Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Sports 32 IRREBBIEĦ Nazzjonali tat-Triathlon, Graham Borg, li rebaħ l-ewwel titlu nazzjonali tiegħu f 'Ottubru, ingħaqad mal- Mosta Triathlon Team. Minkejja li l-Klabb Mosti ilu biss affiljat mal- Federazzjoni tat-Triathlon Maltija, mill-2014, il- Klabb ġej minn sfond b'saħħtu fiċ-ċikliżmu, klabb li twaqqaf fl-1953. Madankollu, kienu bosta l-atletli fil-klabb Mosti li ħadu numru ta' postijiet fuq il-podju f 'livell nazzjonali. Borg kellu staġun ta'suċċess - rebbieħ tal- Birkirkara St Joseph Sports Club Triathlon Series, Ċampjon Nazzjonali fil- kategorija Sprint Triathlon u rebbieħ Nazzjonali. Fuq livell internazzjonali, Borg kiseb midalja tad-deheb fil-Grupp ta' età tiegħu fit- Triathlon Internazzjonali ta' Vattenfal fi Stokkolma kif ukoll kiseb kwalifika għall-Kampjonati tad-Dinja tal-2017 tal- Ironman 70.3, meta hu ħa t-tieni post fil-kategorija tiegħu ġewwa t-Turkija. "Bi pjaċir qedin nilqgħu lil Graham Borg fostna. Il-prestazzjoni tiegħu fix-xena lokali u internazzjonali din is-sena kienet eċċellenti – ir- riżultati li kiseb matul dan l-istaġun wrew kemm hu kapaċi jikseb riżultati eċċellenti fid-diversi distanzi li t-triathlon joffri lill-atleti," spjega Edward Enriquez, Segretarju tal-Mosta Triathlon Team. "Bil-kapaċitajiet u d-dedikazzjoni tiegħu ninsabu kunfidenti li ser jagħmel lil-Club tagħna kburi fl-2018" Borg issa qed jiffoka fuq il-pjanijiet tiegħu għas-sena d-dieħla, li jinkludu numru ta' tlielaq Ironman 70.3 u Ironman b'attenzjoni partikolari fuq it-tentattiv ta' kwalifika għall- Kampjonati tad-Dinja Ironman f 'Kona, Hawaii. "Qed nistenna bil-ħerqa l-istaġun li ġej. Il-laqgħa li kelli fi ħdan il-klabb kienet tajba ħafna u ninsab kburi li nilbes il-kuluri tagħhom għall-istaġun li ġej," temm jgħid Borg. Ir-Rebbieħ Nazzjonali tat-Triathlon Graham Borg jingħaqad mal-Mosta Triathlon Team Graham Borg imkien ma' Edward Enriquez Ocean Lava Malta Triathlon tissieħeb mal- Birkirkara St Joseph Sports Club LORGANIZZATURI tal-Ocean Lava Malta, l-unika triathlon fuq medda magħrufa bħala middle distance, issieħbu mal-Birkirkara St. Joseph Sports Club. L-Ocean Lava Malta Triathlon hija triathlon mqassma fuq 113-il kilometru (1.9km għum, 90km rota u 21km ġirja) li issir fit-tielet Ħadd ta' Mejju. Din it-tellieqa ilha ssir għall-aħħar ħdax-il sena. It-tgħaqqid tal-forzi bejn dawn iż-żewġ entitajiet stabbiliti se jġib magħha għexieren ta' snin ta' esperjenza fil-qasam tal- organizzazjoni ta' dan it-tip ta' tlielaq. "Din it-tellieqa dejjem qeda tikber, u għalhekk huwa importanti li l-esperjenza tkompli titjieb hekk kif in-numri jikbru u ssir aktar popolari mal- atleti internazzjonali. Ħassejna li s-sħubija mal-Birkirkara St. Joseph Sports Club kienet pass il-quddiem sabiex inwettqu dan"- Charlie Demanuele, Fundatur u Direttur tat- tellieqa. "Birkirkara St. Joseph Sports Club għandu iktar minn għexieren ta' snin ta' esperjenza fl-organizzazzjoni ta' dawn it-tip ta' tlielaq. Il-klabb kien dejjem fuq quddiem fix-xena sportiva u kien strumentali fl- organizzazzjoni ta' diversi tlielaq tat-triathlon f 'Malta " - Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club. It-tellieqa li jmiss tal-Ocean Lava Malta Triathlon ser issir nhar il-Ħadd 20 ta' Mejju 2018 u ssir fit-Triq tal-Kosta ta 'Salina. Il-post, minbarra li huwa wieħed mill-aktar postijiet li joffru xeni sbieħ ta' Malta, tippermetti ġestjoni aħjar tat-tellieqa kif ukoll postijiet tajbin għall-ispettaturi li jixtiequ jsegwu it-tellieqa. L-Ocean Lava Malta hija għal darb'oħra appuntanta bħala l-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon tal-Middle Distance mill- Malta Triathlon Federation. Ir-reġistrazzjonijiet huma miftuħa, aktar informazzjoni jinstab fuq www.oceanlavamalta.com.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018