Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Ritratt One News Opportunitajiet ta' Finanzjament Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Il-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (2014 – 2020) jagħti opportunitajiet ta' finanzjament lill-industrija tas-sajd u l-komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qed jinbidlu, filwaqt li jrawwem reżistenza ekonomika u sostenibbilità ekoloġika. Il-Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal- Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-pubbliku li t-tieni sejħa għall-proposti tnediet fl-4 ta' Jannar 2018. Artiklu 30 – Miżura I.6 Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul Artiklu 41(1) – Miżura I.20 Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tad-tibdil fil-klima Investimenti abbord, effiċjenza enerġetika u skemi ta' awditjar, studji Data ta' l-għeluq: 28 ta' Frar 2018 Is-sejħa marbuta mal-Miżuri msemmija għandha allokazzjoni totali ta' €1.0mn f'fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l-Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta' Ġestjoni tirriserva d-dritt li żżid jew tnaqqas din l-allokazzjoni. L-Applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu mill-web link elenkata hawn taħt: http://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Agricultural%20Fisheries%20Fund/ Pages/News-and-Events.aspx Laqgħa ta' informazzjoni ser tiġi organizzata fil-25 ta' Jannar 2018. L-pubbliku għandhu jirreġistra l-interess tiegħu sabiex jipparteċipa f'din il-laqgħa sa mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar 2018 (f' nofs in-nhar). Aktar informazzjoni u/jew reġistrazzjoni għal-laqgħa ta' informazzjoni tista tintalab fuq 22001108 jew via e-mail lil fpd.meae@gov.mt. Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli Jackpot enormi għall-poplu Malti KULĦADD jieħu pjaċir jirbaħ xi lotterija bla ħsieb. Għalkemm l-ammont tar- rebħ tal-lotterija ta' Malta hija biżżejjed biex il-ħolma tiegħek issir realtà, issa hawn 'jackpot' akbar minn dak nazzjonali, li żgur ha jbiddel il-ħajja ta' xi ħadd Malti. YoBetIt.com għada kif nediet YoMillions, li hija serje ta' lotteriji ġodda li se jrebħu l-miljuni lil xi hadd iffortunat. Iva l-miljuni!. YoMillions, li hija lotterija mmexxija mill-Maltin għall- Maltin, għandha 'jackpots' enormi inkluż il-famużi Euromillions, Megamillions, Euro Jackpot u l-Powerball. L-akbar lotterija tal-Ewropa, il-Euromillions, trebbaħ miljuni ta' ewro kull ġimgħa, saħansitra rebbħet lil xi ħadd iffortunat €190,000,000!. Jekk ilek tistenna biex tirbaħ xi ħaġa sostanzjali, issa huwa ċ-ċans li din il-ħolma sseħħ. Din il-lotterija hija liċenzjata mill-Malta Gaming Authority biex tiżgura logħob responsabbli u l-YobetIt qegħdin jagħmlu minn kollox biex juru kemm huma vera serji u mpenjati mall- poplu Malti. Din hija l-istess kumpanija li tati sponsors lil klabb tal-futbol tal-Imtarfa, il-klabb tat-tennis tar-Rinella, l-klabb tas-Swieqi Yobetit Phoenix kif ukoll lit-tim tal- Bowling tal-Yobetit. Għal iktar informazzjoni rrikorru għall-paġna tal- YoMillions u ibdew aħsbu x'se tixtru u liema investimenti se tagħmlu li kieku l-ħolma tagħkom issir realtà. Rapport falz li kien hemm bomba fi Spinola Wara tfi ttxija estensiva li saret mill-Pulizja u membri tal-FAM ma rriżultax li kien hemm bomba KIEN rapport falz, dak li wasal għand il-Pulizija li kien hemm bomba fi stab-biliment tal- McDonald's fi Spinola f 'San Ġiljan. Il-Pulizija waslilhom ir-rapport għall-ħabta tad-9.30 ta' filgħodu u marru immedjatament fuq il-post. Issejħet ukoll l-assistenza tat- Taqsima tal-Klieb u l-Forzi Armati ta' Malta mit-Taqsima ta' Kontra l-Isplussivi. Il-persuni li kienu fl-istabbiliment tal-ikel ġew evakwati u t-triq ingħalqet għal xi ħin. Wara tfittxija li saret mill-Pulizija ma rriżultax li kien hemm bomba. Is-sitwazzjoni fl-inħawi rritornat għan-normal u t-triq reġgħet infetħet għat- traffiku.