Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/919367
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 24 ta' Diċembru 2017 Konsultazzjoni Pubblika SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR U VALLETTA 2018 Is-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta 2018, Deo Debattista fetaħ Konsultazzjoni Pubblika mar-residenti u sidien tan-negozji fil-Belt Valletta dwar tibdil fl-Att dwar Żibel u Skart fil-Belt Valletta Aktar informazzjoni dwar din il-Konsultazzjoni Pubblika tista' tinstab fuq konsultazzjoni.gov.mt Dawk kollha li jixtiequ jipprovdu xi tip ta' rispons dwarha, jistgħu jikkuntattjawna fuq: customercare.cleansing@gov.mt jew fuq freephone 1718 (mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar 2018) #acleanervalletta C M Y CM MY CY CMY K Litter Act Newspaper Ads .pdf 2 21/12/2017 09:11 Sitt postijiet storiċi madwar il-pajjiż se jiġu restawrati SITT postijiet storiċi se jiġu restawrati mid-Direttorat tar-Restawr fil-ġimgħat li ġejjin wara li ġew magħżula minn bord ta' għażla minn fost 25 sottomissjonijiet li tressqu mid-diversi Kunsilli Lokali ta' Malta. Dawn is-siti huma: il-faċċata tal- kappella tal-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann fis-Siġġiewi, il-faċċata tal- kappella ta' San Ġwann il-Battista fil-Għargħur, in-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu f 'Raħal Ġdid, il-Ħajt tal-Matla fl-Imqabba, il-faċċata taċ- Ċentru Parrokkjali f 'Ħal Safi u l-faċċata tal-Knisja tal-Ħġejjeġ f 'San Pawl il-Baħar. Permezz ta' din l-iskema l-kunsilli lokali jingħataw l-opportunità li jipproponu huma l-postijiet li jixtiequ jiġu restawrati. Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li bis- saħħa ta' din l-inizjattiva tad-Direttorat tar-Restawr, li issa daħlet fit-tielet sena tagħha, il-kunsilli lokali ta' Malta qed jingħataw vuċi b'saħħitha għat-tisħiħ tal-wirt storiku fil-komunitajiet taghna. Saħaq li l-Gvern għandu obbligu li jipproteġi l-wirt kulturali għani ta' pajjiżna u sostna li d-Direttorat tar- Restawr qed jagħmel xogħol tajjeb ferm f 'dan ir-rigward. Is-Segretarju Parlamentari għall- Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li permezz ta' riforma fi ħdan il-kunsilli lokali, is-sena d-dieħla se naraw bidla radikali u se jkollna kunsilli aktar b'saħħithom. Silvio Parnis tkellem dwar kemm hu importanti li jiġi protett il-wirt kulturali ta' pajjiżna u kemm hu kruċjali li l-kunsilli lokali jieħdu sehem direttament f 'dan l-aspett wara kollox l-irwol ewlieni tagħhom hu li jaraw u jagħrfu l-ħtiġijiet li hemm fl-irħula u fl-ibliet rispettivi tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li iktar kunsilli lokali jibbenefikaw minn din l-inizjattiva, il-kunsilli lokali li jkunu bbenefikaw minn din l-iskema jew mill-proġetti mid-Direttorat tar-Restawr fit-tliet snin ta' qabel ma jkunux jistgħu japplikaw. Fl-aħħar tliet snin id-Direttorat tar-Restawr wettaq jew qed iwettaq 50 proġett ta' restawr f '31 lokalità differenti. Ir-roundabout tal-Kappara miftuħa għall-vetturi ILVETTURI jistgħu jibdew jużaw ir-'roundabout' il-ġdida tal-Kappara biex imorru bejn il-Gżira u San Ġwann. Il-konnessjoni bejn iż-żewġ lokalitajiet, li kienet inqagħtet malli beda l-proġett tal- Kappara xhur ilu, reġgħet daħlet fis-seħħ. Il-ħaddiema lestew ix- xogħol tal-asfaltar madwar ir- 'roundabout' u żebgħu l-linji fit-triq, biex jippermettu lill-vetturi jgħaddu mir- 'roundabout' u miż-żewġ pontijiet mingħajr xkiel. Is-sewwieqa issa jistgħu jużaw il-biċċa l-kbira tal- proġett kif kien ippjanat billi jużaw il-pontijiet biex imorru bejn iż-żona ta' Paceville u l-Belt Valletta direttament, mingħajr ma jkunu mxekkla mit-traffiku li qed jaqsam bejn San Ġwann u l-Gżira kif kien jiġri qabel il-proġett. 'Slip road' waħda se tibqa' inaċċessibbli għalissa u l-'islip road' bejn San Ġwann u San Ġiljan se tibqa' magħluqa sakemm il-ħajt tad-djar fil- viċin jitlesta, matul il-ġranet li ġejjin. 9Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex isuqu bil-galbu minħabba li l-ħaddiema se jibqgħu jinstallaw għamara tat-triq u sinjali fiż-żona.