Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet tipprovdi lista ta' affarijiet lis-sidien fosthom il- kontijiet awditjati. Imma dan ma sarx. Artiklu 60 tad- deċiżjoni tal-Qorti tgħid hekk; 'Il- kumpanija poġġiet lis-sidien kollha f 'riskju sever. Qed nifrreferi għal fatt li T&V...ħassru r-rekords tal-kontijiet u ħadu depożiti mill-karti ta' kreditu mill-'bookings' tal-Milied..." Sena wara din is-sentenza, fl-2015, Vitals rebħu l-kuntratt u Tumuluri ħa pożizzjoni prinċipali fil- proġett f 'Għawdex. F'kummenti mal-midja nhar il-4 ta' Novembru 2016, Tumuluri kien saħaq li hu mhux il-VGH. Kien sostna wkoll li wara l-kumpanija hemm numru ta' nies, fosthom bord mediku illi fih hemm il-Kirurgu u eks Deputat Nazzjonalista Albert Fenech. Ultimate Beneficiary Owner; Pawley jew le? Ultimate Beneficiary Owner tirreferi għal dik il-persuna li hija s-sid jew li tikkontrolla klijent/persuna f 'isem min tkun qed issir tranżazzjoni. Dan ifisser illi tranżazzjoni tkun tidher f 'isem persuna 'X', pero 'X' tkun ikkontrollata minn 'Y'. 'Y' huwa l-'ultimate beneficiary owner' (UBO). L-istruttura tal-kumpanija li kienet se tmexxi tliet sptarijet Maltin, ġiet taħt skrutinju iebes minn bosta, mhux l-inqas mill-ġurnalista u 'blogger' Daphne Caruana Galizia. Is-sid ta' Vitals Healthcare hija Oxley Capital PTE Limited (Group), kumpanija rreġistrata f 'Singapor. Vitals hija l-kumpanija maġġuri. Oxley għandha sehem fil-kumpanija Bluestone. Bluestone hija magħrufa aħjar bħala Bluestone Special Situation 4 Limited u għandha bħala Diretturi lil Mark Edward Pawley u lil Ram Tumuluri. Bluestone hija l-'holding company' ta' Vitals. 'Holding Company' hija kumpanija li tikkontrolla kumpanija oħra, f 'termini ta' policies u maniġment. Bluestone Investments Malta għandha bħala diretturi lil Ram Tumuluri u lil Mark Edward Pawley u għandha 'shareholder' wieħed, li fl-informazzjoni pubblika dwar il-kumpanija huwa anonimu. L-indirizz ta' dan l-'anonimu' huwa 'PO Box 97, Offshore Incorporations Centre, Road Town, Tortola, British Virgin islands.' Huwa dan il-qofol ta' ħafna mid-diskussjoni li nqalgħet. Min huwa dan l-anonimu? Rum Tumuluri u anke l-Vitals stqarrew li l-benefiċċjarju huwa Pawley. L-UE b'leġiżlazzjoni ġdida dwar sidien ta' kumpaniji It-termini riveduti tar-raba' direttiva Ewropea kontra l-ħasil tal-flus (AMLD4) se tinkludi, fost ir-rekwiżiti, l-bżonn li kumpaniji jikxfu is-sidien benefiċjarji (ultimate beneficiary owners) u veri tagħhom f 'reġistru pubbliku. L-istess direttiva qed tinsisti li l-informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta''trusts'tkun f 'idejn l-awtoritajiet tal-infurzar u tat-taxxa tal-pajjiż, kif ukoll ta' setturi li għandhom l-obbligu li jsegwu regoli relatati mal- ħasil tal-flus. Fil-każ ta' Malta dan ikun ifisser li l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) ikollha l-aċċess ta' kull sid u benefiċjarju ta' kumpanija u/ jew 'trust'. Il-Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa staqsa jekk il-bejgħ sarx issa, minħabba din id-direttiva partikolari. L-implikazzjoni hija li l-PN għandu dubji dwar min huwa l-'ultimate beneficial owner' tal-Bluestone, jiġifieri jekk hux vera li huwa Pawley. Entreè John Dalli.... Daphne Caruana Galizia fl-aħħar jum ta' Mejju 2016 tippublika dak li tgħid illi huwa t-test ta' rapport 'due diligence'. F'dan ir-rapport, apparti li jingħad illi Tumuluri kellu 'rabtiet mill-qrib ma' uffiċjali għoljin Maltin', jgħid ukoll li l-proġett kien inbeda wara li 'eks Ministru Malti' kien tela' Dubaj. L-artiklu (li suppost huwa r-rapport) jgħid illi dan l-eks Ministru kien il-moħħ wara 'pjan ta' azzjoni li waslet biex il-konsorzju rebaħ.' Caruana Galizia kienet qalet illi dan huwa 'bl-aktar mod ċar John Dalli li dak iż-żmien kien qed jagħti pariri speċjali lill- Prim Ministru dwar il-qasam tas-saħħa u l-isptarijiet.' Dalli ċaħad din l-allegazzjoni bil-qawwa kollha u kien qal mal- Malta Independent li din kienet gidba. "Din hija kollha gidba u kienet ivvintata. Din hija persekuzzjoni li ilha ġejja minn Daphne Caruana Galizia, li qisha terrorista." Uffiċjali għolja ta' VGH jirreżenjaw Apparti l-mistoqsijiet dwar kif inhi strutturata l-kumpanija u l-esperjenza, il-Vitals Global Healthcare bejn l-2015 u l-2016 iffaċċjat żewġ riżenji tal-ogħla żewġ uffiċjali. Il- Kap Eżekuttiv Armin Ernst u l-Kap tal-Operazzjonijiet Eric Buehrens ma' baqgħux fit-tmexxija ta' VGH, xi ħaġa li ma kinitx pubblika sakemm kienet żvelata fuq il-gazzetta The Sunday Times nhar it-8 ta' Ottubru li għadda. Il-kumpanija kienet qalet illi Ernst kellu jitlaq minħabba problemi personali filwaqt li Buehrens kellu kuntratt għal ftit żmien biss. Ippublika...ippublika... ippublika... Intant il-kuntratt ma' VGH ġie taħt kritika qawwija mill- Oppożizzjoni Nazzjonalista li għal bosta drabi sejħet għall- publikazzjoni tal-kuntratt. Meta eventwalment kien ippublikat, partijiet minnu kienu ċċensurati. Fil-fatt mill-Health Services Delivery Agreement kienu iċċensurati paġni 125 sa' paġna 147, total ta' 22 paġna. Dan apparti li kienu ċċensurati dettalji bħal ċifri relatati ma kemm pazjenti użaw l-isptar ta' Għawdex kif ukoll rata minima ta' ħlas għal operazzjonijiet. Il-'Key Performance Indicators', jiġifieri l-miżura li bihom se jkun mkejjel is-suċċess ta' VGH ukoll kienu iċċensurati minn dan il-kuntratt. Mis-'Services Concession' ġew iċċensurati paġni 95 sa 123, jew total ta' 28 paġna. Il-Gvern dejjem sostna li l-partijiet tar-rapport li kienu ċċensurati kienu ta' natura kummerċjali sensittiva. Sostna li dan il-Gvern jippublika l-kuntratti, b' differenza minn dak preċedenti li kien saħansitra intrabat li ma jippublikax kuntratti ta' privatizzazzjonijiet differenti. Intant il-Ministru Chris Fearne u l-Membri tal-Gvern fil-Kumitat tal-Kontijiet pubbliċi kienu talbu lill- Awditur Ġenerali biex jiskrutinizza l-kuntratti bejn il-Gvern u l-VGH. L-Awditur kellu jinvestiga jekk dan il- kuntratt jirrapeżentax valur tajjeb għall-flus u jekk dak li kienu ntrabtu li jagħmlu l-VGH kienx jikkostitwixxi titjib fis-servizz. Il-Bank Pilatus u Asad Shukat F'Mejju tal-2017 storja oħra tirrokka sew lil Vitals hekk kif il-gazzetta The Times tirraporta illi Asad Shukat Ali, li ġieli kien ingaġġat mal- Vitals għal konsulenzi, kien fetaħ kont fil-Bank Pilatus fejn beda jirċievi 'eluf ta' ewro'. Ir-rapport jgħid li Ali kellu ishma fil-kumpanija Cross Range Holdings Ltd. Li għandha ishma fi Bluestone Investment Malta Ltd, li hija l-holding company ta' Vitals u li l-ultimate beneficial owner mhux imniżżel fl-informazzjoni pubblika tal- kumpanija. VGH ċaħdu li l-kumpanija għandha rabtiet mal-Bank Pilatus u Ali qal li hu qatt ma kellu kontijiet. Kienet il- kumpanija Planetcore Malta li tagħha kien Kap Eżekuttiv li għandha kont fil-bank Pilatus. Ix-xogħol jaqa' lura u Vitals ibiegħu Filwaqt li l-preparamenti għadhom għaddejjin, ix- xogħol infrastrutturali jidher illi waqa' lura sew fuq il- proġetti, bi ftit li xejn ċaqliq fl-isptar San Luqa. L-aħħar kapitlu ta' Vitals f 'Malta ġie proprju fil-21 ta' Diċembru, ftit qabel il-Milied. Mingħajr ħadd ma kien qed jistenna, Vitals iffirmaw kuntratt ma' Steward Healthcare u allura irrinunzjaw mill-ftehim li kellhom mal-Gvern. Il-kuntratt bejn il-Vitals u l-Ministru Konrad Mizzi f 'isem il-Gvern kien jistipola bl-aktar mod ċar li Vitals kellhom dejjem jinfurmaw u jgħarrfu lill-Gvern bit- terminazzjoni, li minn naħa tiegħu kellu d-dritt li jieħu l-art u l-proprjetà lura f 'idejh. Il-Ħadd li għadda kien żvelat fuq is-Sunday Times li t-tagħmir kollu tal-Isptarijiet inbiegħ b'€1 biss. Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal hekk dwar dan il-bejgħ minn Vitals lil Steward Health; 'We now have additional comfort that government's partner [Steward] in the PPP has a strong track record in healthcare… This is the real thing' Jiġifieri ta' Vitals ma kienx the 'real thing'? 'Il-kumpanija poġġiet lis-sidien kollha f 'riskju sever. Qed nifrreferi għal fatt li T&V... ħassru r-rekords tal-kontijiet u ħadu depożiti mill-kar ti ta' kreditu mill- 'bookings' tal-Milied' – Il-Qor ti Suprema tal-British Colombia Spjega, pass, pass tas-saga tal-VGH

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018