Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Intervista 12 B ħala żagħżugħ ta' 21 sena verament inħossni xxurtjat li twelidt f 'epoka fejn minn età ċgħira kont espost għall- edukazzjoni u l-għaren dwar il-konsegwenzi li l-użu ta' droga jġib miegħu. Minkejja dan kollu l-ewwel darba li rajt, smajt u missejt il-konsegwenzi tal-eetti koroh li l-użu tad-droga jaf iġib fuq persuna kien propju din il-ġimgħa meta f 'kamra kwieta qalb is- serenità li jori ċ-ċentru ta' San Blas f 'Ħaż-Żebbuġ, tkellimt ma' Jade* omm ta' 30 sena, omm ta' sebat itfal, omm li x-xewqa tagħha dejjem kienet li tori lit-tfal tagħha l-antiteżi tan-niket u d-dulur li hi ġarrbet tul ħajjitha. Jade mal- ILLUM, b'dieqa tirrakkonta l-episodji li fasslu t-tfulija tagħha, fejn il-vjolenza u d-droga kienu parti mir- rutina ta' kuljum. "It-tfulija tiegħi kienet mimlija uġigħ, biża u firda. Ommi telqet mid- dar meta jien kelli biss sitt snin, spiċċajna jien u ħuti ma' missieri, missieri kien bniedem abbużiv li kellu l-problema tax-xorb, kien issawwatna kuljum." Jade tirrakkonta kif ġieli għamlu tlett ijiem imsakkrin f 'kamra mingħajr ikel u xorb u kif missierha kien jġegħelhom jorqdu għarwenin fis-sodda miegħu. Ir-rakkont xokkanti, imma reali ta' Jade jkompli jnissel dieqa hekk kif hi tkompli tirrakkonta episodji mit- tfulija tagħha. "Niftakarni ta' 6 snin ngħin lil oħti, nissara maċ-ċinga biex tieħu 'hit'. Niftakarni nibki lil oħti biex tieqaf tieħu. Min jaf kemm qattajna ħin jien u hi fuq dak it-taraġ barra ċentru ta' detox nistennew fix-xemx jew il-ħin li qattajt ġol-karozzi fl-għelieqi qalb sħabha kulħadd jittaqqab." Intant, Jade kienet ukoll tieħu ħsieb lit-tarbija ta' oħtha, li welldet fl-età żgħira ta' 11-il sena. "Dik kienet it-tfulija tagħna", temmet tgħid Jade. Telqet mill-abbuż u daħlet f 'ieħor L-omm li issa ilha għal dawn l-aħħar 3 xhur issegwi l-programm ta' riabilitazzjoni fi ħdan il- Caritas tkompli tiddeskrivi b'ċertu dettall il-vjaġġ li wassalha għall-vizzju tad- droga. "Ftit snin wara mort noqgħod għand oħti l-kbira li kienet f 'relazzjoni." Hawnhekk ix-xorti reġgħet ma daħqitilhiex lil Jade hekk kif għal darb'oħra kellha tgħaddi minn abbuż kontinwu. "Is-sieħeb ta' oħti kien raġel abbużiv, kien jieħu d-droga u anke jipprostitwixxi lil oħti. Kelli ħdax-il sena u kien jġegħelni nara filmati pornografiċi bilfors. Kuljum kien jipprova jagħmel avvanzi sesswali però jien qatt ma ħallejtu, dejjem irreżistejt u għalhekk qlajt swat kbir." Darba fost l-oħrajn, Jade ma felħitx iżżomm aktar ġo fiha u għalhekk sabet lil oħtha u spjegatilha kollox,"ħaduni d-depot tal-Pulizija, iżda ommi ma ridetx tieħu passi kontrih. Kienet qaltli li għadni żgħira wisq. Jien qatt ma ridt li jiġru dawn l-affarijiet lili, xtaqt li nara xi forma ta' ġustizzja ssir." It-tfulija għal Jade kienet biss dehxa kerha, "din l-esperjenza ġegħlitni nikber malajr," saħqet Jade. "Oħti ma kinetx baqgħet tkellimni minħabba din l-esperjenza mal-għarus tagħha." Telqet mill-iskola u bdiet taħdem ta' 14-il sena Jade kienet waslet f 'mument fejn ma felħitx tqajjem gwerra ma' qrabatha u għalhekk iddeċidiet li ssib t-triq tagħha. "Bdejt naħdem ta' 14-il sena, bdejt infalli ħafna skola, u fl-istess ħin dħalt f 'relazzjoni ma' ġuvni bil-għaqal u kellna tlett itfal. Ftit żmien wara sirt naf li l-għarus tiegħi għandu relazzjoni m'oħti u għalhekk tlaqt ngħix waħdi nħallas il-kera u nieħu ħsieb tlett itfal. Ma stajtx immur naħdem għax kienu għandhom żgħar. Hi tkompli tispjega li lanqas refuġju fi ħdan ommha ma setgħet issib. "Ma bqajtx inkellimha, kont nara fiha r-raġuni li wasslet għal din il-familja mkissra; oħti tieħu, ħija jieħu. Ridt nimxi 'l bogħod mit-triq ta' ommi, ridt nimxi mod ieħor." Snin wara Jade daħlet f 'relazzjoni ma' ġuvni ieħor li kienet ukoll tgħix miegħu. "Kien jieħu ħafna, kien ibigħ ukoll, kont nagħmel kollox; nqassam pakketti nagħti lil dak u lill-ieħor, però qatt u qatt ma ħadt. Kont wissejtu li ma rridx narah jieħu aktar. Dan waqa' fuq widnejn torox u spiċċajt tlaqtu, ġimgħa wara sirt naf li tqila bit-tarbija tiegħu, mort ngħidlu bl-aħbar, iżda lit-tarbija ċaħadha u ma riedx jaf biha," qaltilna Jade. "Ġieli anqas kilt jien, biex inmantni lit-tfal" Minkejja dan kollu, Jade b'kuraġġ kbir għamlet disa' xhur waħedha tqila u trabbi t-tfal, "ġieli anqas kilt jien, biex inmantni lit-tfal u jkollhom saqaf fuq rashom; dawk huma r-raġuni għaliex ngħix." Ftit wara t-twelid tat- tarbija, Jade issa fl-età ta' 23 sena u f 'wieħed mill- iktar mumenti diffiċli ta' ħajjitha, għelbitha l-kurżità u resqet lejn in-nar, id- droga, li bħan-nar taf toffri kenn meta wieħed ikun fis-solitudni. "Kont nara lil kulħadd joħroġ u jien imsakkra, għalhekk għal darba għidt 'u iva', dik id- darba mewtitli l-uġigħ li kont nħoss." M'hemmx għalfejn inkompli nispjega wisq għax hekk kif timxi l-prassi ta' dawn l-istejjer, minn darba saru tnejn u minn tnejn erbgħa u d-doża dejjem lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Ta' 6 snin, kont nissara maċ-ċinga Esposta għal dinja ta' vjolenza u droga minn età żgħira kellha tispiċċa tgħaddi mill-istess kalvarju… l-istorja ta' Jade; residenta ġewwa San Blas Kont niġbed il-coke kullimkien, jekk qed insajjar, jekk qed insuq nitfa' mal- ġenb u niġbed " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018