Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet F'DIĊEMBRU li għadda, stazzjon prominenti tar- radju kien immultat €930 minħabba li waqt programm partikolari li jixxandar filgħodu, waħda mill- preżentaturi marret f 'ħanut tat-tpinġija biex tagħmel 'tattoo'. Dan wara mħatra mal-preżentatur l-ieħor. L-awtorità saħqet, li "dan l-aġir kien meqjus bħala messaġġ ħażin fuq il-mezzi tax-xandir, aktar u aktar fi programm li jixxandar filgħodu u li jmur kontra gosti tajbin u deċenza." Fix-xhieda tiegħu quddiem l-Awtorità tax-Xandir, il-Kap Eżekuttiv ta' Eden Leisure Group, Kevin Decesare li kien akkumpanjat mill-avukat Andrea Gera de Petri, qal li minkejja li personalment kellu riżervi dwar il-multa inkwistjoni din ma kinitx qed tiġi kkontestata. Gera de Petri qal li l-istazzjon, bħalma kien jagħmel dejjem, kien tkellem ma' uffiċjali tal-Awtorità dwar dan is-servizz fil- programm, madankollu jidher li l-istruzzjonijiet ma ġewx interpretati sew mill-istazzjon. Min-naħa tagħha, l-Awtorità sostniet li minkejja l-fatt li uffiċjali tagħha kienu spjegaw u kkomunikaw mal-istazzjon qabel ix-xandira, il-ksur tal- liġi kien seħħ xorta waħda meta sar reklamar dwar it- tpinġija fil-ħinijiet ta' filgħodu. Dan skontha kien "nuqqas serju" min-naħa tal-istazzjon u għalhekk ma kellux jiġi "trattat b'mod leġġer." Skont l-Att tax-Xandir, huwa illegali li jsir reklamar tat-'tattoos' fuq kwalunkwe mezz tax-xandir għall-perjodu ta' 15-il siegħa f 'ġurnata jew inkella mis-sitta ta' filgħodu sad-disgħa ta' filgħaxija. Apparti minn hekk fil- ħinijiet limitati li hu permess li jixxandar xi tip ta' reklam il-preżentatur irid isegwi bosta linji gwida. L-Att tax-Xandir jgħid hekk; "L-istazzjonijiet kollha għandhom ixandru reklami bħal dawn jew xi sura oħra ta' programmar li jkun fih siltiet marbuta mat-tatwaġġi jixxandru wara d-disgħa ta' filgħaxija u mhux aktar tard mis-sitta ta' filgħodu minħabba fil-fatt li skont dak li hemm fil-liġi, l-adulti biss jistgħu jitħallew jagħmlu t-tatwaġġi." "Jekk bejn id-9.00pm u s-6.00am, ikun hemm reklam għal min jagħmel it-tatwaġġi jew programm li jirreferi għal wiri ta' tatwaġġi, l-istazzjon għandu jara li min jagħmilhom għandu l-liċenzja." "Ix-xandara jridu wkoll jinfurmaw lil min qed jara u/ jew jisma' bil-periklu li jista' jkun hemm jekk it-tatwaġġi ssir minn min ma jkollux liċenzja u li t-tatwaġġi huwa xi ħaġa li tibqa' u ma tistax titneħħa ħlief b' operazzjoni." "L-Awtorità qablet li kellha tagħti messaġġ ċar lix-xandara li dan l-aġir ma kienx se jiġi tollerat u għal dan il-għan iddeċidiet li timponi l-penali relattivi u fl-ammont ta' €930, liema penali kellha titħallas fi żmien xahar mid-data tan- notifika." L-aħħar darba li ġew emendati l-pieni fil-konfront tar-reklamar fuq it-tpinġija kien fl-2010, il-multa massima hi €1,160 jew inkella mnaqqsa sa €930. Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM, jekk iħossx jekk fir-realtà tal-lum dil-multa kinetx tagħmel sens jew hix ġusta, il-Group sales Manager ta' Eden Leisure, Andrew Zammit spjega li l-istazzjon kien qajjem l-argument li din il-liġi hi waħda antikwata meta tqis li llum il-ġurnata t-tattoos m'għadhomx tabù. "Tal-Awtorità fehmu biċ- ċar l-argument tagħna u saħanistra ssimpatizzaw magħna madankollu, peress li l-liġi iswed fuq abjad tgħid hekk, xorta waħda mmultawna". lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Multa ħoxna għax irreklamaw it-'tattoos' filgħodu Kont taf li hija kontra l-liġi li xxandar reklami tat-'tattoos' matul il-ġurnata għax "mhux diċenti"? Stazzjon tar-radju lokali spiċċa laqqat multa...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018