Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 I s-sena tal-Kapitali Ewropea tal- Kultura tagħna tibda b'ċelebrazzjoni unika denja tal-Festa tradizzjonali Maltija. Valletta 2018 hija ċelebrazzjoni eċċitanti ta' sena – programm kulturali li jibda fil- belt kapitali tagħna u li jinfirex lejn il-bliet u rħula madwar Malta u Għawdex kollha. Il-Ftuħ tagħha se jiġbed folol fil-qalba tal-Belt Valletta bil- mużika u d-divertiment, artisti tat-triq u prestazzjonijiet li se jxerrdu l-kelma dwar il-Ftuħ madwar it-toroq tal-kapitali, esibizzjonijiet li se jsiru f 'diversi postijiet madwar il-belt, open days li jiskopru mill-ġdid l-ispazji affaxxinanti storiċi tal-Belt Valletta, attivitajiet tal-qari tal-istejjer maħsuba għar-residenti tal-belt u l-ispazji li jużaw, u ħafna aktar. Fiċ-ċentru ta' din il-festa grandjuża nsibu l-ferħ, iż-żfin, il-mużika u l-ħolm li jimlew l-erba' pjazez ewlenin tal-Belt Valletta – Pjazza San Ġorġ, il-Pjazza ta' San Ġwann, Pjazza Kastilja, u ż-żona madwar il-Funtana tat-Tritoni – fejn il-grupp teatrali Katalan, La Fura dels Baus, se jinvolvi lill- udjenza permezz ta' akrobaziji ta' barra, filwaqt li ŻfinMalta joffru prestazzjonijiet taż-żfin kontemporanju. Matul iċ- ċelebrazzjoni, il-projezzjonijiet diġitali, l-arti tal-filmati u s-sinfonija tal-kor se jagħtu atmosfera sabiħa u maġika lill-kapitali tagħna. U madwar il-belt kollha, il-baned se jivjaġġaw u l-artisti se jwasslu l-festi fit-toroq, filwaqt li jistiednu lir-residenti u lill-viżitaturi minn madwar il-Gżejjer Maltin kollha biex jieħdu sehem f 'din iċ- ċelebrazzjoni spettakolari. Il-proġetti ta' Valletta 18 se jwasslu l-kultura wara bieb kulħadd, waqt li jgħaqqdu l-viżjoni tradizzjonali ta' ħajja Mediterranja arrikkita b'relazzjonijiet mill-qrib mal- familja, mal-ħbieb u mal-ġirien flimkien mal-prattiċi kreattivi dejjem jikbru tal-gżira. Għaldaqstant ħsibt li fil-paġna tiegħi għal din l-edizzjoni nwasslilkom deskrizzjonijiet qosra tal-attivitajiet li se jsiru fil-Belt Valletta matul il-ġimgħa tal-ftuħ ta' Valletta 18 bejn l-14 u l-21 ta' Jannar. Każinata ġo La Valette – Società Filarmonica Nazionale La Valette F'diversi jiem matul il- ġimgħa, is-Società Filarmonica Nazionale La Valette se tgħix il-festa magħna wkoll, b'kunċerti tal-banda tar- ram, esibizzjonijiet fil-post u atmosfera ferriħija... Teżori Moħbija – Is-Soċjetà Filarmonika King's Own Matul il-ġimgħa tal-ftuħ, is-Soċjetà Filarmonika King's Own se tiftaħ il-binja tal-każin lill-pubbliku. Ġewwa, viżitaturi jistgħu jiskopri t-teżori moħbija li jinsabu fiha, li jinkludu arkivji b'mużika imprezzabbli u ritratti ta' tifkira ta' avvenimenti importanti tal-banda. Festa Fever – Domus Pauli F'nofs il-preparamenti għall-festa proprja tagħhom, l-Għaqda tal-Pawlini se jiftħu l-mużew Domus Pauli għal esibizzjoni ta' artefatti reliġjużi li għandhom x'jaqsmu mal-festa ta' San Pawl fil-Belt Valletta. Sorijiet u Patrijiet – Maħżen San Duminku Il-Kummissjoni Armar u Restawr se jkunu qed jippreżentaw esibizzjoni u workshops marbuta mat-tiżjin tal-festa ta' San Duminku fil- Belt Valletta (b'mod partikolari x-xogħlijiet ta' Carlo Darmanin, Vincenzo Cremona u Emvin Cremona). L-istejjer marbuta ma' xulxin huma karatterizzati minn artefatti u ħiliet miksuba bejn wieħed u ieħor matul dawn l-aħħar mitt sena. Nhar l-20 ta' Jannar 2018 se jsiru wkoll workshops għall-pubbliku dwar temi relatati mal-armar tal-festi, b'dan il-programm: 20 ta' Jannar – 09:30 (indurar), 10:30 (pavaljuni tal-festa), 11:30 (xogħol fil-metall) San Pawl taż-Żgħar – Il-Festa tat-Tfal Din is-sena l-verżjoni tat-tfal tal-festa lokali ta' San Pawl tieħu xejra speċjali għal Valletta 2018. It-tfal se jerfgħu statwa żgħira ta' San Pawl madwar il- Belt Valletta. Tibda minn Triq Sant'Ursula, ddur madwar it- toroq tal-Belt Valletta, u tispiċċa fi Triq San Pawl, kantuniera ma' Triq Santa Luċija. Iljieli Beltin – Teatru Komunitarju Sala San Duminku L-Għaqda Festi Esterni San Duminku timmira li ssaħħar l-udjenzi bi tliet iljieli mimlija ħajja ta' mużika u teatru komunitarji, bil-parteċipazzjoni tal-gruppi popolari tal-mużika alternattiva Brodu u Mistura, il-kummidjanti Philip Leone- Ganado u Chris Dingli, u għannejja Maltin tradizzjonali. Mużika ma' Kull Rokna – madwar it-toroq tal-Belt Valletta Mużiċisti minn diversi kantunieri tul Triq ir- Repubblika jingħaqdu flimkien f 'tarf it-triq, wara li jkunu stiednu lin-nies fit- triq biex idoqqu magħhom, bil-qofol jintlaħaq quddiem il-Qorti. Bi produzzjoni ta' Xarulù, din l-attività twiegħed li tkun taħlita ta' mużika ferriħija ta' diski popolari, mimlija strumenti moderni u tradizzjonali. Il-Ħanut – 81/3, Strada Stretta Ispirat mill-proġett kollaborattiv ma' Leeuwarden- Fryslân 2018, Poetry in Potato Bags, dan il-ħanut tal-poeżija/ patata se jistieden lill-viżitaturi lejn spazju fejn il-poeżija biss se 'tinbiegħ', f 'erba' lingwi differenti. Se jkun hemm workshops għat-tfal, u fihom se jkunu jistgħu jiddisinjaw u jpinġu, iżda wkoll jitgħallmu modi kif tista' tiskambja l-poeżija għal aktar poeżija – fuq ir-radju, fil-boroż tal-patata, fil-vażetti u aktar… Ħolm Butik • Pjazza Ħelsien • Knisja Ta' Ġieżu /Sicilia Bar (indana bejn Triq Sant'Ursola/Triq San Ġwann) • Triq it-Turġien (it- terrazzin ta' Ġewwa Barra) Ħolm Butik huwa rakkont kontemporanju dwar il-ħolm tal-bniedem, li se juża elementi tat-teatru inkluż is-satira, biex jirrifletti dwar id-diversità tal-ħolm tal-bniedem, kif jesprimi ruħu, il-potenzjal tiegħu u kif ikun ta' impatt fit-trasformazzjoni tal-ispazji li jgħix fihom. Matul ir- rappreżentazzjonijiet, l-artisti se jinvolvu l-komunità lokali fi proċess li jgħaqqad it-teatru u l-moviment. Teatru Triptiku • Bieb il-Belt sal-Qorti • Pjazza Repubblika, quddiem il-Biblijoteka, • Żona tal-Lanċa Valletta- Sliema u Pjazza Mattia Preti Teatru Triptiku, b'direzzjoni u produzzjoni ta' Jacob Piccinino, huwa serje ta' interventi artistiċi qosra madwar it-toroq tal- Belt Valletta. Dawn se jkunu marbuta mill-qrib man- narrattiva ta' Valletta 2018 għas-sena, u b'hekk iservu ta' introduzzjoni għall-Programm Kulturali li se jkollu l-bidu tiegħu fl-istess ġurnata. 1. Festa: Xi raħħala jirrappreżentaw baned opposti li jeżistu fi ħdan in- nisġa kulturali ta' kull raħal. Tinqala' ġlieda matul il-marċ ta' filgħodu tal-festa; hekk kif jiffaċċjaw lil xulxin minn gallariji faċċata ta' xulxin fi Triq ir-Repubblika, l-avversarji 14 Valletta Valletta 18 – L-ikbar festa kulturali CLIFFORD GALEA Minn din il- ġimgħa għajnejn Malta se jkunu kollha fuq il- Belt Kapitali ta' pajjiżna. L-attiv- itajiet, in-nies, l-ikel, xorb u l- pjazez...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018