Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Sliema W.................. 1 Naxxar L .................. 1 NAXXAR Lions kisbu punt prezzjuż meta rnexxielhom iżommu fi draw ta' 1-1 lit-tim iktar ikkwotat ta' Sliema Wanderers. Il-Wanderers irnexxielhom jiftħu l-iskor fl-10 minuta meta Mark Scerri irċieva l-ballun wara li l-goalkeeper Awstrijakk tal-Lions Christoph Nicht salva parzjalment xutt ta' Riccardo Calixto Correa Duarte u tefa' l-ballun fix- xibka. Il-Lions resqu viċin li jbigħu l-iskor indaqs fit-33 minuta meta minn kross ta' Mano Micallef, il- konklużjoni ta' Jean Diego Moser ħabtet ma' sieq il-lasta. Madankollu, il-Lions, irnexxielhom jiksbu riżultat ta' draw fis-67 minuta grazzi għal xutt ferm potenti tal-BOV Plejer tal-Logħba, Yuri de Jesus Messias li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Wanderers, Glenn Zammit. Sliema W. Zammit, Muchardi, Adamovic, Temile, Sansone (Xuereb 78'), Qeros (Spiteri 78'), Bianciardi, Scerri, Mintoff, Calixto Correa Duarte, Pearson Naxxxar L. Nicht, Santos Henrique Caetano, Souza Duarte Junior, Diego Moser, Micallef, Falzon, Bonnici (Ellul 84'), Cassar, Buhagiar, Leandro da Costa (Fenech 56'), De Jesus Messias Referi Sandro Spiteri minn Cristian Antony Muscat Balzan ......................3 St An- drews....................1 BALZAN komplew jikkonvinċu u għelbu lil St Andrews bl-iskor ta' 3-1. Kienu St Andrews li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il minuta meta rebħu penalty għall-fawl fil-kaxxa ta' Bruno Giglio De Oliveira fuq Kemar Reid, iżda l-goalkeeper Sean Mintoff salva tajjeb il-penalty mogħti mill-captain ta' St Andrews, Joseph Farrugia. Fil-ħin mizjud qabel intemmet l-ewwel taqsima, kien imiss lil Balzan, li jirbħu penalty meta Grant waqqa' lil Alex da Paixao Alves fil-kaxxa, biex mill- 11-il metru Bojan Kaljevic ma żbaljax. Fit-tieni taqsima Balzan ħarġu mill-ewwel fuq l-attakk u rduppjaw l-iskor fid-49 minuta permezz ta' Alfred Effiong, li skorja b'xutt għar-rokna tax-xibbka wara li Bojan Kaljevic laqat il-wieqfa wara li rċieva minn kross ta' Alex da Paixao Alves. St Andrews ippruvaw iwettqu reazzjoni iżda Bal¬zan fis-76 minuta komplew ikabbru l-marġni tal-iskor permezz tal- attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic li skorja mill-qrib b'daqqa ta' ras wara li rċieva minn kross ieħor ta' Alex da Paixao Alves. Is-Saints irnexxielhom jiskorjaw il-gowl tal- bandiera fid-90 minuta meta kien Misael Miranda Gomez li għeleb lil Min¬toff b'xutt sabiħ minn barra l-kaxxa. Balzan Mintoff, Bezzina, Da Paixao Alves, Serrano Valero, Ljubomirac, Fenech (Effiong 46'), Kaljevic, Fenech, Lepovic (Zerafa 64'), Giglio de Oliveira, Grioli (Borg 74'). St Andrews Calleja Cremona, Grech, Borg, Miranda Gomez, Reid, Grima, Farrugia, Gauci, Atkinson (Satariano 56'), Walker (Martin 77'), Grant Referi Trustin Farrugia Cann Balzan ikomplu jikkonvinċu u jegħlbu lil St Andrews ALEX DA PAIXAO ALVES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Indubbjament, kien l-aħjar plejer fil-grawnd tul id-90 minuta. Ingħaqad ma' Balzan mingħand Tarxien Rainbows matul is-sajf li għadda. Naxxar Lions jiksbu punt prezzjuż fi draw kontra Sliema Wanderers Joseph Farrugia segwit minn Alex Da Paixao Alves Mano Micallef jaqbeż lil John Minto YURI DE JESUS MESSIAS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-gowl tant important għal Naxxar Lions f'din il-partita. Qed ikollu staġun mill-aqwa għal-Lions. Ritratt - Dominic Borg Ritratt - Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018