Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 16 Opinjoni N iżżiħajr lill- Avukat Joe Micallef Stafrace tal-ktieb li għoġbu jibgħatli li jikkonsisti f '500 paġna mill- ħażna tat-tifkiriet tiegħu. Bla ma naf kif, minnufih ftakart fil-kotba li kien ħareġ l-Avukat Herbert Ganado 'Rajt Malta Tinbidel'. Ganado kien pijunier tal-kotba awtobijografiċi li ħarġu f 'dawn l-aħħar snin li kollha jgħinu lill-poplu tagħna jieħu ħjiel ta' dak li Malta għaddiet minnu. Ma rridx inħalli barra l-kotba akkademiċi ta' studjużi bħal Henry Frendo u Joseph Pirotta li studjaw x'wassal għall-ġrajjiet li għaddejna minnhom u għall- konsegwenzi li gawdejna jew batejna minnhom. Iżda l-kotba awtobijografiċi ħerġin wieħed wara l-ieħor – sinjal li qed jinqraw iżjed għax il-pubbliku Malti iżjed iħobb l-istejjer milli l-istudji li joħorġu dwarhom. Ħafna awtobijografiji Ħafna kienu l-awtobijografiji li ħarġu fit-tieni nofs tas- seklu għoxrin. Jixbhu fid-daqs lill-ktieb ta' Micallef Stafrace hemm dak ta' Ugo Mifsud Bonnici – 'Konvinzjoni u Esperjenzi', il-ktieb ta' Fenech Adami eks Prim Ministru u eks President ta' Malta, u l-ktieb ta' Anton Tabone eks President tal-Parlament u eks Ministru. Insemmi wkoll xi awtobijografiji li mhux ġejjin mill-qasam politiku, bħall- ktieb ta' Sammy Meilaq, jismu 'Biċċiet minn Ħajti', mexxej tal-ħaddiema tat- Tarzna u minn Bormla imma joqgħod il-Furjana. Għandi wkoll l-awtobijografija ta' J.J. Camilleri, 'Malta li Għext Fiha', għalliem ġej mill-milja tal-komunità tal-Mosta u awtur ta' diversi rumanzi u bijografiji. Żewġ episodji L-awtobijografija ta' Micallef Stafrace tqanqal diversi kurżitajiet. Fiha hemm mal-175 episodju, imma l-attenzjoni tiegħi marret minnufih fuq tnejn minnhom – ir-riżenja tiegħu mill- kabinett ta' Mintoff, u t-tbatija li kellu jgħaddi minnha fiż- żwieġ tiegħu li seħħ fi żmien meta hu ntlaqat mill-interdett fi żmien l-Arċisqof Gonzi. Fihom it-tnejn Micallef Stafrace ġab ruħu bl-akbar irġulija. Filwaqt li temm ħesrem il-kariga tiegħu fil- kabinett ta' Mintoff, Micallef Stafrace baqa' leali sal-lum lejn l-ideali tiegħu u lejn ir- rabta tiegħu mal-Moviment tal-Ħaddiema. L-istess mal-Knisja. Filwaqt li ġarrab l-umiljazzjoni li ġab miegħu l-interdett, hu u martu baqgħu membri tal- Knisja Kattolika u għadhom jieħdu interesss attiv fiha. Ir-riżenja Fl-1971 tela' gvern Laburista b'maġġoranza ta' wieħed. U Micallef Stafrace jiftakar meta sab ruħu f 'nofs is- Sala tal-Arazzi fuq siġġu tar-roti mgeżwer f 'kowt bilkemm jiflaħ jerfa' rasu, vvota favur il-Gvern u nġarr minnufih lejn id-dar, dritt għas-sodda. Imma ma għaddiex ħafna żmien meta Micallef Stafrace fil-ktieb jgħid hekk: "Mintoff u jien ma klikkjajniex. Il-karattri u n-natural tagħna ma qabilx u jien tajt ir-riżenja tiegħi bil-miktub. Mintoff qalli biex nerġa' naħsibha. Jien weġibtu li d-deċiżjoni kont ħadtha. Jien żidt li mank għandu jkollu l-iċken dubju dwar il- vot tiegħi. Jien qiegħed hawn għax bagħtuni l-Laburisti u fuq programm elettorali preċiż". Żwieġ fis-sagristija Iż-żwieġ tiegħu ma' Yvonne kien l-ewwel wieħed minn 3 żwiġijiet li saru fis-sagristija b'riżultat tal-interdett li kien ingħata mill-Arċisqof Gonzi fuq membri għoljin tal-Partit Laburista... Fil-ktieb tiegħu Micallef Stafrace jgħid li resaq għaż- żwieġ bi trankwillità kbira. Kien ċert mill-imħabba bejnu u Yvonne u fil-jum tat-tieġ mar fis-sagristija tal-knisja ta' San Pawl fir-Rabat fejn ftit wara waslet Yvonne. Żewwiġhom l-Arċipriet, dak iż-żmien Dun Pawl Attard, u ċ-ċerimonja kienet tikkonsisti f 'sempliċi kunsens. Imma stqarr li ma nesa qatt l-'iva' li biha regħdet is-sagristija Yvonne meta l-Arċipriet staqsiha jekk reditux b'żewġha... Storja doloruża imma li xejnet il-lealtà tal-koppja Micallef Stafrace lejn il-knisja u lejn is-sagrament taż-żwieġ li ftit xhur ilu għalqu 51 sena fidili lejn xulxin fir-rabta taż- żwieg! Raw Malta tinbidel DUN ANG SEYCHELL 'Sab ruħu f 'nofs is-Sala tal-Arazzi fuq siġġu tar-roti mgeżwer f 'kowt bilkemm jiflaħ jerfa' rasu, vvota favur il-Gvern u nġarr minnufih lejn id-dar, dritt għas-sodda' 'Filwaqt li temm ħesrem il-kariga tiegħu fil-kabinett ta' Mintoff, Micallef Stafrace baqa' leali sal-lum lejn l-ideali tiegħu u lejn ir-rabta tiegħu mal-Moviment tal-Ħaddiema'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018