Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Sports 29 NAPOLI ġewwa darhom fis-San Paolo kisbu rebħa ta' 2-0 kontra Hellas Verona biex komplew jikkonsolidaw l-ewwel post tas-Serie A, bil-gowls għalihom jaslu minn Kalidou Koulibaly u minn Jose Maria Callejon. Torino ġewwa darhom għelbu lil Bologna bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Lorenzo De Silvestri, Iago Falque u Mbaye Niang. Intant, Bologna fallew penalty mogħti minn Erick Pulgar fil-50 minuta. Lazio barra minn darhom għelbu lil Spal bl-iskor kbir ta' 5-2, bil-ħames gowls għalihom jaslu minn Luis Alberto u minn Ciro Immobile li skorja xejn inqas minn erba' gowls. Intant, l-awtur tal-gowl għal Spal kien Mirko Antenucci li skorja doppjetta personali, bl-ewwel gowl għalih jasal minn penalty. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn AC Milan u Crotone, bir-Rossoneri jkunu huma li joħorġu rebbieħa bil-gowl għalihom jasal minn Leonardo Bonucci fl-54 minuta. Benevento ġewwa darhom kisbu rebħa ferm importanti ta' 3-2 kontra Sampdoria, waqt li Genoa wkoll ġewwa darhom għelbu lil Sassuolo bl-iksor minimu ta' 1-0. Napoli jikkonsolidaw l-ewwel post tas-Serie A Manchester City jegħblu lil Burnley mingħajr tbatija MANCHESTER City għelbu lil Burnley mingħajr ebda tbatija bl- iskor kbir ta' 4-1 bl-erba' gowls għalihom jaslu minn Leroy Sane, Bernardo Silva u minn doppjetta ta' Sergio Aguero. Intant, ġew innutati diversi sorpriżi fejn Middlesbrough ġewwa darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor ta' 2-0 waqt li Coventry City ukoll ġewwa darhom għelbu lil Stoke City bl- iskor ta' 2-1. Dan sabiex Souththampton barra minn darhom għelbu lil Fuham bl- iskor minimu ta' 1-0. Sergio Aguero jifraħ wara li skorja t-tieni gowl tiegħu għal Man- chester City Koulibaly jifraħ wara li skorja l-ewwel gowl għal Napoli RIŻULTATI FA Cup It-Tielet Rawnd Is-Sibt 6 ta' Jannar Fleetwood Town vs Leicester City 0-0 Middlesbrough vs Sunderland 2-0 AFC Bournemouth vs Wigan Athletic 2-2 Aston Villa vs Peterborough United 1-3 Birmingham City vs Burton Albion 1-0 Blackburn Rovers vs Hull City 0-1 Bolton Wanderers vs Huddersfield Town 1-2 Brentford vs Notts County 0-1 Cardiff City vs Mansfield Town 0-0 Carlisle United vs Sheffield Wednesday 0-0 Coventry City vs Stoke City 2-1 Doncaster Rovers vs Rochdale 0-1 Exeter City vs West Bromwich Albion 0-2 Fulham vs Southampton 0-1 Ipswich Town vs Sheffield United 0-1 Manchester City vs Burnley 4-1 Millwall vs Barnsley 4-1 Newcastle United vs Luton Town 3-1 Queens Park Rangers vs Milton Keynes Dons 0-1 Stevenage vs Reading 0-0 Watford vs Bristol City 3-0 Wolverhampton Wanderers vs Swansea City 0-0 Wycombe Wanderers vs Preston North End 1-5 Yeovil Town vs Bradford City 2-0 FIXTURES Il-Ħadd 7 ta' Jannar 13:00 Newport County vs Leeds United 15:00 Shrewsbury Town vs West Ham United 16:00 Tottenham Hotspur vs AFC Wimbledon 17:00 Nottingham Forest vs Arsenal It-Tnejn 8 ta' Jannar 20:45 Brighton & H.Albion vs Crystal Palace RIŻULTATI Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 6 ta' Jannar Torino vs Bologna 3-0 AC Milan vs Crotone 1-0 Benevento vs Sampdoria 3-2 Genoa vs Sassuolo 1-0 SPAL 2013 vs Lazio 2-5 SSC Napoli vs Hellas Verona 2-0

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018