Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847
9 Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet tal-ħaddiema Ewropej ma jmorrux għax- saħħa mentali li kien tressaq quddiem il-Parlament Ewropew kien juri li r-rata tad-dipressjoni hija d-doppju fost in-nisa milli fost l-irġiel. Fl-Unjoni Ewropea, 15% taċ-ċittadini għażlu li jfittxu l-għajnuna għall-problemi psikoloġiċi, filwaqt li 72% ngħatatilhom il-kura. 30% biss tal-postijiet tax- xogħol jilqgħu għall-istress L-istress għandu rwol importanti fuq is-saħħa mentali fuq il-post tax- xogħol, għaliex stress għat-tul jispiċċa jwassal għal problemi serji ta' saħħa. Għalhekk fil-'postion paper' qed jiġi propost li għandhom jittieħdu passi preventivi sabiex il-ħaddiema ma jispiċċawx jgħaddu minn problemi ta' saħħa mentali. Jitqies li l-post tax-xogħol huwa l-aħjar post minn fejn tingħata din l-attenzjoni, minħabba li kull persuna tqatta' daqs żewġ terzi ta' ħajjitha fuq il-post tax- xogħol. L-akbar stress fuq il-post tax-xogħol li jrid jiġi indirizzat hu s-sensazzjoni li ħaddiem ma jkunx kapaċi jlaħħaq mal-kapaċitajiet meħtieġa biex jagħmel ix-xogħol assenjat lilu. Dan għaliex dan it-tip ta' stress iwassal għal problemi psikoloġiċi u emozzjonali, bħalma hija n-nuqqas ta' r-relazzjoni mal-kollegi. Huma biss 30% iżda tal- postijiet tax-xogħol madwar l-Ewropa li jieħdu miżuri effettivi sabiex jindirizzaw l-istress li jista' jinħoloq fost il-ħaddiema. L-EU-OSHA tirrapporta li l-ispiża għas-saħħa mentali fost il-ħaddiema fl-Ewropa tlaħħaq il-€240 biljun fis-sena li minnhom €104 biljuni jmorru għall-kura medika. Problemi psikoloġiċi fost il-ħaddiema jistgħu jammontaw għal spiża li tkun id-doppju ta' dik tal- assentejiżmu. Mir-rapport tal-EU-OSHA jirriżulta li bejn 50% u 60% tal-ħin mitluf fuq il-post tax-xogħol huwa relatat ma' problemi ta' saħħa mentali, jew 3% tal-GDP. L-ikbar sfida iżda għall-SMEs u l-industrija li tkun trid li ddaħħal fis-seħħ miżuri ta' prekawzjoni għall- problemi tas-saħħa mentali fost il-ħaddiema, hija bla dubju l-ispiża li din iġġib magħha. Għalhekk l-EU- OSHA tirrakkomanda li jiġu implimentati mekkaniżmi ta' 'share-funding' u l-ħolqien ta' aktar inċentivi għaliex sfortunatament min iħaddem mhux dejjem jirrikonoxxi l-benefiċċji. Id-differenza fid-dinja tax-xogħol bejn persuni bi problemi ta' saħħa mentali u dawk mingħajr żdiedet ferm u l-aktar fost l-irġiel. Il-bżonn li s-saħħa mentali tiġi inkluża fost il-prijoritajiet tal-postijiet tax-xogħol issa ilha tinħass u dan minħabba l-evidenza dejjem tiżdied tal-każijiet relatati mas-saħħa mentali. Id-WHO tirrikonoxxi s-saħħa mentali bħala l-istat fejn kull individwu jirrealizza l-potenzjal tiegħu u jkun jista' jgħaddi mill- istress ta' kuljum, jaħdem u jikkontribwixxi lejn is- soċjetà u l-komunità fejn jgħix. Tirrikonoxxi wkoll li l-benesseri fuq il-post tax-xogħol hija l-abbilità tal-persuna li taħdem u tissoċjalizza mal-kollegi filwaqt li tikkontribwixxi fis- servizzi jew il-produzzjoni tal-post tax-xogħol. Il-'position paper' tikkonkludi billi tenfasizza fuq l-importanza ta' pjattaforma Ewropea li tikkordina fuq livell Ewropew u leġiżlazzjoni aktar profonda li tindirizza mill-għeruq il-problemi tas- saħħa mentali relatati mal- post tax-xogħol. Ir-rapport jirrakkomanda wkoll li jkun hemm aktar ħidma konġunta mal-Awtoritajiet biex ikun iktar faċli għal persuni li jkunu għaddew minn problemi ta' saħħa mentali biex jirritornaw fid-dinja tax-xogħol. Dan jinkludi wkoll ħidma mal- Awtoritajiet u s-sistemi tal-kura. minn Vitals...qalulna biss li qed jiddiskutu' Fenech spjega kif f 'San Luqa dan għaddej sew. "San Luqa ġie mneżża u mnaddaf u l-isptarijiet Karin Grech u dak ta' Għawdex qed isirulhom bħal eżami biex ikun aċċertat li huma ta' ċerta livell." Allura la l-affarijiet kienu mexjin tajjeb, kif qed jgħid, ma jħossux sorpriż Fenech li l-Vitals Global Healthcare trid tgħaddi dan il-proġett lil ħaddieħor? Fenech, li kkonferma li għadu membru tal-Bord tal-VGH, jerġa jisħaq mal-ILLUM illi hu jaf biss dak li jafu l-impjegati, "jiena qatt ma kont involut f 'dawn il-materji." Il-Gvern jinsisti li x-xogħol fuq il-kampus ta' Barts ikun lest sas-sajf Minkejja li x-xogħlijiet infrastrutturali f 'Għawdex, fejn il-Vitals kienu intrabtu li jibnu kampus għall-iskola ta' Barts, jidher li waqgħu lura l-Ministeru għas-Saħħa qed jinsisti li x-xogħol se jkun lest sas-sajf li ġej. "F' taħditiet li diġà saru mal-Gvern u Barts, Steward Healthcare qablu li l-iskola medika fil-kampus tal-isptar Ġenerali ta' Għawdex għandha tkun lesta sas-sajf li ġej u tkun tista' tibda tintuża mis-sena skolastika l-ġdida," sostna Fearne ma' din il- gazzetta. Dak li suppost se jkun il- bejgħ ta' dawn it-tliet sptarijiet qajjem ħafna mistoqsijiet, l-aktar marbutin mal- istruttura ta' VGH u stejjer li kienu ppubblikati fl-aħħar sentejn dwarha (paġni 10 u 11). Waħda mill-mistoqsijiet kienet dwar min huwa s-sid benefiċċjarju tal-kumpanija Bluestone li hija l-'holding company' ta' Vitals. Il-Partit Nazzjonalista qed jistaqsi jekk il-VGH hix se tbiegħ minħabba d-Direttiva Ewropea kontra l-ħasil tal-flus, li qed tesiġi li kull sid ta' kull kumpanija jew 'trust' irid jiddikjara min hu. Il-ftehim li qed jingħad li ntlaħaq mill-Gvern kien iffirmat nhar il-21 ta' Diċembru, ġurnata biss wara li d-Direttiva Ewropea daħlet kompletament fis-seħħ. Kif suppost għandu jidher l-Isptar San Luqa meta jitlesta