Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet tkunu tistgħu taraw matul is-sena 2018 Xogħlijiet li jistgħu jissemmew fl-Oscars tal-aħħar ġimgħa ta' Frar li ġej, huma: The Post, dwar avveniment veru dirett minn Steven Spielberg, bl-atturi Meryl Streep u Tom Hanks. Avveniment li baqa' mistur matul il-leġiżlatura ta' 4 Presidenti Amerikani jfeġġ bl-ewwel ġurnalista mara u editur ta' stoffa f 'battalja sfiqa bejn il-ġurnaliżmu u l-gvern. Tassew jidher interessanti Three Billboards outside Ebbing, Missouri. dramm b'vena ta' kummiedja serja dwar mara li wara xhur li qatlu lil bintha, il-pulizija ma ħadu l-ebda passi. Din Mildred Hayes (Frances McDormand, dejjem dipendabbli) tieħu pass kuraġġuż u twaħħal tliet sinjali kbar qabel wieħed jidħol fil-belt ta' Ebbing, b'messaġġ kontroversjali kontra l-kap tal-pulizija (Woody Harrelson) tal-post. Billi l-assistent tiegħu (Sam Rockwell) hu bniedem bla kontroll u vjolenti, il-battalja bejn Mildred u l-liġi se tiħrax. Fi żmien ir-Randan, nistgħu naraw xogħlijiet reliġjużi bħal: Paul, Apostle of Christ u Mary Magdalene. Aktar 'il quddiem fis-sena l-ġdida se terġa' tirritorna Mary Poppins, produzzjoni oħra ta' Mamma Mia u x'ġara qabel lit-tfajjel tal- ġungla, Mowgli, f 'The Jungle Book. Iddevertu bis-sħiħ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017