Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847
14 illum | Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Films Immultat wara li għamilha ta' 'parker ' meta ma kellux liċenzja RAĠEL li kien qed jagħmilha ta' 'parker' f 'parkeġġ pubbliku fil-Belt Valletta, mingħajr ma kellu liċenzja, ġie mmultat €500 u ordnat ma jersaqx aktar lejn dan il-post għas-sitt xhur li ġejjin. Ir-raġel, li ma kellux it-'tag' uffiċjali ta' Transport Malta, kien qed jiffastidja lin-nies biex jagħtuh il-flus talli jipparkjaw il-vetturi tagħhom. Jirriżulta li Transport Malta kienet fetħet żewġ każijiet fil-konfront tiegħu iżda hu baqa' jippersisti li jagħmilha ta' 'parker'. Wara s-sentenza mogħtija mill-Maġistrat Joe Mifsud, l-Awtorità fi stqarrija qalet li d-deċiżjoni tal-Qorti tikkonferma l-ħidma tagħha u tal-Pulizija biex ma jkunx hemm abbużi fil-parkeġġi pubbliċi, b'persuni li jippożaw ta' 'parkers' u joqogħdu jdejjqu lin-nies għall-flus. Transport Malta se tkun qed tieħu azzjoni fil-Qorti kontra żewġ persuni oħra li wkoll kienu qed jagħmluha ta' 'parkers' f 'parkeġġi pubbliċi. L-Awtorità tfakkar li s-sewwieqa jistgħu jipparkjaw il-vetturi tagħhom fil-parkeġġi pubbliċi mingħajr ħlas, fil-postijiet li huma mmarkati bit-tabelli. Transport Malta tħeġġeġ lill-pubbliku biex kull min jiltaqa' ma' xi forma ta' abbuż jirrapporta fuq il-Freephone 80072393. 'Ħa nitfi l-mowbajl u mhux se terġa tarani'… SMS li salva raġel mbeżża' u mhedded minn dawk li sellfuh flus bl-użura ILĠURNATA kienet is-16 ta' Diċembru. Dakinhar raġel, li deher quddiem il- Qorti mwerwer, kien bagħat messaġġ lil sieħbu u qallu hekk; "Se nitfi l-mowbajl u mhux se terġa tarani." Kien dan il-messaġġ li salva ħajjet raġel li kien qed jiġi kontinwament mhedded, wara li ssellef €7,500 minn fuq l-idejn b'dawk li sellfuh il-flus jitolbuh €150,000. Il-Qorti qed tisma' dan il-każ u kif it-theddid wassal lill-vittma biex jikkunsdra li jneħħi ħajtu b'idejh. Dan sakemm ħabib tal-vittma mar għand il-Pulizija bil-messaġġ li kien irċieva u għamel rapport. Il-vittma spjega fil- Qorti kif fl-2015 kien talab l-għajnuna mingħand missier u ibnu, t-tnejn miż-Żurrieq u talabhom isellfuh €3,000 biex ikun jista' jagħmel titjib fil- 'bar' tiegħu. Sussegwentement sar qbil għall-ħlas ta' €500 kull xahar. Imma wara li ħallas tliet darbiet (€1,500) l-ammont pendenti baqa' ma nbidillux. Il-vittma spjega kif wieħed mill-akkużati ssuġġerixxa li d-dejn ikun ikkanċellat f 'darba f 'ammont ta' €3,500, xi ħaġa li ma setax jagħmel għax ma kellux dak l-ammont f 'idejh. Il-vittma imbagħad kien reġa issellef €4,500 mingħand dawn it-tnejn. B'hekk b'kollox ikun issellef €7,500. Minn hemmhekk l-akkużati bdew jitolbu somma dejjem ikbar ta' flus. Fil-fatt, meta mar il-Caritas għall-għajnuna, il-vittma kien qal illi ż-żewġ akkużati kienu qed jitlobuh €220,000 F'Diċembru li għadda imbagħad wieħed mill- akkużati mar id-dar tal-vittma bil-karozza tat-tip BMW u heddu illi jekk ma jħallasx €120,000 sal-Ħadd ta wara ma kienx se jgawdi l-Milied. L-għada l-akkużat reġa ċempel u qallu li l-ammont dovut reġa tela' u li l-vittma issa kellu jtih €150,000. Il-vittma ħass li triq waħda kellu. Li jneħħi ħajtu b'idejh. Tant li kien qal lil min iħaddmu li mhux se jmur aktar għax-xogħol. Il- Maġistrat Joe Mifsud ma laqax it-talba għall-ħelsien mill- arrest tal-akkużati. L-Ispettur Jeffrey Scicluna mexxa l-Prosekuzzjoni, filwaqt li l-Avukati Arthur Azzopardi u Alfred Abela dehru għall- akkużati filwaqt li l-Avukati Franco Debono u Yanika Vidal dehru 'parte civile'. Il- każ se jkompli fil-Qorti. 7 ijiem Bjorn Formosa Ilejla, fuq TVM2 fis-7:00 pm