Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet Ħallasni u nfaħħrek L-ewwelnett bonġu. Erġajt lura tafux, kilt u ffangajt bħalma għamlu numru mdaqqas ta' qarrejja. Ejja nibda, u l-ewwel vittma se tkun – iva hija – loveinmalta. Isma' jien qatt ma kelli grazzja ma' Chris Peregin li huwa wieħed mis- sidien ta' din il-websajt, li suppost tikteb fuq ir-ristoranti. Imma verament dan Peregin għandu formula mħawwda li jippreżenta kitba sponsorjata, jiġifieri mħallsa ma' dik li tkun sempliċement rappurtaġġ dwar l-affarijiet serji. M'hemm xejn ħażin, sakemm ovvjament tkun taf li dak li qed taqra huwa laħam mibjugħ. Għax interessanti min iħallas lil LoveinMalta biex jinkitbu stejjer sbieħ u kollha tifħir, u ovvjament ħadd mill-qarrejja ma jifhmu x'qed jiġri. Ikun interessanti kieku Peregin, li jippreżenta lilu nnifsu bħala xi ġurnalist indipendenti ta' ħafna prinċipji jġħidilna min iħallsu biex jikteb affarijiet sbieħ. Ejja come on!! Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Vitals waste of space Ejja nkunu ċari dawn tal-Vitals, huma bla dubju ta' xejn kumpanija serja għall-affarijiet li m'humiex serji, u jien niskanta kif il-Gvern aċċetta li jeħodhom bis-serjetà. Jien naħseb aħjar jirringrazzja l-Mulej li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia rieqed raqda papali. Għax ejja nkunu ċari dan Mark Pawley, li huwa l-wiċċ tal- kumpanija Oxley li tmexxi l-Vitals, ma jifhimx akka fis-saħħa u xogħlu jixtri u jbiegħ. Jekk is-saħħa kienet tiswa tant, ma jimpurtax għax is-soluzzjoni għas-sistema tas-saħħa mnejka hi li ssib xi ħadd aħjar mhux xi ħadd li huwa mimli arja u bass biss. Hu din turi kif id-'due diligence' mhux qed issir bis-serjetà. Isma kif qegħdin fiż-żifna, tal-Vitals kienu kellmu lil Chris Peregin għal xi pariri bil- kitba – bil-flus ovvjament? L-Amerikani Issa ma' tal-Vitals kien hemm il-kwistjoni tal-American University. Dawn ukoll bdew b'daqxejn fuq sieq ħażina. Għax qed ninsew li dawn il-barranin m'humiex kollha dak li naħsbu. Għorrief li lesti jonfqu u jinvestu kif suppost. Issa hemm oħra, ma jistax ikun li dawn jimmaġinaw li f 'Malta l-midja ma tistaqsix il-mistoqsijiet. Bħallikieku suppost kulħadd qiegħed hawn biex igħidilhom prosit, ma ninsewx kieku dawn ġew bħal oħrajn u għamlu sagrifiċċju u xtraw bħalma jixtri l-Malti kieku ħadd ma kien igħid xejn. Issa naraw x'ser jiġri. Il-wajt roks Isma' hemm bżonn li l-Ministru Chris Cardona jiddikjara minnufih li l-proġett tal-wajt roks huwa uffiċjalment 'over' bħala proġett. Iva 'over', għax wara dak li ġara fis-seabank, fejn kien hemm evalwazzjoni tal-prezz ta' l-art spiċċaw dawk li riedu jiżviluppaw il-wajt roks bi prezz ġdid u bħas- soltu – dak li kienu qed jaħsbu ma sseħħx. Jiġifieri li jieħdu biċċa art bix-xejn. Delia 'on holiday' Issa kulħadd għandu dritt ta' 'holiday' jew aħjar vaganza imma nkunu ċari Delia jrid joqgħod ftit attent. Għax aħna qed ngħoddu kemm qed jonfoq u mhux qed nifhmu minn fejn qed iġib il-flus – tal-inqas dawk iddikjarati. Għax ejja nkun ċari, biex tieħu ħamest itfal u mara vaganza mhix ċajta. Tiġik 7,000 ewro bla ma tagħmel xejn. U jekk imbagħad naraw kemm jiġu l-miżati tal-iskola, tal-iskejjel 'private' u imbgħad tal-ħlasijiet tat-taxxa lura u tal-'loans', jien ma nafx. Parir ta' ħabib, oqgħod attent għax jien forsi poodle u għandi gidma żgħira imma hawn min għandu gidma kbira. Għax sparixxiet Defni ma jfissirx li issa tista' tagħmel li trid. Sena priġunerija wara li ammetta li seraq Priġunerija wara li ta daqqa ta' sikkina RAĠEL ta' 48 sena ngħata s-sentenza ta' sena priġunerija u ġie mmultat €116.47 wara li ammetta li seraq. Ir-raġel li tressaq quddiem il-Qorti ta' Għawdex kien mixli wkoll li kellu sikkina mingħajr liċenzja jew permess tal-Kummissarju tal-Pulizija, għex ħajja ta' għażż u vagabunaġġ u li sar reċediv. Huwa kien ġie arrestat mill-Pulizija waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena f 'Għawdex. ŻAGĦŻUGĦ ta' 19-il sena mill-Gana ingħata s-sentenza ta' 18-il xahar priġunerija wara li f 'argument darab serjament raġel ta' 34 sena li kien jgħix miegħu fl-istess appartament. Meta oriġinarjament iż-żagħżugħ kien tressaq il-Qorti aktar kmieni x-xahar li għadda, huwa kien sostna li ma kienx ħati tal-akkużi mressqa kontrih iżda aktar tard stqarr li kien ħati. Fil-Qorti xhud qal li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-Knisja tan-Naxxar meta sema' liż-żewġt irġiel jiġġieldu u ddeċieda li jintervjeni biex jikkalmahom meta ra lill- akkużat b'qasba f 'id u sikkina fl-id l-oħra. Intqal li ra lill- akkużat iweġġa' lill-vittma b'daqqa ta' sikkina f 'rasu. Huwa ħarab minn fuq il-post, bix-xhud jiġri warajh sakemm irnexxilu jwaqqfu. Il-vittma stqarr li daqs tliet xhur qabel, l-akkużat kien diġà tah daqqa ta' ħarta f 'argument ieħor li kellhom bejniethom. Il-Qorti ddeċidiet li minħabba l-akkuża gravi, l-akkużat kellu jingħata sentenza ta' priġunerija effettiva. Tnaqqis fl-ammont tad-divorzji li ngħataw fl-2017 meta mqabbel mas-sena ta' qabel SAL11 ta' Diċembru li għadda ngħataw 76 divorzju matul is-sena li għaddiet. Dan jirriżulta minn tweġiba Parlamentari li għadda l-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija li saritlu mid- Deputat Laburista Byron Camilleri. Mit-tweġiba jirriżulta li matul l-2016 ingħataw 124 divorzju jew l-akbar ammont li qatt ingħataw f 'seba' snin, filwaqt li l-inqas kien fl-2010 fejn dik is-sena kienu ngħataw 47.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018