Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Sports 33 RUBEN Baldacchino - kowċ nazzjonali fis- settur taż-żgħażagħ, fix-xhur ta' Ottubru u Novembru attenda għall-kors fil-kowċing tal-baskitbol fl-Amerika wara li ġie mogħti borża ta' studju mill- FIBA u l-Kumitat Internazzjonali Olimpiku mill-fondi tal-'Olympic Solidarity Fund'. Baldacchino kien magħżul flimkien ma' ħames 'coaches' oħra minn madwar id-dinja. L-ewwel parti tal-kors kienet fejn attenda fl- Universita' ta' Delaware, fejn speċċjalizza f 'diversi suġġetti relatati mal- logħba tal-baskitbol professjonali. Wara li spiċċa l-ewwel parti mar Philadephia fejn kien qed jaħdem u jitgħallem mat-tim professjonali tal-baskitbol ta' l-Univesita' ta' Temple. Hemm kellu ċ-ċans jitgħallem u jaħdem mal- Head Coach Fran Dunphy li hu wieħed mill-aktar coaches rebbieħa fl- ogħla diviżjoni NCAA b'iktar minn 540 rebħa li jagħmluh il-ħames l-iktar kowc rebbieh fl-attiv. Fl-Univerista' ta' Temple kellu ċ-ċans jaħdem ma' Aaron Mckie li hu ex NBA plejers fejn kien rebaħ l-unur ta' l-aqwa 6th Man NBA (2000-1) u kien anke ex coach tal- Philadephia Sixers. Matul dawn l-erbgħa ġimgħat Baldacchino intaqa' ma diversi nies importanti fix-xena tal-baskitbol internazzjonali fosthom Seth Berger (fundatur ta' AND 1 u Head Coach ta' West Town High School), diversi 'scouts' NBA u plejers professjonali li lagħbu kemm fl-Ewropa u kemm fl-NBA. L-aħħar parti tal-kors kienet tikkonsisti li jara u jitgħallem minn timijiet ta' NBA fejn anke kien mistieden speċjali tal- Washington Wizards u Philadelphia Sixers. Meta kien Washington, kellu l-opportunita' li jagħmel laqgħa ma' viċi- president tal-Washington Wizards, fejn kellu anke l-opportunita li jżur il-faċilitajiet tagħhom. Ruben Baldacchino irnexxielu jtemm b'suċċess dan il-kors ta' l-ogħla livell tal-baskitbol (ICAB) fejn ingħata dan ir-rikkonixment minn Dr Matthew Robinson li kien mgħejjun mill-Prof. Jeffery Schneider tul dan il-kors organizzat mill- Universita ta' Delaware u FIBA. Ruben Baldacchino wara dan il-kors huwa l-iktar kowc ikkwalifikat f 'Malta fil-logħba tal-baskitbol, dan wara li fl-2015 iggradwa wkoll mill- kors tal-FIBA European Coaching Certificate (FECC). Is-Sajf li għaddha kien impenjat ma diversi timijiet nazzjonali ta' l-irġiel fejn anke rebah il-midalja tal-Bronż fil- logħob Ewropew tal-FIBA U18 li saru ġewwa Ċipru. Bħalissa Ruben Baldacchino jokkupa l-kariga ta' Head Coach Nazzjonali tal-irġiel U16. Din l-opportunita' setgħet isseħħ grazzi speċjalment għall-Malta Basketball Association u l-Kumitat Olimpiku Malti. Ruben Baldacchino jġib l-ogħla kwali ka tal-kowċing l-baskitbol Ruben Baldacchino mal-Head Coach Fran Dunphy L-Għaqda Ġurnalisti Sports tiffi rma ftehim ta' koperazzjoni mal-iSpecial Olympics LGĦAQDA Ġurnalisti Sports u l-fergħa ta' Special Olympics Malta iffirmaw ftehim li bih iż-żewġ naħat ftehmu fuq diversi aspetti ta' koperazzjoni għas-snin li ġejjin. Il-Memorandum of Understanding kien iffirmat minn Sandro Micallef President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports u Anna Calleja Direttur ta' Special Olympics Malta fl-uffiċini tal-Għaqda Ġurnalisti Sports fil-Kumpless Sportiv tal- Qroqq. Il-Ftehim jagħti garanzija ta' koperazzjoni massima li l-Għaqda Ġurnalisti Sports se tkun qed tagħti permezz ta' rappurtaġġ lill-kompetizzjonijiet kollha ta' Special Olympics Malta kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali. Special Olympics Malta min naħa tagħha qed tintrabat li f 'każ li dawn ikollhom pjan sabiex jistiednu ġurnalisti, fotografi u / jew cameraman sabiex jirraportaw avventimenti u kompetizzjonijiet internazzjonali barra minn Malta dawn ikunu membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Malta saret it-tieni pajjiż li ffirma dan il-ftehim ma' Special Olympics bl-ewwel MOU jkun iffirmat mal- Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Isport tas-Serbja. Matul l-ewwel erba' xhur tas-sena 2018 mistennija jkunu ffirmati diversi ftehim ta' koperazzjoni oħra ma' diversi Assoċjazzjonijiet ta' Ġurnalisti tal-Isport madwar l-Ewropa. Il-ftehim mal-fergħa internazzjonali AIPS Europe mistenni wkoll jkun iffirmat matul is-sena 2018. Preżenti għal dan il-ftehim jirrapreżentaw lill-Special Olympics kien hawn Malta Fiona Hynes Head of Communications u Maureen Clarke Athlete Leadership Manager ta' Special Olympics Europe Eurasia rispettivament.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018