Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 DIN is-sena u fis-sena ta' warajha fl-istituzzjonijiet Ewropej se tqum il- kontroversja dwar l-unanimità bejn l-istati membri tal- UE biex tkun introdotta l-armonizzazzjoni fit-taxxa. Dan qalu Alfred Sant waqt programm televiżiv dwar Malta u l-Unjoni Ewropea. Sant qal li biex l-UE tiddeċiedi dwar taxxi tal-kumpaniji u dwar taxxi personali, hemm bżonn ta' unanimità għax din materja li taqa' barra milli jgħidu t-trattati. Imma hemm min qed jargumenta li klawsola tat-trattati tippermetti li f 'ċerti ċirkostanzi ma hemmx bżonn ta' unanimità anke dwar taxxa. Dan l-argument infetaħ is-sena li għaddiet. Sant qal li qed issir pressjoni fl-istituzzjonijiet Ewropej favur l-armonizzazzjoni tat-taxxa. Fil-Kummissjoni Ewropea u fil-Parlament Ewropew hemm qbil li jkunu armonizzati t-taxxi fl-UE waqt li hemm ideat differenti fil-Kunsill Ewropew. Mistoqsi jekk spiċċax il-konsensus bejn iż-żewġ partiti politiċi f 'Malta dwar il-politika ta' tassazzjoni wara li l-MEPs tal-PN ivvotaw favur rapport li jgħid li deċiżjonijiet dwar taxxa ma għandhomx jiġu deċiżi minn vot unanimu, Alfred Sant wieġeb li jrid ikun il- PN li jrid iwieġeb din il-mistoqsija. "Il-vot li ħadu d-deputati nazzjonalisti fuq ir-Rapport tal- Panama fil-Parlament Ewropew kien jgħid li l-unanimità dwar it-tassazzjoni trid tispiċċa. Jekk ivvotaw favur ir-rapport, ivvotaw favur dan il-punt. Bil-vot tagħhom l-MEPs tal-PN qablu li t-tassazzjoni m'għandhiex tibqa' prerogattiva tal-pajjiżi membri. Bl-istess mod, punt ieħor li qiegħed fir- rapport li vvotaw favur tiegħu jgħid illi kull ftehim dwar taxxa doppja bejn pajjiżi membri tal-UE u pajjiżi oħra, għandu jittieħed u jsir minn Brussell. Li hemm inkwetanti f 'din il-ħaġa hi li donnu l-PN bidel il-pożizzjoni tiegħu, ma għadux jappoġġja ċertu pożizzjonijiet li kien hu wara kollox li kien għafas fuqhom meta Malta daħlet fl-UE. Din hija xi ħaġa perikoluża ħafna." Dr Sant qal li hemm affarijiet fl-UE li jeħtieġ li jitjiebu pereżempju żgur li hemm bżonn li għalkemm l-ekonomiji qed jirrankaw, hemm bżonn aktar ħsieb u inizjattiva kif noħolqu aktar xogħol għaż- żgħażagħ, iktar kura għal persuni li jinsabu qrib il-faqar. Fil-qasam tal-immigrazzjoni jeħtieġ li l-Ewropa tkun aktar soda iżda aktar ħanina. L-istess ħaġa tgħodd għal Malta. "Għal futur – laburisti, nazzjonalisti – aħna minn aħna- irridu l-ewwel nett dak li sejjer tajjeb inkomplu nsostnuh, nifhmu li għad iridu jiġu żminijiet differenti u diffiċli għax dejjem hekk jiġri. Il-ħajja rota u fejn naraw li l-affarijiet mhumiex sejrin tajjeb biżżejjed irridu nagħmlu l-almu tagħna biex insewwuhom b'sens ta' lealtà lejn il-pajjiż u anki lejn l-Ewropa għax wara kollox aħna Ewropej." NUMRU ta' Membri Parlamentari Ewropej qed jitolbu lill-awtoritajiet lokali biex jibdew investigazzjoni fuq allegazjonijiet ta' żejt mil-Libja. Din it-talba qed issir, primarjament, fid-dawl tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, illi kien hemm min rabtu ma' ċrieki ta' kuntrabandu taż-żejt. Kienet il-gazzetta Taljana, Il Fatto Quotidiano li fil-fatt abbinat l-arrest ta' Darren Debono mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, it-traffikar taż-żejt bil-kuntrabandu mil-Libja kif ukoll il- qtil b'karozza bomba ta' żewġ Maltin li kienu qed jinnegozjaw mal-Libjani. Caruana Galizia, fil-fatt kienet kitbet blogg nhar l-14 ta' Frar illi fih tgħid lil mara li allegatament hedditha aħjar toqgħod attenta li Darren Debono ma jispiċċax jinqatel f 'karozza bomba bħalma ġralhom żewġ sajjieda oħrajn. Hija għamlet referenza għal Darren Degabriele u Martin Cachia. Debono kien arrestat wara li l-Prokura ta' Katanja mexxiet investigazzjoni f 'ċirku ta' nies allegatament marbutin ma' moviment taż-żejt fl-ibħra ta' madwarna. Din l-investigazzjoni kienet magħrufa bħala 'Dirty Oil'. Esperti li kienu tkellmu mal-ILLUM kienu sostnew, fid-dawl ta' kritika lejn pajjiżna, illi jkun aħjar jekk it-Taljani jaraw kif dieħel żejt illegali f 'pajjiżhom. It-talba biex jibdew investigazzjonijiet dwar dawn l-allegazzjonijiet, hija biss waħda minn numru ta' rakkomandazzjonijiet li numru ta' MEPs qed jagħmlu wara żjara f 'Malta f 'Diċembru li għadda. Fost diversi rakkomandazzjonijiet oħrajn dawn l-MEPs qed jitolbu li jsiru riformi diversi u anke investigazzjoni f 'dak li jsejħu "allegata influwenza f 'elezzjonijiet permezz ta' impjiegi fis-settur pubbliku" kif ukoll li l-Kummissarju tal-Pulizija m'għandux ikun maħtur mill-Prim Ministru. L-abbozz tar-rapport tad-Delegazzjoni li ġiet f 'pajjiżna ddomina l-aħbarijiet din il-ġimgħa, hekk kif fost affarijiet oħrajn kien żvelat illi Maria Efimova indikat li hu mhijiex is-sors oriġinali ta' Daphne Caruana Galizia fuq l-allegazzjoni 'Egrant'. Intant din il-gazzetta tinsab infurmata li r-rapport se jkun diskuss bejn l-24 u l-25 ta' Jannar li ġej. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham ĦATRA TA' FINANCE AND ADMINISTRATION MANAGER FIL-KAMRA TAD-DEPUTATI L-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati jilqa' applikazzjonijiet għall-kariga ta' Finance and Administration Manager. Dettalji dwar il-kundizzjonijiet, dmirijiet, rekwiżiti ta' eliġibbiltà, għażla u sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jinsabu fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li tista' titniżżel mis-sit tal-Parlament ta' Malta fl-indirizz li ġej www.parlament.mt jew miġbura mit-Taqsima Finanzi u Amministrazzjoni, Kamra tad-Deputati, Misraħ il-Ħelsien, Il-Belt Valletta VLT 1010. Applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti relatati jintlaqgħu mill-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard minn nofsinhar (CET), il-Ġimgħa, 19 ta' Jannar 2018, jew jistgħu jintbagħtu b'mod elettroniku fuq dcs.parlament@parlament.mt. 'Hemm bżonn ta' investigazzjoni f 'allegazzjonijiet ta' żejt bil-kuntrabandu mil-Libja' Ir-rapport tal- MEPs dwar Malta diskuss ġimagħtejn oħra Iż-żejt bil-kuntrabandu kien marbut mal-qtil ta' DCG mill-midja Taljana L-2018 se tkun is-sena li matulha se jikbru l-isforzi biex ir-rati ta' taxxa jkunu l-istess fl-UE Sant jgħid li l-MEPs Nazzjonalisti vvutaw biex t-tassazzjoni ma tibqax prerogattiva tal-pajjiż Alfred Sant