Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429
Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 29 Numru 6 – Luka Modric (Kroazja) Età : 32 Tim: Real Madrid Pożizzjoni: Plejer f'nofs il-grawnd Il-mistoqsija hija waħda. Dan il-plejer qed ikompli jitjieb frott l-esperjenza li għandu jew inkella l-logħob brillanti tiegħu ttieħed bħala ovvju? Hi x'inhi r-risposta, Modric huwa dak il-midfielder modern illi kapaċi jqassam blalen perfetti lill-attakkanti kollegi tiegħu. U peress li l-Kroazja mhux nieqsa minn attakkanti, plejers bħal Mandzukic, Kalinic, Pjaca u Perisic jistgħu jibbenefikaw mhux ftit mill-klassi ta' Modric. Huwa għen lill-pajjiżu jgħaddu mill-ostaklu tal-play-offs u b'hekk jgħaddu għal dik li tista' tkun l-aħħar Tazza tad-Dinja tiegħu. Is-sena 2018 ser timmarka l-għoxrin sena anniversarju minn mindu l-Kroazja spiċċat mal-aħħar erbgħa tal- kompetizzjoni. Min jaf jekk din id-darba l-istorja terġax tirrepeti ruħha? Numru 8 – KylianMbappé (Franza) Età: 19 Tim: Paris St Germain Pożizzjoni: Attakkant Jekk is-sena 2017 kienet ta' suċċess kbir għal Ronaldo, għal Kylian Sanmi Mbappé Lottin dawn kienu tnax-il xahar fejn minn ħadd ma jaf bih spiċċa l-aqwa żagħżugħ emerġenti għall-futur qarib. Wara li għen lil Monaco jaslu sas-semifinali tal-UEFA Champions League, ingħaqad ma' Paris St Germain għas-somma ta' €180miljun u diġà qed iħalli l-marka bil-gowls importanti tiegħu. Ħafna dilettanti tal-futbol jikkomparawh mal-Brażiljan Ronaldo kif ukoll ma' Thierry Henry għas-saħħa li għandu fl-attakk u għax minkejja l-Età żagħżugħa li għandu, għandu awtorita' kbira fil-kaxxa avversarja. Fl-ewwel Tazza tad-Dinja tiegħu għandu l-intenzjoni illi jkompli fuq dak li qed jagħmel fuq livell ta' klabb sabiex kull partitarju Franċiż joħlom f'dan is-sajf li ġej mimli futbol. Numru 9 – Toni Kroos (Ġermanja) Età: 27 Tim: Real Madrid Pożizzjoni: Plejer f 'nofs il-grawnd Toni Kroos qed ikun protagonista fil-pożittiv mal-klabb tiegħu Real Madrid meta qed ikun prominenti f 'nofs il-grawnd tal-Merengues. Huwa jaf illi t-tim mill-kapitali Spanjola għenu jikber iktar bħala plejer fejn anke bħala suċċessi mhux nieqes wara r-rebħ tal-kampjonat li għadda u s-suċċess doppju f 'sentejn konsekuttivi tal-UEFA Champions League. Kroos ser jipprova jgħin ukoll lit-tim nazzjonali Ġermaniż immexxi minn Joachim Loew iżomm ix-xettru ta' champions tad-dinja wara li rebħu dan it-titlu fl-2014. Għalkemm ftit jiskorja gowls mhux l-istess jista' jingħad għall-assists li jipproduċi hekk kif attakkanti bħal Gotze, Gomez, Schurrle u Reus jibbenefikaw mill-viżjoni ta' logħob illi għandu dan il-plejer ta' 27 sena. Numru 7 – Robert Lewandowski (Polonja) Età: 29 Tim: Bayern Munich Pożizzjoni: Attakkant Dan il-plejer għandu r-rekords kollha possibbli hekk kif matul din is-sena 2017 skorja 53 gowl f '54 dehra bejn tim nazzjonali u klabb. Lewandowski huwa attakkant illi kapaċi jbiddillek il-logħba mil-lejl għan-nhar. Kulħadd jiftakar x'ġara ftit iktar minn sena ilu meta kien kapaċi jiskorja ħames gowls f 'disa' minuti sabiex għen lil Bayern Munich jegħlbu lil Wolfsburg bl- iskor ta' 5-1. Għalkemm mhux imdawwar b'xi plejers formidabbli, Lewandowski ser jagħmel l-almu tiegħu kollu sabiex jgħin lill-Polonja jkollhom parteċipazzjoni dinjituża f 'din it-Tazza tad-Dinja. Numru 10 – Eden Hazard (Belġju) Età: 26 Tim: Chelsea Pożizzjoni: Attakkant M'hemmx dubju illi Eden Hazard kien ta' ispirazzjoni kreattiva sabiex Chelsea rebħu żewġ kampjonati fi tliet snin bid-dribbling fin tiegħu u bil-mod ta' kif iqassam il-ballun. Apparti minn hekk huwa perikoluż fil-kaxxa avversarja u dan il-fatt jista' jkun ukoll determinanti għall-Belġju biex jimmiraw li jkunu fost l-aqwa erbgħa tat-turnament. F'moħħ Hazard hemm ukoll il-fatt illi hu jinsab fl-aqwa tal-karriera tiegħu u mdawwar bi plejers ta' kwalita' kapaċi jagħmel din il-ħolma realta' bħalma ġara tletin sena ilu meta fl-1986 il-Belġju ta' Enzo Scifo spiċċa fir-raba' post ta' dik l-edizzjoni. Antonio Conte, il-kowċ ta' Chelsea jgħid hekk fuqu: "Eden għandu t-talent kollu neċessarju u kapaċi jegħleb avversarji aktar b'saħħithom bħal Neymar, Ronaldo u Messi għax fih għandu dik il-kreattivita' illi mix-xejn jagħmillek ballun."