Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

NHAR il-Erbgħa 17 ta' Jannar li ġej, il-Parlament se jkun qed jiddiskuti l-bejgħ tat-tliet sptarijiet minn Vitals Global Healthcare (VGH) lil Steward Healthcare. Dan wara li l-Gvern ma laqax it-talba li saritlu mill-Oppożizzjoni sabiex il-Kumitat tal-Kamra għas-Saħħa jiddiskuti l-bejgħ tal-isptarijiet mill-Gvern lil Vitals. Waqt laqgħa tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-Kamra, d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne insista li l-Kamra kellha minflok tiddiskuti l-bejgħ tal-isptarijiet lil Steward Healthcare. Filwaqt li ma eskludix li l-Kumitat jiddiskuti l-bejgħ oriġinali fil-futur, Fearne qal li dibattitu fil-Parlament ifisser li l-Gvern mhux biss laqa' t-talba tal- Oppożizzjoni iżda se tkun qed issir diskussjoni fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Il-Viċi Kap tal-Oppożizzjoni David Agius sostna li filwaqt li għandha ssir id-diskussjoni fil-Parlament, xorta waħda għandha ssir diskussjoni fi stadju ta' kumitat. Chris Fearne qal li d-diskussjoni fil-Parlament għandha ssir biex kulħadd jingħata l-ħin li jitkellem fuq dan is-suġġett. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tefgħet dubji serji fuq il-bejgħ ta' tliet sptarijiet Maltin, minn Vitals Global Healthcare lil kumpanija terza, Steward Healthcare. Il-PN staqsa jekk dak li sar kienx fid-dawl tal- liġijiet Ewropej dwar il-ħasil tal-flus, li daħlet fis-seħħ u li tesiġi illi kull isem ta' kull sid benefiċċjarju ta' kumpanija jkun pubbliku. Il-Viċi Kap tal-PN David Agius ħabbar li l-Membri tal-Oppożizzjoni fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi se jkunu qed isejħu għall-investigazzjoni mill- Awditur Ġenerali fuq il-bejgħ ta' dawn it-tliet sptarijiet. David Agius kien qed jirreferi għall-artiklu li deher nhar il-Ħadd li għadda fuq il- gazzetta The Sunday Times fejn ġie rrappurtat li VGH ma żammewx mal-miri u l-obbligi li kellhom, fosthom tal-bini tal-istess sptar illi kellu jkun lest din is-sena, imma li fil-fatt ix-xogħol fuqu għadu bilkemm beda. Staqsa jekk il-Gvern issa hux se jaċċetta li jippublika l-kuntratt kollu ma' VGH. Il-Gvern fil- fatt kien ippublika l-kuntratt iżda kien iċċensura partijiet sostanzjali minnu. Intant fi stqarrija l-Gvern kien sostna li jaqbel li ssir diskussjoni fil-Parlament dwar dan l-iżvilupp li ddeskriva bħala wieħed pożittiv u ppropona li d-diskussjoni ssir fil-plenarja tal-Parlament sabiex tingħata l-importanza li jixirqilha. Il-Gvern jinsab sodisfatt li kumpanija bħalma hi Steward Healthcare, li fi kliem il-Gvern stess għandha 'track record' eċċellenti fil- qasam tas-saħħa fl-Istati Uniti, se tkun qed tmexxi l-isptarijiet ta' Karin Grech, San Luqa u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Steward Healthcare tmexxi 36 sptar fl-Istati Uniti u timpjega 37,000 professjonist fil-qasam tas-saħħa. Il-Gvern fakkar lill-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius, li fuq inizjattiva tal-Gvern stess, f 'Diċembru ta' sentejn ilu, il- kuntratti kollha ffirmati bejn il-Gvern u VGH qegħdin diġà għall-iskrutinju mill-Awditur Ġenerali. Ara wkoll paġni 1, 10, 11 u 21. illum | Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Aħbarijiet jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Dan wara li l-Gvern ma laqax it-talba tal-Oppożizzjoni li l-Kumitat Parlamentari għas-Saħħa jiddiskuti l-bejgħ tal-isptarijiet mill-Gvern lil Vitals. Il-PN se jkun qed jiitlob ukoll lill-Awditur Ġenerali jinvestiga l-bejgħ tal-isptarijiet minn Vitals lil Steward. *Oer only valid for new to bank customers who open an Advance account between 1 January 2018 and 28 February 2018. Cashback of €50 credited to your account upon receipt of salary and activation of your credit card within 3 months of account opening. HSBC Advance is subject to eligibility criteria. You can enjoy all the benefits of HSBC Advance, free of charge, by crediting a minimum net annual income of €25,000 to your account if applying as a sole customer or, a joint net annual income of €35,000 if applying jointly, not including money transferred from any other sole or joint personal account(s) you may hold with HSBC Bank Malta p.l.c. Approved and issued by HSBC Bank Malta p.l.c. Registered o‹ce: 116, Archbishop Street, Valletta VLT1444. 99816-01/2018 Together we thrive CLICK hsbc.com.mt/start CALL 2380 2380 VISIT your local branch SMS send text message "ADVANCE" to 7900 2380 (Normal SMS taris apply) HSBCMalta HSBC_MT TAKE-OFF WITH AN ADVANCE ACCOUNT THAT GIVES YOU CASHBACK • Free Visa Platinum credit card • Free travel insurance • Preferential rates and fees €50 Cashback* Il-Parlament se jiddiskuti l-bejgħ tal- isptarijiet lil Steward Healthcare

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018