Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018| illum Aħbarijiet ILPAJJIŻI membri tal- Unjoni Ewropea jridu jallokaw ferm aktar riżorsi biex isaħħu l-mod kif qed jiġbru t-taxxa tal-VAT, għaliex dan qed iwassal għal telf fil-baġits nazzjonali li jlaħħaq il-medja ta' €150 biljun fis-sena madwar l-Ewropa. Dan jirriżulta mit-tmien rapport tal- Kummissjoni Ewropea dwar il-VAT għall-perjodu 2013- 2016, li sar bl-informazzjoni li nġabret mill-Awtoritajiet tat-Taxxa tal-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea. Il-konklużjoni ewlenija hija li l-pajjiżi Ewropej iridu jaħdmu aktar flimkien biex jirnexxilhom jiġbru t-taxxa li evażuri jkunu jridu jaħarbu milli jħallsu. Fl-2016, bosta pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kienu rriformaw jew kienu fil-proċess li jirriformaw partijiet mill- amministrazzjoni tat-taxxa, iżda r-rapport jirrakkomanda li jsiru investimenti fit- teknoloġija diġitali u r-riżorsi umani għaliex dawn jitqiesu bħala kruċjali għall-pajjiżi tal- Unjoni biex isaħħu l-finanzi pubbliċi tagħhom. Dan hekk kif il-Kummissjoni innutat li filwaqt li l-miżuri li qed jittieħdu qed iħallu riżultati aħjar, għad fadal diskrepanza bejn il-VAT li qed tinġabar mill-pajjiżi u dik li għandha tinġabar. Bil-VAT miġbura madwar l-Ewropa, il-baġit tal-Unjoni Ewropea kien żdied għal €18,087 biljun fl-2015. Il-Kummissjoni Ewropea għalhekk appellat lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex jaħdmu aktar sabiex jiġbru b'mod aktar effettiv il- VAT u jsaħħu l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa. Il-ħsieb huwa li bir-riformi fis-sistema tal-VAT ikun hawn sistema waħda definita madwar l-Ewropa, li tkun waħda effikaċi u mingħajr problemi ta' evażjoni jew frodi. Dwar dan il-lat, il- Kummissjoni Ewropea tisħaq li kull pajjiż membru fl-Unjoni għandhom jagħmlu użu aħjar tal- informazzjoni li tinġabar mill-pajjiżi l-oħra, għaliex il-qsim tal-informazzjoni hija kruċjali fl-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxa. Sabiex inaqqsu l-ispejjeż jirriżulta li bosta pajjiżi fl-Unjoni għaqqdu flimkien l-amministrazzjoni u l-awtoritajiet responsabbli mill-ġbir tat-taxxa flimkien mad-Dwana u d-Dipartimenti tal-investigazzjonijiet finanzjarji. Hekk kif ġew iffinalizzati r-rakkomandazzjonijiet għall- pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, fil-ġranet li ġejjin, il-Kummissjoni se tkun qed tiddiskuti l-konklużjonijiet ta' dan ir-rapport mal-pajjiżi kollha membri sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li nstabu. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Kull sena jintilfu mal-€150 biljun ewro f 'VAT Il-KE tappella lill-pajjiżi fl -UE biex isaħħu r-riżorsi sabiex ikunu f 'pożizzjoni aħjar li jiġbru t-taxxa tal-VAT Tliet Pulizija jinqabdu bil-kokaina fuqhom; battibekki bejn il-PN u l-PL Tliet membri tal-Korp jinqabdu bil-kokaina fuqhom Stramba u surreali, imma vera. Ftit ġranet qabel il- Milied tliet membri tal-Korp tal-Pulizija kienu arrestati minn membri tat-taqsima ta' Kontra d-Droga wara li nstab li kellhom il-kokaina. It-tliet membri tal-Korp tal-Pulizija kienu qegħdin fi stabbiliment tad-divertiment f 'Paceville. Kienet il-gazzetta The Times tal-bieraħ li żvelat dan u kif dawn il-membri tal-korp kienu qegħdin barra l-ħinijiet tax-xogħol meta nqabdu bil- kokaina. L-istess gazzetta tiżvela kif wieħed mill-pulizija ilu fil-korp sentejn, ieħor għal ftit iktar minn sena u l-ieħor għadu kif sar pulizija. Fil-fatt dan tal-aħħar huwa wieħed mis-97 membru tal-Korp li ġew appuntati fis-16 ta' Diċembru. Fi stqarrija b'reazzjoni il- Partit Nazzjonalista qal li din l-aħbar tikkonferma "l-istat ħazin li jinsab fih il-Korp u min imexxieh. F'din l-ewwel ġimgħa tas-sena, il-Korp tal-Pulizija nltaqat minn tliet skandli. L-ewwel skandlu huwa dak tal-eks Assistent Kummissarju Mario Tonna li kellu jirriżenja wara l-aħbar żvelata mill-gazzetta In- Nazzjon li kien sar rapport mis-sieħba tiegħu dwar att ta' vjolenza domestika. It tieni skandlu kien Il-ġustifikazzjoni tal-Ministru Michael Farrugia li ddefenda l-aġir ta' l-eks Assistant Kummissarju Mario Tonna meta skuża il-vjolenza domestika u rabatha mal-ħin twil fuq il-post tax-xogħol. ll-PN kompla jgħid li "tfaċċa t-tielet skandlu bl-aħbar li tliet uffiċjali tal-pulizija nqabdu bid-droga." Il-PN sejjaħ 'diżastruż' l-istat tal-Korp tal-Pulizija bħalissa u qal li dak tal-lum huwa "frott deċiżjonijiet partiġġjani tal-Gvern ta' Muscat li neħħa l-kundizzjoni li persuna li tidħol fil-korp jrid jkollha kondotta nadifa. Sal-lum il- Gvern ta' Joseph Muscat diġà daħħal fil-korp 47 uffiċjal tal- Pulizija b'kondotta kriminali," temm jgħid il-PN. Ministeru: 'Dan juri li l-Pulizija qed tagħmel xogħolha' Intant fi stqarrija l-Gvern sostna li l-fatt li persuni fil- Pulizija li allegatament kienu qed jiksru l-liġi nqabdu minn membri oħra tal-Korp tal- Pulizija li għamlu xogħolhom juri s-serjetà fit-tmexxija tal-Korp. "L-Oppożizzjoni, bl-attitudni ta' Fenech Adami u Simon Busuttil, temmen li kull uffiċjal tal-Pulizija huwa ħażin. Il-Gvern jemmen fil-ħidma u l-bżulija tal-Pulizija ta' Malta u se jkompli jaħdem biex jelimina l-elementi ħżiena fil-Korp, li huma ftit. Dan hu kompletament kuntrarju għall- mod kif kienu aġevolati uffiċjali li fi żmien amministrazzjonijiet Nazzjonalisti wettqu atti kontra d-drittijiet tal-bniedem u involuti fl- agħar kriminalità," sostna l-Ministeru għall-Ġustizzja. Dwar Tonna, l-Ministeru fakkar kif bħalissa qed isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jittieħdu l-passi kriminali li jkun hemm bżonn "għax kull akkuża ta' vjolenza domestika tittieħed bl-akbar serjetà mill-Korp tal-Pulizija u milll- Ministeru, u mhi bl-ebda mod ġustifikabbli. Fil-każ tal-Pulizija li kellhom id-droga, dawn ġew sospiżi, il- każ referut lill-Public Service Commission kif inhi l-prassi, u qed jiġu investigati u jittieħdu l-passi kriminali skont il-liġi. Kriminalità relatata ma' droga mhix aċċettabbli, aktar u aktar meta din issir minn persuni fil-Korp tal-Pulizija. Tajjeb jekk l-Oppożizzjoni tgħid jekk hix tindika li fiż-żmien l-amministrazzjoni preċedenti ma kienx hemm każijiet ta' persuni fil-Korp li nqabdu fuq każijiet ta' droga," temm jgħid il-Gvern.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018