Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Sports 30 NHAR il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' organizzat il-programm speċjali ta' qabel il-Milied b'attività speċjali. Din il-ġurnata issa ilha stabilita sew fil-kalendarju tal-Assoċjazzjoni tant li din kienet l-24 edizzjoni ta' attivita speċjali biex jinġabru fondi għall-Istrina. F'ġurnata ddominata minn kull kwalità ta' temp, dan ma qatax qalb l-Amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni milli torganizza din l-attività tant important fejn kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta' 80 kompetitur. L-atttivita tal-ġurnata bdiet fit-8am bis-sezzjoni Motocross fejn ġiet organizzata tiġrija Fun Race. Din kienet tikkonsisti f 'tiġrija twila siegħa fejn ħadu sehem disa' timijiet ta' żewġ riders kull wieħed b'żewġ muturi. Matul din ir-relay rajna lit-tim kompost minn Carmelo Borg u Mark Mamo fuq muturi Honda u Yamaha u t-tim kompost min Kyle Camilleri u Krist Falzon fuq muturi KTM u Husqvarna li matul din it-tiġrija rnexxielhom jagħmlu 40 Lap. Borg u Mamo qatgħu l-Finish qabel Camilleri u Falzon waqt li Camilleri u Falzon daħlu fit-tieni post. Fit- tielet post spiċċa t-tim kompost minn Clayton Camilleri u Ismael Briffa fuq muturi KTM waqt li fir-raba' post daħal it-tim kompost minn James Zahra u Brandon Galea fuq muturi Sherco u Honda. Il-Gurnata kompliet bir- raba attivita tal-Kompjonat Nazzjonali Autocross fejn wara ix-xita tas-Sibt filgħaxija l-kompetituri tas- Sezzjoni Autocross għamlu tiġrijiet spettakolari fuq trakka mxraba naturali u kundizzjoni ideali għal dan li-sport. Għal din l-attivita pparteċipaw 22 kompetitur li kienu maqsuma fit- tliet klassijiet Autocross Modified, Standard u Gozo Drivers. Fis-Sezzjoni Autocross Modified rajna l-finali Klassi A iffurmata min Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Andrew Pisani fuq Vuaxhall Nova, Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205. Matul ta din il-finali rajna lil Pisani joħrog fuq quddiem u kien segwit min Farrugia u Micallef fejn sa tmiem l-ewwel dawra Farrugia irnexxielu jieħu t-tmun tal-finali għall-fatt li uża l-Joker Lap kmieni fit- tiġrija. Dan spiċċa segwit min Micallef u Pisani. It-tiġrija kompliet u Pisani irnexxielu javvanza fuq Micallef. Matul il-bidu tat- tiġrija r-referi tal-ġurnata kellu joħroġ Warning fuq Grech minħabba li għamel kuntatt ma' Zammit bil-konsegwenza li dan tilef il-post oriġinali tiegħu. Ir-riżultat finali spiċċa:- Farrugia rebaħ quddiem Pisani u Grech rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Zammit filwaqt li fil-ħames daħal Vassallo. Fil-Finali Klassi B kellna dan ir-rizultat:- Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta jispiċċa jirbaħ il-finali segwit min Keith Borg fuq Vauxhall Nova u fit-tielet post daħal Matthew Saliba fuq Volkswagen Polo. Mill-Finali Klassi Standard rajna lil Johann Vella fuq Opel Nova jirbaħ din it-tellieqa segwit min Nicovich Chircop fuq Peugoet 106. Fit-tielet post daħal Kyle Agius fuq Renault 5 filwaqt li fir-raba post spiċċa Jerome Peplow fuq Kia Avella. Mill-Finali Klassi Gozo Autocross rajna lil Christian Mercieca fuq Daewoo Racer jirbaħ it- tiġrija segwit min Larkin Scerri fuq Citroen AX. Fit-tielet post daħal Marvic Sultana fuq Toyota Starlet waqt li r-raba post daħal Mario Attard fuq Ford Fiesta. Intant l-Assocjazzjoni stenniet il-ħin tat-3:30pm biex bdiet id-Demolition Derby kif kien miftiehem. 42 karozza irreġistraw għall l-edizzjoni ta din is-sena iżda 38 karozza rnexxielhom jibdew id- Demolition. Il-Kompetituri tad- Demolition Derby kienu Jonathan Cassar fuq Hyundai Stellar, Kevin Barbara fuq Hyundai Stellar, Micheal Delia fuq Lada, Charles Mallia fuq Ford Escort, Brian Grech fuq Lada, Justin Grima fuq Lada, Francis Bugeja fuq Volvo, Deneckmar Fenech fuq Daewoo, Clint Farrugia fuq Hyundai,Leo Butler fuq Toyota, Stefen Farrugia fuq Volvo, Edward Zammit fuq Lada, Brian Lawrence Mascari fuq Volvo, Jonathan Abela fuq Volvo, Mauro Cassar fuq Lada, Chris Cremona fuq Volvo, Marlon Caruana fuq Datsun, Wayne Mallia fuq Kia Clarus, Dayan Aquilian fuq Lada, Frans Butler fuq Mercedes, Mario Butler fuq Volvo, Jason Magro fuq Volvo, Carl Mizzi fuq Volvo, Larkin Butler fuq Volvo, Philip Mangion fuq Lada, Axel Grech fuq BMW, Fabian Buhagiar fuq BMW, Charles Falzon fuq Hyundai Pony, Aldo Galdes fuq Hyundai Stellar, Glenn Borg fuq Marina, Horatius Cremona fuq Lada, Jurgen Camilleri fuq Datsun, Nigel Mercieca fuq Volvo, Oliver Camilleri fuq Marina, Brandon Gilford fuq Marina, Daniel Licari fuq Hyundai Stellar, Kurt Scicluna Standard Ensign u Clive Butler fuq Toyota Crown. Fuq trakka imxarba apposta għas-sigurtà tal-kompetituri mijiet ta spettaturi attendew biex jaraw din l-24 edizzjoni tad-Demolition Derby li iktar mis-sena l-oħra kienet iddominata min diveri tip ta' karozzi. Mal-ħin tat- 3:35pm ingħata s-sinjal biex tibda d-Demolition fejn wara żewġ dawriet (exhibition Laps) mal- korsa, rajna dawn il-karozzi joffru spettaklu ta ħbit b'tattika speċjali qabel ma jiġu mormija bħala scrap metal. Fosthom spikkat il-karozza Volvo moderna misjuqa min Jason Magro li apparti l-ħoss sabiħ tal-magna tagħha dan beda jagħmel manuvri sbieħ u joqgħod attent fejn jirċievi d-daqqiet kif ukoll fejn jagħti daqqiet lil oħrajn. Din kienet wirja spettakolari. Wara ftit inqas min 50 minuta t-taqtigħa spiċċat bejn żewġ karozzi; il- Volvo misjuq min Magro u Volvo ieħor misjuq min Mascari li ġejjin mill- istess tim. Dawn it-tnejn għamlu 8 minuti jissieltu u jaraw min minnhom se jirnexxielu jagħti l-aħħar daqqa bil-konsegwenza li xi ħadd jieqaf u b'hekk dak li jibqa' jaħdem u jimxi jirbaħ it-tiġrija. Ftit sekondi qabel it-tmiem ta din id-demolition kienet daqqa wicc ma wicc li ħalliet li Brian Mascari wieqaf u b'hekk Jason Magro fuq Volvo rebaħ l-24 edizzjoni. Runner- up tiegħu spiċċa Brian Lawrence Mascari fuq Volvo ieħor. Intant l-Assoċjazzjoni ħabbret li l-kampjonati tal-ASMK ser ikomplu nhar il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 kif ukoll ħabbret li d-Demolition li jmiss ser tkun dik tal-Karozzi żgħar u se ssir nhar il- Ħadd 18 ta' Marzu 2018. L-Amministrazzjoni ħadet l-okkażjoni biex tirringrazzja lil kullħadd li b'xi mod huma nvoluti fl-Għaqda u tawgura Milied ħieni u Sena ġdida 2018 mimlija risq u hena. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku fejn wieħed jista' jsib kwalunkwe informazzjoni dwar l-Għaqda fis-sit tal- Assoċjazzjoni:- www. asmk.org.mt jew fuq Facebook A.S.M.K. Malta. Jason Magro jirbaħ id-Demolition Derby 2017 Jason Magro fuq Volvo waqt li ġie dikjarat rebbieħ Ir-Rebbieħ Jason Magro u r-Runner-Up Brian Lawrence Mascari Ritratti - Mario Micallef

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018