Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406
Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum Intervista 13 ir-reati bħala kriminalità organizzata" il-flus fl-aħħar mill-aħħar fejn qed imorru jew x'qed jiffinanzjaw." Hawnhekk spjega li meta persuna tinqabad fil-fatt ikun ifisser li l-Pulizija tkun wettqet 'background work' fejn f 'koperazzjoni mal-banek, isir monitoraġġ tal-ATMs u kif isiru tranżazzjonijiet li l-bank jikkunsidra li huma suspettużi, il-Pulizija tieħu azzjoni immedjata kemm mit-taqsima tal-Economic Crimes iżda ġieli wkoll mill- RIU. Tlieta mis-sitta li ġew arrestati s-sena li għaddiet, inqabdu fil-fatt bil-flus fuqhom, li kienu ġibdu mill-ATMs bl-użu ta' 'cloned cards'. Il-qsim tal-informazzjoni mal-EUROPOL hija vitali biex il-Pulizija tieħu azzjoni malajr Peress li s-serq tad- dettalji tal-'cards' tal- bank mill-ATMs hija attività kriminali mifruxa mal-Ewropa, il-Pulizija f 'Malta taħdem id f 'id mal-EUROPOL. Il-Pulizija titlob għall-informazzjoni mill-EUROPOL kif ukoll jgħaddu informazzjoni li tkun inġabret waqt inves- tigazzjonijiet f 'pajjiżna. Dwar din il-koperazzjoni, l-Ispettur Vella qal li "mill- informazzjoni li aħna niġbru jinħolqu ċertu 'patterns', fejn ikollna saħansitra ritratti. Il-EUROPOL ngħaddulhom ir-ritratti u l-informazzjoni ta' suspettati li nkunu qed naħdmu fuqhom. Min-naħa tagħhom huma jagħmlu diversi 'checks' tar- ritratti u tal-persuni, jekk humiex magħrufa f 'pajjiżi oħra." Dan il-qsim tal- informazzjoni huwa kruċjali biex il-Pulizija tkun tista' tieħu azzjoni malajr. Din l-attività kriminali iżda tmur lil hinn mill-Ewropa u dan ikkonfermah ukoll l-Ispettur Vella meta qalilna li "in-nies li jirrappurtaw, jistqarru li l-flus li huma jsibu ne- qsin jkunu nsterqu minn pajjiżi fl-Asja, bħalma huma l-Filippini, it-Tajwan jew it- Tajlandja postijiet li jmorru lil hinn mill-Ewropa." Matul l-investigazzjonijiet, il-Pulizija tosserva dawk hekk imsejħa manuvri suspettużi min-naħa ta' persuni li jkunu suspettati li qed jisirqu mill-ATMs. Mistoqsi jiddeskrivi xi jkunu dawn il-manuvri suspettużi, l-Ispettur Matthew Vella tana l-eżempju "f 'temp sħun u bnazzi wieħed ikun liebes xalla jew bil-'hoodie' u nuċċali tax-xemx biex jgħatti wiċċu. Il-kriminali ħafna drabi jagħmlu minn kollox biex jaħbu l-identità tagħhom. Jiġifieri hemm ċertu ċirkostanzi li ma tkunx tagħmel sens li persuna tkun qed tagħmel użu minn ATM b'dawk il-ħwejjeġ." Spjegalna wkoll li ħafna drabi, is-suspettati jkollhom 'backpack', li għalkemm dan ma jfissirx li kull min jagħmel użu minn ATM bil- 'backpack' fuq dahru jkun qed jagħmel xi ħaġa ħażina, il-kriminali jużaw 'backpack' għal diversi raġunijiet speċjalment sabiex iġorru t-tagħmir li jinstallaw jew li jwaħħlu mal-ATM innifisha. Il-kriminali jisirqu l-identità ta' persuni oħra biex tidher li l-vittma wettqet ir-reat Hawnhekk ħadna d-diskussjoni tagħna lejn angolu differenti tal-istess suġġett, jekk il-Pulizija ssibhiex aktar diffiċli li tintraċċa tranżazzjonijiet illegali li jkunu saru onlajn. L-Ispettur Matthew Vella spjegalna kif fl-onlajn "dejjem ikun hemm dik it-traċċa li tgħin lill-Pulizija biex tasal għal dik il-persuna li tkun għamlitha." Qalilna iżda li dan "ma jfissirx li għax saret onlajn, mela allura b'mod awtomatiku l-Pulizija se tkun taf min għamilha, għaliex ħafna drabi minn jagħmel dan it-tip ta' reat jinħeba wara l-identità ta' ħaddieħor u għalhekk apparti r-reat tat-tranżazzjonijiet illegali onlajn ikun hemm ukoll ir-reat tal-identità misruqa ta' ħaddieħor." Ikun hemm allura l-każijiet li meta l-Pulizija jsibu isem wara s-serq tal-flus bi tranżazzjonijiet onlajn jista' jkun hemm ukoll il-lok li dik il-persuna tkun diġà rrappurtat mal-awtoritajiet li xi ħadd kien serqilha l-identità u għalhekk ma tkunx hi li fil-fatt tkun wettqet ir-reat. L-Ispettur qalilna li l-internet u d-dinja diġitali joħolqu ċertu sfidi, bil-kriminali jħossu aktar komdi li jagħmlu reati onlajn għax hemm l-aspett tal-anonimità. Saħaq li "fl-aħħar mill-aħħar xorta hemm mezzi kif b'xi mod aħna naslu għal min seta' għamel dak ir-reat." L-Ispettur Matthew Vella għaddielna wkoll numru ta' suġġerimenti biex persuna tgħin fil-prevenzjoni tar- reati bis-serq mill-ATMs bl-'iskimmers' u spjega wkoll li "ġieli jidħlu rap- porti ta' persuna li tkun qed tagħmel użu minn ATM ta' ċertu post, li mhux 100% ċert minnha u dak il-ħin jintbagħtu l-Pulizija tad- distrett biex jivverifikaw." Idealment persuna għandha tkun familjari mal-ATM li tuża u tara bejn wieħed u ieħor jekk ikunx hemm apparat li ma jkunx jidher tas-soltu mwaħħal magħha. Importanti wkoll li meta persuna tkun qed iddaħħal in-numru tal-PIN tal- 'card' tal-bank, tgħatti bl-id l-oħra bħala prekawzjoni fl-eventwalità li xi kriminal ikun waħħal kamera mal- ATM. L-istess persuna għandha tirrapporta lill- bank u l-Pulizija sabiex jibdew immedjatament jistħarrġu u titwaqqaf u tinbidel il-'card' li tagħha jkunu nsterqu d-dettalji. Huwa importanti wkoll li wieħed josserva xi jkun qed jiġri meta jkun fil-kju u jara jekk persuna hix qed twaħħal apparat mal-ATM. "Ġieli jidħlu rapporti ta' persuna li tkun qed tagħmel użu minn ATM ta' ċertu post, li mhux 100% ċert minnha u dak il-ħin jintbagħtu l-Pulizija tad- distrett biex jivverikaw." " " L-Ispettur Matthew Vella mill-Economic Crimes tal-Korp tal-Pulizija