Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847
Nr 586 • 07 ta' Jannar 2018 www.illum.com.mt €1.25 NEWSPAPER POST Aktar minn kwart tal- ħaddiema Ewropej ma jmorrux għax-xogħol minħabba problemi ta' saħħa mentali Ara paġni 8 u 9 Iġiegħel lil bintu torqod miegħu għarwiena Ara paġni 12 u 13 Il-ħaddiema nfurmati bil-'bejgħ' tal- isptarijiet minuti wara li tħabbar Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA rapporti li l-Gvern kien ilu tliet xhur li ġie infurmat b'diskussjonijiet biex Vitals Global Healthcare (VGH) tbiegħ l-isptarijiet, l-unjin li tirrapreżenta l-infermiera, il- Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) fl-ebda ħin ma kienet infurmata jew mgħarrfa dwar dan. Mistoqsi minn din il-gazzetta, is- Segretarju Ġenerali tal-MUMN Colin Galea sostna li l-unjin inżammet fid- dlam dwar dan il-'bejgħ', sakemm fil-fatt l-aħbar ħarġet fil-midja. "Aħna ma kellna xejn. La indikazzjoni u wisq anqas informazzjoni li l-Vitals Global Healthcare kienu se jbiegħu l-Isptar. M'aħniex kuntenti dwar il-fatt li ħadd ma infurmana," stqarr Galea mal-ILLUM. "Konna nippretendu li nkunu infurmati, imqar b'diskussjonijiet fil-magħluq, dwar dak li kien se jseħħ speċjalment jekk hu veru li l-Gvern kien ilu tliet xhur jaf b'dak li kien se jiġri." Iktar minn hekk iżda, il-Kirurugu Albert Fenech, Membru tal-Bord tal-VGH, żvela mal-ILLUM kif kuntrarjament għal dak li seta' nftiehem fl-istqarrija tal-Gvern, s'issa m'hemm ebda bejgħ u kollox għadu fi stadju ta' diskussjonijiet. Tkompli fuq paġni 8 u 9 Ara paġna 7 Ara paġna 3 Kont taf li ma tistax tagħmel re- klam ta' 'tattoos' matul il-jum, għax mhux diċenti? €150 biljun f 'VAT mhux imħallsa kull sena fl-UE