Inter Antonio Candreva tkellem mal-mikrofonu tal-istazzjon Taljan Premium Sport dwar il-preżent u l-futur tal-karriera tiegħu. Meta mistoqsi jekk jaċċettax l-offerta ta' Chelsea sabiex jingħaqad magħhom, Candreva sostna illi hu qed jara l-preżent u l-futur tiegħu man- Neroazzurri. Minkejja illi Antonio Conte mhux darba jew tnejn illi ċempillu, xorta qalbu tibqa' tħabbat ma' Inter u dan il-proġett li bdew jixtieq ikomplih mill-aħjar li jista'.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017