Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018| illum Aħbarijiet Eks rebbieħ tal-EURO mal-MEPs f 'delegazzjoni dwar il-Valletta 2018 LILLUM tinsab infurmata li delegazzjoni ta' MEPs se jkunu f 'Malta fi Frar sabiex jistħar-rġu mill-qrib l-Valletta 2018, il-proġetti u l-programm tal-attivitajiet li saru b'rabta mal-Belt Ewropea tal-Kultura u kif intefqu l-fondi Ewropej. Id-delegazzjoni se tkun qed tinkludi lill-MEP Theodoros Zagorakis, li kien il-'captain' tat-Tim Nazzjonali Grieg li fl-2004 kienu r-rebbieħa tal-EURO, kif ukoll l-MEPs Maltin Marlene Mizzi u Francis Zammit Dimech. F'Malta l-MEPs se jkunu qed jiltaqgħu fost l-oħrajn mal-Ministru għall-Kultura Owen Bon-nici, iċ-Chairman tal-V18 Jason Micallef u s-Sindku tal-Belt Valletta Alexei Dingli. Huwa mistenni li din id-delegazzjoni tfassal rapport dwar il-Valletta 2018 li jiġi ppreżentat fil-Parlament Ewropew. Intant, l-ILLUM tkellmet mal-President tal- Assoċjazzjoni tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) Tony Zahra hekk kif hija mistennija żieda fl-attività ekonomika matul din is-sena bil-Valletta 2018. Huwa spjega kif matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, ġiet irreġistrata żieda ta' 8% fit-titjiriet bl-ajru lejn Malta meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena li għaddiet. Qal li għalhekk l-MHRA qed tistenna żieda fin- numru tat-turisti li ġejjin Malta bejn Jannar u April, ix-xhur ewlenin tal-bidu tal-attivitajiet tal-Valletta 2018. Tony Zahra qal li l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura qed tinċentiva aktar turisti biex jiġu Malta biex jaraw l-attivitajiet li se jsiru matul is-sena u għalhekk il-lukandi u r-ristoranti qed jippreparaw għaż-żieda fid-domanda. B'mod partikolari r-ristoranti li hemm fil-Belt Valletta. Il-Valletta 2018 hija attività kbira għal Malta, hekk kif il-Belt Valletta flimkien ma' Leeu-warden se jkunu l-ibliet Kapitali Ewropej tal-Kultura u se jiġu organizzati mijiet ta' attivitajiet matul is-sena kollha. Il-fondazzjoni V18 se tkun qed torganizza mal-140 proġett u mal-400 attività differenti matul l-2018, li jinkludu fost l-oħrajn, il- Valletta Pageant of the Seas, il-Malta International Jazz Festival u n-Notte Bianca. Il-ftuħ uffiċċjali tal-Valletta 2018 se jsir nhar is-Sibt li ġej, b'erba' spettakli kbar ta' 30 minuta 'l wieħed fil-pjazez tat-Tritoni li se tin-fetaħ mill- ġdid dakinhar, Kastilja, San Ġorġ u San Ġwann. Għal din l-attività huwa misten-nija li jattendu mat-80,000 persuna. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 ilha għaddejja fuq vjaġġ ta' ħames snin bi tħejjija għar- riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali tal-Belt Valletta, bl-aħħar investiment li nfetaħ jkun dak tas-Suq tal-Belt. Mal-ILLUM, iċ-Chairman tal-Valletta 2018 Jason Micallef kien stqarr li flimkien mal-Gvern, ir- riġenerazzjoni fil-Belt Valletta se jibqa' għaddej mhux biss matul iż-żmien tal-Belt Ewropea tal-Kultura iżda sas- sena 2020. Dan b'investiment ta' €30 miljun għal proġetti ġodda. Fis-sena 2031, Malta jerġa' jkollha belt jew raħal li jiġi nominat bħala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Ara wkoll paġni 14 u 15. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino • MEPs f 'Malta biex jaraw mill-qrib il-proġetti u l-programm tal-attivitajiet • L-investiment fil-Belt Valletta mill-Valletta 2018 se jibqa' għaddej sas-sena 2020 Valletta 2018 waslet! – Din il-ġimgħa tibda l-festa ISSENA tal-Kapitali Ewropea tal- Kultura twasslilna ċelebrazzjoni eċċitanti b'għeruq fil-wirt uniku tal-Gżejjer Maltin. Valletta 2018 hija festa kbira madwar il-gżira kollha li tolqot l-immaġinazzjoni ta' kulħadd; hija sena mimlija b'aktar minn 400 avveniment li tistieden lil kulħadd biex jiskopri, igawdi u joħloq il- kultura flimkien. Matul is-sena, Valletta 2018 se tesplora l-passat, il-preżent u l-futur kreattiv tal-Gżejjer Maltin grazzi għal programm wiesa' u aċċessibbli ta' avvenimenti u inizjattivi kreattivi. Minn rappreżentazzjonijiet ta' fama internazzjonali, festivals stabbiliti u attivitajiet għall-familja kollha, sa proġetti komunitarji, workshops kreattivi u pjattaformi għal talent ġdid, is-sena 2018 għandha xi ħaġa għal kulħadd! F'dan ix-xahar, kulħadd huwa mistieden biex jiċċelebra t-tnedija ta' Valletta 2018 b'wirjiet spettakolari li jwasslu għal ERBA' PJAZEZ u teżor ta' attivitajiet li se jitwettqu matul il- ĠIMGĦA TAL-FTUĦ. Il-Programm Kulturali ta' Valletta 2018 qed jospita sena sħiħa ta' avvenimenti aċċessibbli maħsuba biex jesploraw u jiċċelebraw il-ħajja kontemporanja fuq il-Gżejjer Maltin. B'sitt fergħat tal-programmi biex wieħed jesplora – Komunità, Arti Viżiva u Disinn, Tfal u Żgħażagħ, Prestazzjoni, Film u Opra, Mużika u Attrazzjonijiet fil-Belt – is-sena 2018 għandha xi ħaġa għal kulħadd! Ippjana s-sena tiegħek fejn tidħol il- kultura billi żżur www.valletta2018.org jew niżżel l-app ta' Valletta 2018. ERBA' PJAZEZ – Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ftuħ Uffiċjali ta' Valletta 2018 20 ta' Jannar 2018 – 19:00 'il quddiem Titlifx din iċ-ċelebrazzjoni spettakolari li qatt ma rajna bħalha fil-Gżejjer Maltin! Kulħadd huwa mistieden biex jiġi jgawdi l-mużika, iż-żfin u r-rappreżentazzjonijiet ta' ispirazzjoni li se jdawlu erba' pjazez ewlenin fil-Belt Valletta: Pjazza Tritoni, Pjazza San Ġorġ, Pjazza San Ġwann u Pjazza Kastilja. Kull pjazza se tospita spettaklu ta' 20 minuta fis-19:00, b'kull spettaklu jiġi ripetut kull siegħa sal-23:00. Iċ-ċelebrazzjonijiet se jingħalqu b'kunċert/afterparty fuq skala enormi organizzat minn Tenishia (Joven Grech) u l-Orkestra Filarmonika ta' Malta fi Pjazza San Ġorġ. Għal aktar informazzjoni dwar Erba' Pjazez żur: www.valletta2018.org Il-ġimgħa tal-Ftuħ tal-Valletta 2018 14-21 ta' Jannar 2018 Madwar il-Belt Valletta Dan il-festival ta' ġimgħa, li jinvolvi l-komunità tal-Belt Valletta, jesplora l-kultura, it-tradizzjonijiet u l-irkejjen moħbija tal-Belt kapitali maħbuba tagħna. Il-Ġimgħa tal-Ftuħ tikkonsisti minn programm vast mimli b'rappreżentazzjonijiet, wirjiet, mużika u ħafna iktar. Attrazzjonijiet ewlenin jinkludu rappreżentazzjonijiet mill-gruppi lokali Brodu, Mistura u d-dwett akustiku Xarulù, kummiedja stand-up mingħand Chris Dingli u Philip Leone-Ganado, interventi artistiċi minn Teatru Triptiku, ġranet miftuħa u wirjiet li jikxfu t-teżori mhux daqstant magħrufa tal-Belt Valletta, u għadd ta' attivitajiet għat-tfal u ż-żgħażagħ. It-temi varjati tal-festival – il-Festa, il-Pop-up, il-Mużika u t-Teatru, it-Tfal u ż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Istorja – joffru dawra ta' 360 grad madwar il-Belt Valletta li żgur se tipprovdi diversi ħarġiet għall-familji, ħbieb u viżitaturi kurjużi lejn il-Belt. Għal lista sħiħa ta' avvenimenti żur: www.valletta2018.org Skopri l-Programm Kulturali ta' Valletta 2018 Iċ-ċelebrazzjoni ta' ġimgħa f 'Jannar hija biss il-bidu ta' din il-festa spettakolari.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018