Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847
Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Sports 31 WAQT Laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret fil-jiem li għaddew f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, sar magħruf li l-MFA se tkun qed tqassam l-ammont ta' €490,000, f 'dawk li huma magħrufa bħala Solidarity Payments lill-klabbs kollha affiljati magħha li għandhom imorru għat- tkabbir tan-nurseries tagħhom u anki għat- timijiet tan-nisa dejjem fejn japplika l-każ. Intant, tħabbar ukoll li l-MFA għadha qed tistenna l-andament ta' investigazzjoni li qed issir bħalissa mill-UEFA f 'dak li qed jitqies bħala allegat każ ta' korruzzjoni li fih kien involut it-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena meta f 'partita kontra l-Montenegro li fiha kien tilef bl-iskor minimu ta' 1-0, jidher li kien hemm involviment minn terzi persuni fl-irranġar ta' din il-logħba. Huwa mifhum li hemm seba' plejers Maltin li qed jiġu investigati wara din il- logħba, madankollu l-MFA ma tat l-ebda dettalji dwar dawn min huma. Is-Segretarju Ġenaerli tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti, stqarr li membri fl-amministrazzjoni tal-MFA kienu preżenti fil-Kwartieri Ġenerali tal-UEFA f 'Nyon, fl- Iżvizzera, iżda kienu hemm biss bħala osservaturi u ma setgħux jesprimu ruħhom. Barra minn hekk l-MFA m'għandha l-ebda informazzjoni dwar meta se jkun qed jinqata' dan il-każ. Fost temi oħra li ssemmew waqt il-Kunsill tal-MFA, kien hemm l-appell li nfetaħ mill- Kunsill Nazzjonali għall- Persuni b'Diżabilità wara li din l-istituzzjoni li taqbeż għad-drittijiet ta' dawn il-persuni kienet fetaħ Kawża fil-Qorti Ċivili li spiċċa biex tilifha u li fiha dan il-Kunsill kien stqarr li l-Istadium Nazzjonali ma kienx biżżejjed aċċessibli għall-persuni b'diżabilità. Madankollu, il-Qorti qalet li ma jistax ikun li l-Istadium Nazzjonali ikun kompletament aċċessibli għal dawn il-persuni waqt li nnutat li bosta żoni fl-istess Satdium fosthom fl-Enclosure huma kompletament aċċessibli. Issemma' wkoll kif fil-jiem li għaddew kien intemm l-ewwel kors għall- amministraturi tal-klabbs organizzat mill-MFA u li fih attendew aktar minn 50 persuna b'mod regolari ta' kull ġimgħa fejn ġew diskussi bosta temi importanti relatati mal- operat tal-futbol lokali. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, sar magħruf kif l-MFA kienet imbarkat fuq proġett ta' software diġitali li permezz tiegħu, ħafna xogħol li kien isir bil-karti u l-kitba se jibda jsir b'mod elettroniku u permezz tal-internet. Fost dawn insibu l-line-ups tal-partiti, u affarijiet oħra relatati mad-dixxiplina u mar-reġistrazzjonijiet tal- plejers. Huwa mistenni li dan kollu jiġi fis-seħħ mill- bidu tal-istaġun li ġej. L-MFA tqassam is-somma ta' €490,000 f 'Solidarity Payments lill-klabbs Mix-Xellug għal-Lemin: Norman Darmanin Demajo, Dr Angelo Chetcuti u Kevin Azzopardi Agones SFC tniedi l-istaġun tat-Trail Running bil-Eurosport Trail Running League fl-inħawi tal-Buskett LISTAĠUN tat-Trail Running tal-2018 se jibda nhar il-Ħadd 14 ta' Jannar bl-ewwel tellieqa tal- Eurosport Trail Running League organizzat minn Agones SFC. It-tellieqa li hija fuq medda ta' 5 kilometri, ser tinżamm fl-inħawi ta' Buskett u titqies bħala waħda mill-aqwa esperjenzi ta' dan it-tip ta' ġiri f 'Malta. Din id-distanza hija popolari ħafna speċjalment mal-atleti li huma ġodda għall-isport. "Agones SFC kienu strumentali fl-introduzzjoni ta' dan it-tip ta' sport f 'Malta. It-trail running sar popolari għal fatt li l-atleti qedin jiġru qalb in-natura u il-bogħod mit- traffiku u ttniġġis li dan jġib miegħu,"spjega Warren Muscat, President, Agones SFC. "Il-parteċipazzjoni f 'dan l-isport kiber sostanzjanlment f 'dawn l-aħħar sitt snin. Fl- 2017, il-Klabb tagħna rreġistra l-akbar numru ta 'parteċipanti fit-tielaq kollha, għalhekk aħna kunfidenti li din is-sena ser naraw żieda oħra" Reġistrazzjoni għall- istaġun 2018 hija miftuħa onlajn - http://www. agones-sfc.eu/event/ agones-sfc-trail-running- league-2018/. Għalkemm ir-reġistrazzjonijiet se jiġu aċċettati sa nofs siegħa qabel ma tibda t-tellieqa, l-organizzaturi qed jinkoraġġixxu r-reġistrazzjoni bikrija. Il-ħinijiet-tlielaq kollha ser jiġu reġistrati b'mod elettroniku permezz tas- sistema ARRTS. It-tlielaq tal-Eurosport Trail Running League huma skedati f 'dawn id-dati u lokalitajiet:- Trail Run 1 - Il-Ħadd 14 ta' Jannar - Buskett (5km) Trail Run 2 - Il-Ġimgħa 16 ta' Frar (bil-lejl) - B'Bugia (5km) Trail Run 3 - Il-Ħadd 4 ta' Marzu - Munxar, Malta (10km) Trail Run 4 - Il-Ħadd 22 ta' April - Victoria Lines (19km) Il-League Racing Running Europort hija appoġġjata minn Eurosport u minn Merrell. Għal aktar informazzjoni dwar l-Eurosport Trail Running League żur www. agones-sfc.eu jew email - agonessportsclub@gmail. com. Żewġ atleti li ħadu sehem l-Eurosport Trail Running League