Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429
illum Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 Sports 30 L-avvenimenti prinċipali li 9. NBA Playoffs Fl-Istati Uniti spikkaw il-play-offstan-National Basketball Association (NBA) fejn għal madwar xahrejn kien hemm taqtiegħa ferm interessanti bejn erba' timijietSan Antonio Spurs, Cleveland Cavaliers, GoldenS tate Warriors u Boston Celtics. Fl-aħħar mill-aħħar kienu GoldenStateWarriors illi rebħu l-ħames titlu tagħhom fl -istorja meta għelbu lil Cleveland Cavaliers b'serje ta' 4-1. 8. FIFA Confederations Cup Wara li rebħu t-Tazza tad- Dinja tliet snin ilu, il-Ġermanja kisbet titlu ieħor meta rebħu l-ewwel Confederations Cup illi saret fir-Russja taħt sigurtà stretta. Fil-finali huma għelbu lil Chile bl-iskor ta' 1-0 f 'logħba ferm goffa u aggressiva. Il-gowl illi ddeċieda l-konfront ġie skorjat minn Lars Stindl. 10. UEFA Champions League L-istaġun 2016-2017 jibqa' wieħed memorabbli għal Real Madrid illi laħaq iċ-ċirasa fuq il-kejk bir-rebħ tal-UEFA Champions League għas-spejjeż ta' Juventus. Il-Bianconeri kellhom bidu tajjeb fejn irnexxielhom iġibu d-dro b'gowl mill-isbaħ ta' Mario Mandzukic illi rrisponda għal gowl ta' Ronaldo. Madankollu fit-tieni taqsima l-istilla Portugiża ma setgħet titwaqqaf xejn mid- difiża ferm fraġli ta' Juventus illi qalgħu tliet gowls oħra bla risposta permezz ta' Casemiro, Asensio u l-istess Ronaldo. Għal dan il-plejer ta' 32 sena din kienet it-tielet Champions League illi rebaħ f 'erba' snin. Is-sena 2017 spiċċat fuq nota impressjonanti għalih meta rebaħ ukoll il-Ballun tad-Deheb wara li għadda bil-punti lir-rival Lionel Messi. Hekk kif wasalna -aħħar ġranet tas-sena 2017, ser nagħtu ħarsa lejn dawn l-avvenimenti sportivi internazzjonali illi kkaraterizzaw dawn it-tnax-il xahar illi għaddew. L-iktar mumenti li nibqgħu niftakru ġraw l-ConfederationsCup, t-Tour de France illi jsir kull sena kif ukoll stajna naraw sitwazzjonijiet illi ġraw -Istati Uniti bħas-SuperBowl u l-NBS Play-o s illi ġabu interess kbir mid-dilettanti sportivi kollha. Aħna għamilnihom f 'forma ta' klassi ka fejn ġbarna l-aktar għaxar avvenimenti mportanti ta' din is-sena. 7. US Open Kienet is-sena tat-tennista Spanjol Rafa Nadal illi għalkemm kien għadu ġej minn żewġ injuries fl-aħħar staġuni kien kapaċi biżżejjed illi jirbaħ l-US Open meta fil-finali illi saret f 'Settembru illi għadda fl-Arthur Ashe Stadium għeleb fi tliet sets lil Kevin Anderson 6-3, 6-3, 6-4. Din ir-rebħa tatu is-sittax il-GrandSlam fil-karriera glorjuża tiegħu. Fis-singles tan-nisa kien hemm is-suċċess tal-Amerikana Sloane Stephens illi fil-finali għelbet lil Madison Keys 6-3, 6-0. 6. Australian Open F'dan l-avveniment ewlieni sportiv illi jsir fl-Awstralja kienet Serena Williams illi ħarġet bl-unuri meta għelbet lil oħtha Venus 6-4, 6-3. Wara dan is-suċċess, it-tennista ħabbret illi kienet qed tistenna tarbija. Kien turnament fejn ra lill-istess Serena illi ma tilfitx set wieħed sabiex meritatament rebħet dan l-unur. Fis-singles tal-irġiel kien Roger Federer illi b'wirja mill-aqwa rebaħ it- 18–il suċċess tiegħu meta fil-finali għeleb lil Rafael Nadal.