Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 Tkompli minn paġna 1: Ma' din il-gazzetta Colin Galea jispjega kif l-uffiċjali tal- MUMN irċevew messaġġ mingħand il-Ministru Chris Fearne, dakinhar stess li tħabbar il-ftehim u wara li l-aħbar kienet diġà fuq il-mezzi tax-xandir. "Niftakar li konna laqgħa l-Belt u l-Ministru bagħatilna messaġġ u qalilna biex immorru niltaqgħu miegħu b'mod urġenti, sa dak il-ħin l-aħbar kienet diġa ħarġet fil-midja." "Il-Ministru Fearne assigurana li mhu se jinbidel xejn mill-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u aħna għalina l-ewwel priorità, lil hinn minn kull kwistjoni oħra tibqa' din." L-ILLUM għamlet kuntatt mal-Ministru Fearne u staqsiet, fost oħrajn, jekk il-kumpanija l-ġdida hux se tintrabat li żżomm l-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, inkluż dawk li ddaħħlu matul il- perjodu li fih VGH kienet il-proprjetarja. Fearne qal li "Steward Healthcare se żżomm il- ħaddiema kollha, kemm dawk li jaħdmu mas-settur pubbliku, kif ukoll dawk li kellhom kuntratt ma' VGH. Il-ħaddiema kollha se jibqa' jkollhom l-istess kundizzjonijiet u dan jgħodd ukoll għall-ħaddiema fl-isptar Karin Grech u l-isptar San Luqa." Intant minn telefonata li din il-gazzetta għamlet lill- Kirurgu Albert Fenech, li huwa membru fuq il-Bord tal-VGH u kif ukoll li se jkun qed imexxi sptar kirurġiku f 'San Luqa, jirriżulta li fil-fatt dan il-'bejgħ' minn Vitals għal Steward Healthcare għadu mhu bejgħ xejn. "Jiena assolutament qatt ma ġejt infurmat li sar xi bejgħ," sostna Fenech. Mistoqsi kif bħala Membru tal-Bord tal- Vitals Global Healthcare ma jafx bil-ftehim li l-Gvern qal li ntlaħaq bejn il-kumpaniji, Fenech sostna li hu jaf biss dak li jafu l-impjegati ta' VGH. "Jien naf dak li jafu l-madwar 80 impjegat ieħor. Lilna qalulna u wegħduna illi s'issa qed isiru diskussjonijiet, not that it's a done deal. Qatt ma ġie speċifikat lilna li dan huwa bejgħ." Nhar il-21 ta' Diċembru, l-Gvern, permezz ta' stqarrija kien indika li dak ta' bejn Vitals Global Healthcare u Steward Healthcare kien ftehim iffirmat. Fl-ebda punt fl-istqarrija ma kien preċiżat li dan kien ftehim biex jibdew diskussjonijiet formali dwar bejgħ u li allura għad m'hemm ebda qbil finali. Dwar l-andament tax-xogħol, FLEWROPA qed tiżdied l-inċidenza tal-problemi relatati mas-saħħa mentali minħabba d-dipressjoni u l-ansjetà kkawżati mill- istress fuq il-post tax- xogħol. Dan meta aktar minn nofs il-popolazzjoni fid-dinja tgħaddi minn problema ta' saħħa mentali f 'xi żmien matul il-ħajja li jħalli impatt negattiv kemm fuq il-ħajja, ir- relazzjonijiet ma' ħaddieħor u x-xogħol. Skont l-estimi tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) għall-2017, 4.4% tal-bnedmin madwar id- dinja fil-preżent jinsabu għaddejjin minn dipressjoni filwaqt li 3.6% jbatu mill- ansjetà. 'Is-saħħa mentali għandha tkun priorità...' 'Position paper' dwar Azzjoni tal-Unjoni Ewropea għal Saħħa Mentali aħjar fuq il-Post tax-Xogħol, li ġiet imfassla mill-Università ta' Nottingham tiddeskrivi s-saħħa mentali bħala prijorità għall-Unjoni. Il- 'position paper' tindika kif jeħtieġ li jiżdiedu l-miżuri minn min iħaddem favur il-prevenzjoni tal-problemi ta' saħħa mentali relatati mal-post tax-xogħol, għax l-ispiża hija akbar minn dik assoċjata mal-assentejiżmu tal-ħaddiema meta dawn ma jirrappurtawx għax-xogħol. 6% tal-ħaddiema Ewropej jinsabu fir- riskju ta' problemi relatati mas-saħħa mentali filwaqt li 26% jemmnu li s-saħħa tagħhom qed tkun affetwata fin- negattiv minħabba l-post tax-xogħol fejn jaħdmu. 27% ma jirrappurtawx għax-xogħol, għal perjodu ta' bejn ħamest ijiem u 12-il xahar, minħabba problemi ta' saħħa mentali. B'kollox jintilfu mat- 30 ġurnata tax-xogħol u dan b'detriment għall-industrija u l-kummerċ. Qed ikun ikkalkulat li l-ispiża għall- industrija hija 5% akbar mill- assentejiżmu tal-ħaddiema. L-aktar pajjiżi fejn ġew irreġistrati l-akbar numru ta' każijiet kienu l-Greċja b'55% u s-Slovenja bi 38% filwaqt li l-inqas kien ir-Renju Unit bi 12%. Persuni bi problemi severi ta' saħħa mentali sfortunatament ma jkollhomx l-istess aċċess għax-xogħol bħal persuni oħra, għalhekk ikollhom bżonn ammont akbar ta' għajnuna biex isibu xogħol sostenibbli. Il-maġġoranza tal-persuni li jbatu minn xi forma komuni ta' problemi ta' saħħa mentali u li jinsabu f 'impjieg ikun jeħtiġielhom l-għajnuna biex ikunu jistgħu jagħmlu x-xogħol assenjat lilhom. Ir-rata tal-impjieg ta' persuni bi problemi komuni ta' saħħa mentali hija bejn is-60% u s-70% filwaqt li r-rata fost dawk li jbatu minn problemi akuti hija ta' 45%. 55% tal- persuni li sofrew minn xi forma ta' problema ta' saħħa mentali ma jirnexxilhomx jerġgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol. 68% ta' dawk li jerġgħu jaħdmu jingħatalhom impjieg li jinvolvi inqas responsabbilitajiet, jaħdmu anqas sigħat jew jitħallsu ferm anqas. Dan jirriżulta wkoll minn rapport tal- OECD li juri kif dawn jispiċċaw jirċievu paga li tkun 10% inqas mill-ħaddiema l-oħra sħabhom. Kull sena ; 38% ibatu min xi tip ta' problemi ta saħħa mentali Madwar 38.2% tal-Ewropej ibatu minn xi forom ta' problemi ta' saħħa mentali kull sena. L-aktar l-ansjetà b'14%, in-nuqqas ta' rqad b'7%, id-dipressjoni b'6.9% u l-ADHD b'5%. Id-dipressjoni u l-ansjetà huma l-aktar forom komuni ta' problemi ta' saħħa mentali filwaqt li huwa baxx il-persentaġġ ta' persuni li jbatu minn forom aktar akuti bħalma hija l-iskizofrenija. Fl-Ewropa, hawn rata ferm ogħla ta' dipressjoni u ansjetà fost in-nisa filwaqt li fost l-irġiel hemm rata ogħla ta' problemi relatati mal-abbuż jew nuqqas ta' soċjalizzazzjoni. Rapport Aktar minn kwart tal-ħaddiema xogħol minħabba problemi ta' saħħa • 38% tal-Ewropej ibatu minn problemi ta' saħħa mentali kull sena • 6% tal-ħaddiema jinsabu fi r-riskju ta' problemi relatati mas-saħħa mentali jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Albert Fenech – 'Lili ħadd ma qalli bl-ebda bejgħ minn Il-Ministeru għas-Saħħa jinsisti li l-kampus ta' Barts ikun lest sas-sajf Albert Fenech

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018