Illum previous editions

illum 31 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/920429

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 31 ta' Diċembru 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- basketball? Minn meta kont żgħir, il- ħolma tiegħi kienet li nsir plejer professjonali tal-Basketball. Kien is-sajf 2014 meta kellna l-Fiba European Championships Tournament taħt is-16-il sena propju kien sar hawn ġewwa Malta. Niftakar konna rbaħna l-midalja tad-deheb u jien kont magħżul mal-aqwa 5 tat-Tournament filwaqt li kont ukoll l-MVP (Most Valuable Plejer). Mal-ewwel bdejt nirċievi diversi emails biex immur nipprova barra minn Malta. Sadanittant, missieri u jien konna ġa morna fi 3 klabbs Taljani. Niftakar kont morna nittrenjaw ma' Benetton Treviso, imbagħad mat-tim Montepaschi Siena u ma' Reyer Venezia. Kollha għoġbuni, kont bdejt nara xi jfisser il-vera Basketball; taħriġ kontinwu, tgħix ma' plejers tamparek u 'l bogħod mill-familja. Fi Siena kont għamilt 6 ġimgħat sħaħ. Dan kollu għextu. Erġajt ġejt lura biex immur skola ghax kien għad kelli 14-il sena. Kif komplejt tevolvi fil-basketball? Meta f 'Lulju kont irbaħt l-MVP, diversi klabbs Taljani bdew juru aktar interess. Kelli ħafna offerti biex immur trails u niftakar li għazilt li mmur nipprova mat-tim minn Ruma li jismu Stella Azzurra Roma. Mort nipprova u rajt i-post kif inhu u għażluni. Qaluli li tista' tiġi ġimgħa oħra biex nibda nilgħab magħhom. Hawn ġejt fi stat li ridt nieħu deċiżjoni fejn ħa mmur. Flimkien mal-ġenituri tiegħi rajt liema hu l-aktar post li jgħodd għalija. L-għażla waqgħet fuq Stella Azzurra Roma. Għaldaqstant, kien it-3 ta' Settembru 2014 fejn jien ħallejt pajjiżi biex immur f 'Ruma u nibda karrierra hemm. Ma kinitx deċiżjoni faċli; hawn Malta kelli kollox... familja, kont nilgħab il-Basketball mal-Hibernians BC, nitrenja waħdi ma' missieri kull ċans li jkolli u ħbieb kelli wkoll. Però kien wasal iż-żmien li l-Basketball ma jibqax hobby imma karriera. Meta ssemmi karriera, bħal kull karriera oħra, fik irid ikollok is-serjetà, id-dixxiplina, il-konċentrazzjoni u lest tagħmel kull sagrifiċċju. Għall-bidu kienet diffiċli biex nidra ngħix waħdi imma drajt malajr. L-ewwel staġun f 'Ruma lgħabt fil-kategoriji ta' Taħt is-17-il sena u Serie C. Konna nittrenjaw regolari, sibt kowċis jgħinuni, sibt il-familja tiegħi warajja u niftakar li konna kkwalifikajna għall- Finale Nazionale ta' Taħt is-17-il sena li kien sar fi Treviso u ġibt il-memorja li sentejn qabel kont mort nipprova hemmhekk. Rajt xi jfisser Kampjonat fejn mill-Italja kollha jieħdu sehem 228 tim Taħt is-17-il sena, maqsum f 'reġjuni li finalment jieħdu sehem l-aqwa 16-il tim. Niftakar konna fraħna għax ikkwalifikajna għall-aħħar 16-il tim tal-Italja kollha. Tlifna fil-kwarti finali kontra Empoli u nqlajna. Hawn għaddiet l-ewwel sena. Fis-sajf 2015 erġajt lgħabt ma' Malta fil-FIBA European Tournament Taħt is-16-il sena li ġejna kklassifikati fit-tielet post u jien kont erġajt ġejt mażgħul mal- aqwa 5 tat-Tournament. F'Awwissu beda t-tieni staġun għalija f 'Ruma li lgħabt fil- Kampjonati Taħt it-18 u l-20 sena u fis-Serie C. Kien staġun ferm aħjar iżda fl-aħħar xahrejn ma lgħabtx għax ksirt il-polz. Fis-sajf konna morna fuq muntanja bl- isem ta' Roccapolena fejn għamilna taħriġ intensiv għall-aħħar. Kienet opportunità kbira għalija xi jfisser training fuq il-muntanja. Qabel kont nisma' kemm timijiet imorru taħriġ fuq il-mumtanja, illum naf xi jfisser dan it-taħriġ. X'suċċessi personali ksibt fil- basketball? Wasal staġun ieħor, eżattament beda f 'Awwissu li għadda. Issa sirt parti mit-tim ewlieni tal-klabb tiegħi, it-tim li jikkompeti fis-Serie B. Apparti is-Serie B, lgħabt fil- Kampjonati taħt it-18 u l-20 sena rispettivament. Inqiss li s-serie B kienet esperjenza tajba ħafna. Inħoss li kienet l-aqwa sena li kelli barra minn Malta. Konna nivvjaġġaw distanzi twal ukoll, kemm bil-bus u kemm bl-ajruplan. Is-Serie B hu kampjonat li fih jilagħbu ammont kbir ta' żgħażagħ bħali li jridu l-Basketball bħala karriera, Taljani li ma rnexxielhomx jilagħbu fis- Serie A jew plejers li kibru fl-età u jilagħbu l-aħħar staġuni hemm. Permezz ta' dan il-Kampjonat ksibt esperjenza utili ħafna u nispera li tiswili iżjed għall-istaġun li ġej li jibda nhar is-Sibt 30 ta' Settembru 2017 f 'logħba home kontra l-Isqallin ta' Costa D'Orlando. Ta' min isemmi xi ħaġa dwar il-Kampjonati taħt it- 18 u l-20 sena li ħadt sehem fihom ukoll. Akkwistajna żewġ midalji tal-Bronz. Tlifna ż-żewġ semi-finali: kontra Virtus Bologna u PMS Casal Monferrato. Imbagħad irbaħna l-logħbiet għat-tielet post. Fil- logħba għall-Bronz ta' Taħt it-18-il sena kontra Reyer Venezia għamilt logħba mill-aqwa kontra ħafna plejers li 3 snin ilu kont għamilt ġimgħa taħriġ magħhom. Hekk kif intemm l-istaġun ma' Stella Azzurra Roma, ġejt Malta għall-preparazzjoni tal-FIBA European Tournament Diviżjoni Ċ Taħt it-18-il sena li kien ser isir f 'Ċipru fl-ewwel ġimgħa ta' Lulju. Ksibna t-tielet post u rbaħna midalja tal-bronz. Jien ukoll erġajt kont mażgħul mal-aqwa 5 tat- Tournament u kont ivvotat ukoll l-MVP tat-Tournament. Eżatt wara kelli Fiba European Tournament Taħt l-20 sena imma din id-darba Diviżjoni B ġewwa r-Romanija li kienet l-ewwel darba li Malta ħadet sehem f 'din il-kompetizzjoni. Ġejna l-20 post minn 21 tim. Ir-riżultat "Bla dubju s-sagrifiċċju hu kbir. Però kuljum inħares biex nista' nitjieb u ntejjeb il- prestazzjonijiet tiegħi. Dan jiġi bit-taħriġ intensiv li jsir regolari kuljum, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija. Jalla jkolli staġun ieħor pożittiv u mingħajr 'injuries'." Jagħmel isem kbir għal pajjiżna permezz Cristian Antony Muscat Kurt Cassar - Plejer żagħżugħ tal-basketball li tant qed jagħmel isem u unur għal pajjiżna bis- suċċess li qed jikseb f 'dan l-isport li tant iħobb -Italja ma' Stella Azzurra Roma. "Kien wasal iż-żmien li l-Basketball ma jibqax passatemp imma karriera. Meta ssemmi karriera, bħal kull karriera oħra, fik irid ikollok is- serjetà, id-dixxiplina, il-konċentrazzjoni u lest tagħmel kull sagrifiċċju. Għall-bidu kienet diffiċli biex nidra ngħix waħdi imma drajt malajr."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 31 December 2017