Illum previous editions

illum 7 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/922847

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 07 ta' Jannar 2018 LAĦBAR illi Vitals Global Healthcare mhux se tkun qed tesegwixxi l-proġett tat- tliet sptarijiet, jiġifieri dak ġenerali ta' Għawdex, dak ta' Karin Grech u l-Isptar San Luqa jġib fi tmiemu era ta' ftehim illi ġab miegħu kritika qawwija, mistoqsijiet , dubji u anke elenku ta' akkużi u allegazzjonijiet. Vitals magħżulin biex imexxu proġett ewlieni ta' €200 miljun Wara sejħa pubblika, nhar is-Sibt 27 ta' Ġunju 2015 jitħabbar illi Vitals Global Healtchare kienu ġew magħżulin bħala l-offerent il-favorit għal proġett fuq tlett sptarijiet pubbliċi. Il-Ministru Konrad Mizzi, dak iż-żmien responsabbli għas-Saħħa u Enerġija, kien wiegħed illi l-proġett f 'Għawdex se joħloq 650 impjieg permezz ta' bini ta' sptar b'150 sodda għat-turiżmu mediku u 125 sodda riżervati għall-istat biex jintużaw mill-pubbliku mingħajr ħlas. Apparti minn dan, il-proġett kellu jfisser 220 sodda privata fl-isptar San Luqa li kellu jibda jinbidel f 'wieħed ta' rijabilitazzjoni. Karin Grech kellu jinbidel fi Sptar pubbliku tal-ġerjatrija. Vitals jingħataw l-isptarijiet għal 30 sena Sena wara, t-tliet sptarijiet kienu trasferiti lill-kumpanija Vitals Global Healthcare. Il-Gvern qabel li l-ħaddiema jibqgħu kollha fuq il-kotba tiegħu, li l-kumpanija tinvesti €220 miljun f 'sentejn (sa din is-sena). Ram Tumuluri, wieħed mid-Diretturi u l-'wiċċ' wara dan il-proġett kien assigura li l-kumpanija kellha l-esperjenza meħtieġa fil-qasam u li se jkollha bħala sieħeb il-Walter Reed Medical Centre għas- servizzi ta' rijabilitazzjoni fl-isptar San Luqa. Dubji serji dwar it-'track record' ta' Tumuluri u ta' Vitals Minn ftit wara li tħabbar illi l-VGH kienu magħżulin bdew iqumu diversi mistoqsijiet dwar l-isfond mediku u t-'track record' tal- kumpanija u tal-wiċċ tagħha f 'pajjiżna; Ram Tumuluri. Fil-fatt il-kumpanija kienet kritikata għaliex għandha 'track record' fqir fl-isfera tas-saħħa. Kienet il- gazzettaILLUMl-ewwel li żvelat kif Ram Tumuluri li kien qed jieħu ħsieb l-operat ta' VGH Global Healthcare f 'pajjiżna ma kellu ebda esperjenza fil- qasam tas-saħħa u wisq inqas esperjenza ta' suċċess fin-negozju. L-istess gazzetta kienet żvelat illi l-uniku rekords taħt ismu kienu dawk relatati mal-kumpanijaAyurcare Internationalli kienet ġiet xolta hekk kif ma kinitx konformi mal-liġi. Apparti dan, kienet żvelat il- gazzettaILLUMnhar il-Ħadd 8 ta' Novembru 2015, Tumuluri kien ddikjara l-kumpanija T&V Hospitality, parti minn struttura li kienet qed tmexxi l-lukandaNita lake Lodgefil-Kanada, falluta bil-konsegwenza li ma kienx baqa' Direttur Maniġerjali tal- istess Lukanda. Tumuluri kien dejjem ċaħad li hu mexxa kumpanija li falliet u kien sostna illi l-kumpanija kellha biss l-assi trasferiti. Minn Nikita lake Lodge fil-Kanada għal Għawdex Nhar is-16 ta' Marzu 2010, Nikita Lake Lodge , lukanda fil-Kanada, waqgħet taħt Maniġment ġdid. Artiklu fuq is-sit ta' lukandi 'Hotel Interactive' irrapporta hekk; 'Managing Director, Ram Tumuluri, will head the take-over team and lead the day-to-day operations for the hotel. Tumuluri's extensive background in luxury hotel management includes a post-graduate degree in Business Management from Birmingham University in the UK, and a Culinary Arts degree from Osmania University in India.' L-ILLUM għandha f 'idejha deċiżjoni mill-Qorti Suprema tal-British Columbia illi tagħmel referenza għal Tumuluri bħala President u Direttur ta' T&V Inc. Din il- kumpanija, skont is-sentenza kienet qed timmaniġġja l-pixxina tal-lukanda Nikita Lake Lodge, kif ukoll kienu qed jikru s-sezzjoni kummerċjali u tal-lukandi ta' NLL Holdings. T&V kellha, skont id-deċiżjoni tal-Qorti, Fallew ftit wara li bdew; Spjega, Ġew b'ħafna wegħdi u tamiet imma telqu taħt ħafna dellijiet, dubji u mistoqsijiet... Il-Vitals Global Healthcare f 'Malta; mill-bejgħ sat-tluq 'sorpriża' agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-British Columbia dwar T&V Inc.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 7 January 2018