Illum previous editions

illum 24 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport inġenerali partikolarment il-volleyball? L-imħabba tiegħi lejn l-isport inġenerali bdiet ta' età żgħira meta kont għadni l-iskola. F'dawk iż-żminijiet bħal qisu jkollok entużjażmu biex tikkompeti f 'diversi dixxiplini u kompetizzjonijiet speċjalment waqt xi sports day. Apparti minn hekk bħal kull tifel ieħor ta' dak iż-żmien, kont insegwi anke l-futbol Taljan fejn bdejt ukoll inżomm mal-Milan. Dak iż-żmien ir-Rossoneri kellhom trio ta' Olandiżi mill-aqwa b'Gullit, Van Basten u Rijkaard u kienu jaffaxxinawni ħafna bħala plejers. Fejn għandu x'jaqsam il-volleyball, bdejt nipprattikah meta kienet issir il-maratona tal-volleyball tal- Kerygma, dak iż-żmien fl-Iskola Maria Assunta tal-Ħamrun. Kienet esperjenza ferm sabiħa ngħid il- verità. Bħala team sport jogħġobni ħafna l-volleyball għax hemm sens qawwi ta' grupp u kull membru jiddependi minn xulxin. Sabiex madwar tmien snin ilu bdejt inkun involut fil-kumitat organizzattiv ta' din l-istess maratona u għalhekk fejn hawn tgħix realtà ferm differenti għax trid tipprepara mhux ħazin għal din l-attività. Eventwalment, ġejt elett sabiex inmexxi l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball sentejn ilu u ninsab onorat naqdi dan l-irwol. Kif tiddeskriviha l-esperjenza tiegħek f 'dawn l-aħħar sentejn? Int kont is-suċċessur ta' Branko Vlahovic. Kif sibtha l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball u kif qiegħda issa? Jien nista' ngħid illi f 'kull kariga li kelli, dejjem ħarist 'il quddiem. L-isfida illi sibt kienet illi ridt nagħti lil dan l-isport aktar popolarità u anke nattira l-interess ta' tfal u żgħażagħ li jridu jaqbdu sport li jogħġobhom. F'dan iż-żmien, it-tfal ikunu qegħdin f 'fażi fejn jagħżlu l-isport favorit tagħhom. L-isfida tagħna kienet illi nattiraw ġenerazzjonijiet futuri f 'dan l-isport sabiex inżidu n-numru ta' persuni illi jipprattikaw l-volleyball. Sentejn wara nista' ngħid illi ħdimt ħafna biex il-volleyball bħala sport jingħata aktar attenzjoni u importanza. Kien għalhekk illi bħala assoċjazzjoni ħriġna b'numru ta' inizjattivi u proġetti sabiex nattiraw aktar nies magħna. M'hemmx xi ngħidu, l-assoċjazzjoni waħeda mhi xejn. Hemm numru ta' persuni involuti li jmexxu l-klabbs tal-volleyball u li jagħtu qalbhom għal dan l-isport. Ninsab sodisfatt ukoll li grazzi wkoll għall-għajnuna ta' SportMalta, f 'Marzu li għadda rnexxielna norganizzaw il-kungress internazzjonali tal-eżekuttiv tas-CEP li hija l-konferenza Ewropea tal-volleyball. Din l-istess konfederazzjoni ħarġet 'il barra mil-Lussemburgu għall-ewwel darba u ġiet f 'pajjiżna u din poġġiet il-volleyball Malti fuq il-mappa Ewropea. Din l-għaqda apprezzat dak kollu li qegħdin nagħmlu sabiex inżidu l-interess f 'din il-logħba. F'dak li għandu x'jaqsam ma' kompetizzjonijiet, it-tim nazzjonali ħa sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f 'San Marino kif ukoll kellna tim ieħor li ħa sehem fil-beach volleyball. Issa bdejna programm sabiex inħarsu lejn il-futur fuq żewġ livelli. L-ewwel nett ser insaħħu s-settur tekniku sabiex bis-saħħa t'hekk nintroduċu din il-logħba lill-ġenerazzjonjiet żgħar u t-tieni nett ser intejbu l-kwalità tat-tim nazzjonali f 'kull livell fil-parteċipazzjoni tagħna fil- kompetizzjonijiet futuri. Fis-sentejn illi ġejjin bħala assoċjazzjoni beħsiebna nkomplu ntejbu l-Kampjonati Nazzjonali tal- Volleyball. Kif wieħed jista' jara għandna l-intenzjoni illi nagħtu stabbilità lil dan l-isport u anke wara l-laqgħa ġenerali annwali qed naħdmu fuq statut bħal kull assoċjazzjoni sportiva oħra. Ser infittxu wkoll l-għajnuna ta' Dr Chris Bonett fuq livell leġislattiv u legali sabiex isir dan it-tiġdid fil- volleyball. Nemmen illi Dr Bonett jaf sew il-komunità' tal-volleyball u flimkien ma' diversi persuni li ġejjin mill-qasam tal-isport, jistgħu jagħtu l-għajnuna neċessarja sabiex dan il- proċess ikun suċċess. Se nwettqu wkoll proġett ieħor li huwa msejjaħ VIŻJONI 2020 fejn flimkien mal-klabbs inpoġġu bilqiegħda u naraw fejn irridu naslu għas-snin illi ġejjin. Aħna bħala assoċjazzjoni qed immexxu però' fl-istess ħin irridu nisimgħu lill-membri tagħna sabiex ikunu parteċipi f 'din il-viżjoni. Eventwalment, beħsiebna noħorġu dan id-dokument sabiex inwettqu din il-ħolma. Kemm kont kuntent bil- parteċipazzjoni ta' Malta fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar kemm fil-volleyball kif ukoll fil-beach volley? Jiddependi lejn kif tħares lejn ir-riżultati miksuba. Nemmen illi fil-beach volley stajna ssilietna għall-midalja filwaqt illi fil- volleyball tan-nisa jekk inħarsu lejn fejn morna u fejn wasalna, apparti f 'logħba minnhom kellna rebħiet u riżultati sodisfaċenti fosthom set points. Kienet importanti l-parteċipazzjoni tagħna f 'San Marino għax ippreparajna bis-sħiħ għal dan l-avveniment fosthom morna training camp fl-istess pajjiż. Jekk wieħed jirraġuna li morna tajjeb u ksibna l-punti u jieqaf hemm ikun qed jagħmel żball kbir. Huwa importanti illi tkompli tibni aktar sabiex dejjem ittejjeb il-livell tiegħek u nagħtu futur sabiħ lit-tim nazzjonali. Fl-opinjoni tiegħi rridu nieħdu vantaġġ minn dawn il-barranin illi jaħdmu hawn Malta u li għandhom il-logħba tal-volleyball għal qalbhom. Dawn l-istess plejers jistgħu jkunu ta' mudell għall-plejers Maltin biex itejbu l-ħiliet tagħhom. Fl-istess ħin qed jiżdied l-interess fil-logħba tal-beach volley tant li dan is-sajf organizzajna erba' tournaments ta' ġurnata li kellhom parteċipazzjoni numeruża. Stajna napprezzaw il-livell għoli u l-impenn illi taw dawk kollha involuti. Qed naħdmu b'ċertu kollaborazzjoni ma' diversi entitajiet "Irridu nimxu 'l quddiem fid-deċiżjonjiet tagħna sabiex inżidu aktar l-popolarità ta' dan l-isport filwaqt illi tiżdied iktar il- parteċipazzjoni tas-subien b'mod partikolari." 'Qed naħdmu bis-sħiħ favur ir-riġenerazzjoni Cristian Antony Muscat Jes Saliba - President tal-Malta Volleyball Association fejn ilu jokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar sentejn u li jaħdem qatigħ għall-akbar ġid tal-volleyball li kulma jmur qed jikber l- popolarità tiegħu f 'pajjiżna, lwaqt li jkompli jixpruna r-riġenerazzjoni tiegħu. "Nemmen illi fil-beach volley stajna ssilietna għall-midalja filwaqt illi fil-volleyball tan- nisa jekk inħarsu lejn fejn morna u fejn wasalna, apparti f 'logħba minnhom kellna rebħiet u riżultati sodisfaċenti fosthom set points. Kienet importanti l-parteċipazzjoni tagħna f 'San Marino għax preparajna bis-sħiħ għal dan l-avveniment fosthom morna training camp fl-istess pajjiż."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 December 2017