Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum 17 17 W aħda mill-aktar prattiċi li hija komuni fid-dinja tal-politika hija l-prattika taż- żjajjar fid-djar. Kultant jissejħu 'door to door' u kultant jissejħu 'home visits'. Jissejħu x'jissejħu żgur li din il-prattika hija mezz b'saħħtu ta' kif il-politiku jżomm kuntatt mal-kostitwenza. F'dawn iż-żjajjar titgħallem ħafna x'inhi l-fehma tan- nies fuq ħafna affarijiet u kif jaħsbuha. Ġieli mmur fi djar u dak li jkun jgħidlek ċar li hu partitarju tal-partit oppost. "Idħol kemm trid Ministru," jgħidulek, "imma jien fehma politika differenti." Jien dejjem sibt dawn il-laqgħat ma' nies li jiddikjarawlek li huma ta' fehma politika differenti utli ħafna. Utli għaliex ikollok opportunità li tifli kif ħaddieħor ġenwinament fehem il-messaġġ tiegħek. Utli għax tagħtik l-opportunità tara l-partitarju ġenwin ta' partit oppost x'jemmen li huma l-affarijiet tajba jew mhux tajba li saru mill-Gvern. Utli wkoll għaliex b'hekk tkun qed issaħħaħ l-idea li fl-aħħar mill-aħħar huwa tajjeb li jkun hawn fehmiet diversi. F'dawn it-tip ta' laqgħat – u minnhom kelli ħafna – dejjem ikun hemm qbil fuq żewġ kunċetti. L-ewwel kunċett li allaħares kulħadd jifhimha l-istess fuq kollox, li hu minnu, u t-tieni kunċett li fl-aħħar mill-aħħar l-aqwa li min jitla' jagħmel il-ġid. Din tal-aħħar insibha tingħad l-aktar minn nisa speċjalment dawk anzjani. Tagħmel il-ġid Din li meta titla' tagħmel il-gid dejjem affaxxinatni. Ankè l-iktar partitarju aħrax tal-partit op-post jasal li ma jaqbel miegħek fuq xejn, jasal biex jaqbel miegħek fuq din - l–aqwa li min jitla' jagħmel il- ġid. L-estensjoni tal-argument hu li mill-ġid kulħadd igawdi waqt li mid-deni ma jgawdi ħadd, anzi jbatu. Iddur kemm iddur, tagħsar kemm tagħsar issib li l-ġebla tas-sinsla tal-poplu Malti hi x-xewqa ġenwina li l-poplu kollu jkompli jimxi 'l quddiem. Min, bil-politika tiegħu, jmur kontra din il-ġebla tas-sinsla jew, kif kien jgħidli Joe Attard jinċana kontra l-vina, destinat li jitwarrab mill-maġġoranza. Għamilna dak l-iżball aħna fil-passat. Għamel dan l-iżball il-Partit Nazzjonalista taħt Simon Busuttil u jidher li se jkompli jippersisti f 'dan l-iżball anke issa bin-'new way' b'kollox. Il- 'leaders' il-kbar jiddistingwu ruħhom meta ma jċedux għall-pressjonijiet u jagħmlu dak li fil-fond ta' qalbhom jafu li hu tajjeb. Dak li hu tajjeb u dak li hu facli Hemm dik ix-xena fil-films ta' Harry Potter fejn l-għalliem xiħ ta' Harry Potter, il- Professur Albus Dumbledore, lil Potter jgħidlu: l-għażla hi dejjem bejn li tagħmel dak li hu tajjeb u dak li hu faċli. S'intendi din l-istqarrija hi verżjoni popolarizzata tal-kliem ta' Albert Einstein meta qal li 'great spirits have always encountered violent opposition from mediocre minds.' Jekk nitraduċuha fid-dinja tal-politika forsi nazzarda ngħid li l-għażla hi meta dak li hu tajjeb u dak li hu popolari jkunu kontra xulxin. Nifhem li hawn elementi f 'pajjiżna li ma jridux li l-politiċi jaħdmu flimkien b'mod kostruttiv f 'tellieqa ta' min ikollu l-aqwa ideat. Għaliex ma nafx. X'inhu l-mottiv ma nafx. Imma żgur hawn dawn l-elementi. Jidher li dawn l-elementi qed iżommu ostaġġ lill- Partit Nazzjonalista. F'dawn is-sitwazzjonijiet, Adrian Delia għandu juri 'leadership' u mhux iċedi għal dawn l-elementi. Għaliex fil-mument li jċedi, dawn l-elementi se jissaħħu għax jgħixu mid-djugħfija apparenti fil-karattru ta' ħaddiehor. Kunsill Lokali Valletta Il-ħidma li wettaqna flimkien biex il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jkollu binja ġdida aċċessibbli u ċentrali kienet waħda kollettiva u sabiħa. L-idea twieldet wara dibattiti bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra u minn dan id- dibattitu twieldet soluzzjoni li minnha ħadna l-frott. Tajna kelma li l-eks Café Premier kien se jiġi trasformat f 'uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u din il- wegħda nżammet. Nhar il-ġimgħa tajt iċ- ċwievet lis-Sindku, il-Prof Alexiei Dingli. Issa minnufih bdejna 'l pass li jmiss fejn se jiġi installat 'lift' biex ikun hemm aċċess aħjar għall- Bibjoteka u ssir Berġa tas- Saħħa biex in-nies ikunu jistgħu jinqdew aħjar. Se jkun hemm ukoll librerija reġjonali. Dan hu ġid li minnu jgawdi kulħadd. Grazzi lid-Direttorat tar- Restawr tax-xogħol kbir li sar biex il-binja tiġi restawrata għall-glorja sħiħa tagħha. Dan hu wkoll l-ispirtu ta' Valletta 2018, dak li nħallu legat warajna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Kburija Meta ninawguraw proġetti ġodda, dejjem iqum sens ta' kburija fost il-poplu Malti u Għawdxi. Għaddejt minnu personalment meta inawgurajna Sant'Anġlu u Sant'Iermu, u f 'dimensjonijiet iżgħar meta wettaqna xogħol ta' restawr fid-diversi komunitajiet. L-effett pożittiv kien wieħed kbir u s-sentiment hu li qed nagħmlu xi ħaġa nazzjonali, li hi ta' ġid għal kulħadd. Aħna kburin li aħna Maltin, li għandna dan il-wirt kollu u dan il-ġid kollu madwarna. Valletta 2018 se tkun ukoll opportunità li niċċelebraw bl-aqwa mod dak kollu li jagħmilna aħna min aħna. Ġid OWEN BONNICI Opinjoni Iddur kemm iddur, tagħsar kemm tagħsar issib li l-ġebla tas-sinsla tal- poplu Malti hi x-xewqa ġenwina li l-poplu kollu jkompli jimxi 'l quddiem Tajna kelma li l-eks Café Premier kien se jiġi trasformat f 'uffiċċju tal- Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u din il-wegħda nżammet

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018