Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet Fix-xaqliba l-oħra tad-dinja, il- President tal-Istati Uniti Donald Trump se jkollu quddiemu l-ewwel għadma iebsa bl- elezzjonijiet tal-mezzu li se jsiru fis-6 ta' Novembru. Kemm għal Putin kif ukoll Trump se jkunu testijiet ferm importanti mal-elettorat li se jkunu qed jiġġudikaw il- mod kif qed imexxu l-pajjiżi rispettivi tagħhom. Opinjonisti huma tal-fehma li jidher li aktar Putin milli Trump għandu x'jitlef fl-elezzjoni. Ġurnata oħra importanti se tkun dik tal- 24 ta' Frar, meta wara 60 sena mhux se jkun hemm membru tal-familja Castro fit-tmexxija ta' Kuba dan hekk kif se ssir l-elezzjonijiet Presidenzjali. It-Tazza tad-Dinja mingħajr l-Azzurri Il-kalendarju sportiv dinji għall-2018 se jibda fid-9 ta' Frar bil-logħob Olimpiku tax-Xitwa li se jsiru fil-Korea ta' Isfel. Fl-4 ta' April fl-Awstralja mbagħad se jiġu organizzati l-logħob tal-Commonwealth, iżda l-aktar appuntament mistenni għall- isportivi se tkun it-Tazza tad- Dinja tal-futbol li se tibda fl-14 ta' Ġunju fir-Russja u l-finali tintlagħab fil-15 ta' Lulju. Mhux neċessarjament se jaħsbuha l-istess dawk li jappoġġjaw lit-tim nazzjonali Taljan tal- futbol, li mhux se jkunu qed jipparteċipaw hekk kif ma rnexxilhomx jikkwalifikaw. Żwieġ irjali ieħor fir-Renju Unit Avveniment wisq mistenni se jkun iż-żwieġ irjali fir-Renju Unit bejn il-Prinċep Harry u l-attriċi u attivista Amerikana Meghan Markle, li hija tlett snin mill-Prinċep. Dawk li se jsegwu l-ħajja tal-aktar familja irjali famuża fid-dinja se jqabblu dan it-tieġ ma' dak tal-Prinċep William u Kate Middleton, iżda peress li Harry mhux is-suċċessur immedjat għat- tron bħal ħuh mhux mistenni li se jkun żwieġ grandjuż. Dan iż-żwieġ se jsir fid-19 ta' Mejju li ġej u ma naqasx mill- kontroversji hekk kif dakinhar mistennija l-logħba tal-finali tal-FA Cup, li tagħha huwa President il-Prinċep William, biċ-ċans li ma jkunx preżenti mill-bidu għaż-żwieġ ta' ħuh jekk jagħżel li jippreżenta t-trofew lit-tim rebbieħ. Id-data tal-24 ta' Ġunju se tkun importanti għan-nisa fl-Arabja Sawdija hekk kif għall-ewwel darba uffiċjalment se jkun possibbli għan-nisa li jsuqu karozza. Dan kien l-uniku pajjiż fid-dinja li kellu din il-projbizzjoni, li se titneħħa fuq ordni tal-Prinċep suċċessur għat-tmexxija. F'Settembru se naraw id-dħul tal-projbizzjoni tal-użu ta' smartphones fl-iskejjel pri-marji kollha fi Franza, filwaqt li 5 ta' Mejju, in- NASA se tibda studji ġeoloġiċi fuq il-pjaneta Marte permezz tal-missjoni spazjali Insight. L-2018 se tkun sena importanti għall-era spazjali hekk kif żewġ persuni se jkunu l-ewwel turisti spazjali li se jivjaġġaw fl-ispazju fuq ir-rokit Falcon Heavy. … u għal min jibża' mill-futur Fil-finanzi jgħidu li l-passat mhux garanzija tal-futur u għalkemm l-istorja tirrepeti ruħha ħadd ma jista' jgħid se jiġri biċ-ċert matul is-sena d-dieħla, iżda bħal dejjem ma jonqsux is-segwaċi ta' Nostradamus jew Baba Vanga li jikkwotaw xi tbassira li dawn għamlu fil-passat għall- futur tagħna. L-aktar tnejn interessanti minn dawn huma li matul is-sena d-dieħla, iċ- Ċina hija mistennija li tkun l-ikbar superpotenza fid-dinja u b'hekk taqbeż lill-Istati Uniti. L-ekonomija Ċiniża ilha tikber b'rata mgħaġġla għal dawn l-aħħar snin u laħqet tkabbir ekonomiku ta' 15.6% fl-2015. Għalkemm għadha wara dik tal-Istati Uniti, l-ekonomija Amerikana hija mistennija li tonqos minn 16.7 għal 14.9 fl-2025. Tbassira oħra interessanti hija li l-bnedmin se jsibu forma ġdida ta' enerġija fil- pjaneta Venere. tad-Dinja fir-Russja u ż-żwieġ irjali fir-Renju Unit It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol din id-darba se ssir fir-Russja matul is-sajf li ġej Il-Belt Valletta fi ftit ġranet oħra se tkun il-Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura l-ieħor bi platt xogħol imbulġat qatt sar. Mill-istess distrett... imma baqa' barra Mhux l-istess xorti kellu Manuel Mallia, li spiċċa barra mill-Kabinett u lura fuq il-'back bench'. Mallia wkoll kien involut f 'sitwazzjoni li ħammret lill-Gvern mhux ftit hekk kif l-eks xufier tiegħu kien akkużat li spara fuq persuna. Mallia kien akkużat li ħeba l-informazzjoni biex jgħattilu xi ħaġa li hu dejjem ċaħad bil-qawwa saħansitra f 'ittra li kien bagħat lill- PM. Huwa mifhum li Mallia rreżista bil-qawwi illi jirreżenja, fl-ewwel lok. Minkejja dan, fl-aħħar leġiżlatura Mallia kien maħtur mill-ġdid bħala Ministru, din id-darba tal- Kompettività. Minkejja din il-ħatra, f 'din il-pożizzjoni Mallia ftit li xejn għamel ħoss u żamm 'low profile'. Apparti li ma spiċċax fil-Kabinett, Mallia naqqas il-voti fl-aħħar elezzjoni u ġab 1,800 vot inqas. Politikament, din kienet sena ħażina għal Mallia. Arrigo jibda jieħu ftit rikonixximent fil-PN Din kienet sena politika tajba għad-Deputat Slimiż Robert Arrigo, u kienet tajba minn diversi angoli. L-ewwel u qabel kollox kienet tajba għax żied il-voti li kiseb mill-2013; minn 4,691 għal 6,892 fl-2017 jew żieda qawwija ta' 2,201 vot. Apparti minn hekk iżda Arrigo kien l-għażla tat- tesserati Nazzjonalisti u kien elett Viċi Kap għall- Affarijiet tal-Partit, hekk kif 9,168 minn ftit aktar minn 10,000 li vvutaw għażlu lil Arrigo. Arrigo, minkejja li ilu jimmilita fil-PN u jkun elett dejjem baqa' xi ftit jew wisq fil-ġenb u allura din is-sena kien l-akbar rikonoxximent li qatt fil-fatt ingħata, distrettwalment u anke fuq bażi ta' partit. Minn sindku għal Super- Minister Jekk hemm politiku min- naħa tal-Partit Laburista li tela' mitt skaluna kien, Ian Borg. Mis-Sindku ta' Ħad-Dingli, għal segretarju parlamentari u issa għal ministru bl-akbar ministeru. Fil-fatt Ian Borg li fl- aħħar elezzjoni kiseb kważi 7,100 vot ingħata r-responsabbilità tat- Trasport, infrastruttura u anke l-proġetti kapitali. Wieħed irid iżomm f 'moħħu li Gvern Laburista kien wiegħed proġett li fih ikunu rranġati t-toroq kollha ta' Malta u Għawdex. Arrigo, minkejja li ilu jimmilita fil-PN u jkun elett dejjem baqa' xi ftit jew wisq fil-ġenb u allura din is-sena kien l-akbar rikonoxximent li qatt fil-fatt ingħata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017