Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat Valletta.........................1 Senglea A......................0 VALLETTA kkonsolidaw it- tieni post permezz ta' rebħa minima ta' 1-0 fuq Senglea Athletic. Kienu l-Beltin li resqu qrib li jiftħu l-iskor l-ewwel meta fl-20 minuta, Joseph Zerafa approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta' Senglea Athletic u venven xutt b'saħħtu illi ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper tas-Sengleani Matthew Farrugia, bl-istess goalkeeper jerġa' jkun fundamentali erba' minuti wara meta salva tajjeb tentattiv tal-veteran Michael Mifsud. Il-Lilywhites komplew jattakkaw u fil-25 minuta, Umeh Uchenna Calistus indirizza cross mix-xellug lejn id-debuttant mill-Estonja Albert Prosa li kellu x-xutt tiegħu jiġi mblukkat minn Matthew Farrugia. Għaxar minuti wara kien il-Brażiljan Denni Rocha dos Santos dejjem għal Valletta illi ra lil Matthew Farrugia jerġa' jsalva tajjeb. Senglea Athletic, wieġbu għall-ewwel darba fit-42 minuta permezz ta' freekick insidjuż tal-ispeċjalitsa Ivan Paz li iżda ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper ta' Valletta, Henry Bonello. Valletta ħarġu qishom iljuni fil-ftuħ tat-tieni taqsima fit- tentattiv ovvju li jiftħu l-iskor u ta' dan ġew ippremjati meta fis-57 minuta rebħu penalty meta d-difensur ta' Senglea Athletic, Jonathan Bondin deher imiss il-ballun fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu l-attakkant Brażiljan Denni Rocha Dos Santos li ma żbaljax hekk kif permezz ta' xutt potenti u ċentrali tefa' l-ballun fis-saqaf tax-xibka. Il-Beltin reġgħu ħolqu l-periklu fis-77 minuta meta l-player miċ-Ċili Santiago Malano indirizza corner lejn is-sostitut Kyrian Nwoko li kellu d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tintemm ftit għoli minn fuq il-lasti ta' Matthew Farrugia. Valletta Bonello, Camilleri, Gill Cruz, Malano, Mifsud (Pulis 85'), J. Borg, Uchenna Calistus (Nwoko 59'), Zerafa, Prosa, Rocha Dos Santos (Pena Beltre 72'), Pericles Romao Senglea A. Farrugia, Bonnici, Bondin, Uyi, Leyton, Garzia (Vella 65'), Paz, Virano, Vella, Caseres, Sammut (Palmieri 70) Referi Fyodor Zammit minn Cristian Antony Muscat Lija A..............................1 Mosta.............................5 MOSTA umiljaw lil Lija Athletic meta għelbihom bl-iskor kbir ta' 5-1. Il-Blues fetħu l-iskor fis-37 minuta permezz ta' freekick dirett ta' Alex Wendel Dos Santos li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta' Lija Athletic, Luke Bonnici. Iżda Lija Athletic wettqu reazzjoni tajba u mmedjata u ta' dan huma ġew ippremjati meta fl-44 minuta ġabu l-iskor indaqs ta' meta Raphael Kooh Sona rċieva l-ballun minn throw-in ta' Predrag Babic u rnexxielu jsib ix-xibka permezz ta' xutt mill- ewwel minn taħt il-lasta. Mosta rduppjaw l-iskor fil- 65 minuta meta d-debuttant żagħżugħ Jan Tanti indirizza cross pinġut lejn Leonardo Henrique Ferreira li permezz ta' daqqa ta' ras mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Fit-73 minuta Mosta rebħu penalty meta Ousmane Sidibe waqqa' lil Alex Wendel Dos Santos fil-kaxxa, biex mill-11-il metru nkariga ruħu l-istss attakkant Brażiljan ta' Mosta li permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Ta' nota huwa l-fatt li wara l-fawl li wettaq fl-okkażjoni tal-penalty, Ousmane Sidibe, tkeċċa permezz ta' karta ħamra diretta. Mosta rebħu penalty ieħor meta fit-80 minuta Predrag Babic waqqa' lil Jan Tanti fil-kaxxa, biex mill-penalty spot reġa' nkariga ruħu Alex Wendel Dos Santos li ma żbaljax. Mosta ssiġillaw ir-rebħa permezz tal-ħames gowl meta Alex Wendel Dos Santos serva lil Leonardo Henrique Ferreira li permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Lija A. Bonnici, Babic, Borg (Schembri 46'), Sammut, Muscat, Clinch (Spiteri 73'), Kooh Sona, Galea (Aquilina 86'), Hirose, Beu, Sidibe Mosta Vella, Ferreira (Frendo 82'), Dos Santos, Bilbao Zarate (Frendo 82'), Magro, Mansi, Farrugia, Ekani, Nworah (Tanti 61), Maric, Xuereb Referi Etienne Mangion SPORTSillum Mosta jumiljaw lil Lija Athletic ALEX WENDEL DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Ilbieraħ kien qed jiddebutta ma' Mosta. Irreġistra hat-trick personali f'din il-partita. Valletta jikkonsolidaw it-tieni post Azzjoni mill-konfront bejn Mosta u Lija Athletic Ritratt - Christine Borg Terence Vella jipprova jgħaddi minn bejn żewġ plejers ta' Valletta Ritratt - Christine Borg DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-uniku gowl f'din il-partita permezz ta' penalty. Fil-passat lagħab ukoll ma' Tarxien Rainbows u Sliema Wanderers.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018