Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum Sports 27 minn Cristian Antony Muscat Hamrun S. ......................1 St Andrews .....................1 F'LOGĦBA li ftit li xejn offriet spettaklu, Hamrun Spartans u St Andrews temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1. Hamrun Spartans fetħu l-iskor wara biss 10 minuti fl-ewwel okkażjoni perikoluża li ħolqu meta Julian Galea għadda tajjeb lejn Davide Succi li permezz ta' xutt mill- ewwel tefa' l-ballun fix-xibka. Dik kienet l-unika azzjoni denja ta' nota li ġiet innutata fl-ewwel taqsima. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kienu l-Ispartans li ħolqu l-ewwel periklu eżattament fil- 55 minuta meta Terence Agius ittanta xortih mid-distanza, imma l-goalkeeper tas-Saints, Matthew Calleja Cremona tar minn tulu u salva tajjeb. U żewġ minuti biss wara Kemar Reid irnexxielu jġib l-iskor indaqs għal St Andrews meta wara li qabeż żewġ difensuri avversarji, permezz ta' xutt minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa. Hamrun Spartans wieġbu fil-65 minuta meta minn freekick, De Castro ra l-ballun jaħbat mal-barriera, biex mir-rebound tefa' ftit barra. Fit-83 minuta Ħamrun Spartans ipprotestaw għall- penalty meta Julian Galea deher jitwaqqa' fil-kaxxa, iżda r-referi Etienne Mangion ħalla l-logħob għaddej. Hamrun S. Galea, Criaco, Zerafa, Micallef, De Castro, Galea, Succi, Espindola de Paula, Agius (Nilsson 71'), Camilleri, Micallef (Busuttil 86') St Andrews Calleja Cremona, Borg, Miranda Gomez, Azian (Satariano 90'), Grima, Farrugia, Gauci, Walker (Martin 73'), Grant, Blagrove, Reid Referi Etienne Mangion minn Cristian Antony Muscat Gzira U ............................3 Tarxien R ........................1 GZIRA United komplew jikkonvinċu meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta' 3-1, biex b'hekk baqgħu jżommu l-pass mat-timijiet ta' fuq. Kienu l-Maroons li ħolqu l-ewwel periklu wara erba' minuti permezz ta' freekick insidjuż tal-ispeċjalista Andrew Cohen li iżda ħabat mal-mimduda qabel intemm barra. Ir-Rainbows wieġbu fit-12-il minuta permezz ta' xutt ta' Ayrton Azzopardi li ġie salvat mingħajr wisq diffikultà mill-goalkeeper veteran tal- Maroons, Justin Haber. Fl-20 minuta, reġa' kien Andrew Cohen li ħoloq il-periklu meta freekick ieħor ta' Andrew Cohen għadda għoli minn fuq il-lasti tal-goalkeeper tar- Rainbows, Antonio Chetcuti. Iżda man-nofsiegħa logħob, kienu Tarxien Rainbows li fetħu l-iskor hekk kif Eduard Marian Calin bidel il-ballun ma' Ricardo Silva Faria li min-naħa tiegħu venven xutt b'saħħtu mill-viċin għar-rokna tax-xibka. Iżda fil-45 minuta, Gzira United rebħu penlaty, meta Matthew Spiteri waqqa' lil Andrew Cohen fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu Amadou Samb li tefa' l-ballun fix-xikba, bil-goalkeeper tar- Rainbows Antonio Chetcuti, imiss il-ballun iżda ma jirnexxielux isalva. Gzira United irdoppjaw l-iskor fis-67 minuta meta wara li rċieva l-ballun minn corner, mill-viċin u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża, Amadou Samb, tefa' l-ballun wara Antonio Chetcuti. Fit-82 minuta,Tarxien Rainbows, qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Antonio Mitrev wara li rċieva żewġ karti sofor. Mill-freekick li rriżulta, Gzira United issiġillaw ir-rebħa meta ż-żagħżugħ Nikolai Muscat tefa' l-ballun fix-xibka b'xutt sabiħ li ma ta l-ebda ċans lil Antonio Chetcuti. Gzira U. Haber, Briffa, Gatt Baldacchino (Muscat 70'), Machedo Neto, Pulo, Avila Perez, Bilbao Zarate, Cohen (Borg 90'), Corbolan, Samb, Garba (Brincat 85') Tarxien R. Chetcuti, Radovanovic, Agius, Spiteri (Traore 85'), Dieye, Azzopardi (Brincat 75), Grech, Scicluna, Calin, Silva Faria (Cilia Mumford 89'), Mitrev Referi Emanuel Grech SPORTSillum Bilanċ assolut bejn Ħamrun Spartans u St Andrews Ritratt - Christine Borg Andrew Cohen jgħaddi tajjeb minn bejn żewġ plejers avversarji KEMAR REID Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-uniku gowl ta' St Andrews f'din il-partita. Ingħaqad ma' St Andrews matul is-sajf li għadda. Gzira United ikomplu jikkonvinċu u jżommu l-pass ma' ta' fuq RICARDO SILVA FARIA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalkemm spiċċa fuq in-naħa telliefa, kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Ingħaqad ma' Tarxien Rainbows mingħand Mosta matul is-sajf li għadda. Ritratt - Dominic Borg Marco Criaco jip- prova jirbaħ il-ballun mingħand plejer ta' St Andrews

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018