Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406
9 Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum Aħbarijiet Id-Dipartiment tal-Ġustizzja fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qed jirċevi espressjonijiet ta' interess minn professjonisti f'dawn l-oqsma biex iservu bħala esperti tal-Qorti. • Esperti fuq IT • Esperti li jistgħu jagħtu Digital Forensic Consultancy, b'emfasi għal dak li jirrigwardja eżami ta' digital equipment (eż. kompjuters) • Esperti għall-Impronti Diġitali • Esperti fil-qasam ta' mobile data • Esperti f'ambitu ta' inkjesti ta' frodi u reati kummerċjali • Esperti tekniċi/periti komputistici – awdituri u accountants • Esperti tat-Taxxa Internazzjonali • Esperti fis-Servizzi Finanzjarji (investimenti/polza tal- assikurazzjoni/banking) kemm sostantivi u regolatorji • Komputisti Forensiċi • Esperti fil-kalligrafija • Esperti fil-Liġi tal-iSport • Esperti Legali fuq ċerti materji tekniċi jew speċifiċi ħafna, u/jew fuq ġurisdizzjonijiet esteri jew kwistjonijiet transborder • Esperti relatati mal-Health and Safety • Esperti fit-tossikoloġija u patoloġisti • Esperti fuq mediċina forensika • Esperti fid-DNA u Ġenetika • Esperti mediċi inkluż tobba, dentisti • Esperti fix-xjenza attwarja • Esperti fil-Qorti Ċivili, Sezzjoni Familja • Social Workers għal Superviżjoni u Social Workers għal Social Reports • Psikjatri, Psikologi, Psikoterapewti, Family Therapists, Child Psychologists, Clinical Psychologists u Social Workers • Psikoterapewti esperjenzati fil-qasam tal-vizzju tad-droga u ż- żgħażagħ • Tradutturi u Interpreti partikolarment fil-lingwa Spanjola • Interpreti partikolarment miċ-Ċiniż-Ingliż, Franċiż-Ingliż, Żvediż- Ingliż • Esperti fuq xogħol mekkaniku (motor mechanics) • Esperti ta' inġinerija mekkanika • Esperti fuq inġinerija elettrika • Esperti fl-inġinerija ċivili/strutturali/materjali • Periti • Arkitetti • Esperti tat-Traffiku • Esperti Marittimi • Esperti tal-Avjazzjoni • Esperti rigward sub-acqua diving • Esperti fis-Sigurta` • Esperti fuq Proprjeta` • Esperti fuq Kuntratti (relatati mal-proprjeta`) • Esperti tal-Valutazzjoni tal-Valur tal-Bini • Esperti fuq Restawr • Esperti fuq Suċċessjoni • Esperti dwar il-Privattivi Industrijali • Esperti fl-Ambjent • Esperti fil-Meteoroloġija • Esperti dwar il-Mużika (copyright infringement) • Esperti fis-Settur Awdjo Viżiv • Esperti fuq oġġetti ta' valur, cioe` deheb, djamanti eċċ... • Esperti dwar vetturi u motorvehicle surveryors • Esperti fil-qasam ta' xogħol tal-injam, i.e. mastrudaxxi Espressjonijiet ta' interess jintlaqgħu sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar, 2018 u għandhom jinkludu dawn li ġejjin: (a) Ittra ta' motivazzjoni fil-kalligrafija proprja li fiha għandu jkun hemm indikazzjoni ċara tal-qasam ta' kompetenza; (b) Europass Curriculum Vitae, u, (ċ) Ċertifikat reċenti tal-Kondotta tal-Pulizija. Espressjonijiet ta' interess għandhom jiġu indirizzati lill-: Uffiċċjal Inkarigat Unit tal-Esperti tal-Qorti Dipartiment tal-Ġustizzja (Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali) 21 Triq l-Arċisqof Il-Belt Valletta VLT 1443 "Ma nemminx li dawn l-affarijiet għadhom jiġru fl-2018" Din il-gazzetta tkellmet ukoll mal-preżentatur popolari tal- programm xarabank Peppi Azzopardi. Mal-ILLUM Azzopardi kien pront jgħid li assolutament ma jistax jemmen li dawn l-affarijiet għadhom jiġru fl-2018. "B'dan l-argument qed ngħidu li aħna intristikament qed naraw it-tpinġija bħala xi ħaġa ħażina. Jiġifieri aħna nippermettu reklamar fuq affarijiet li jagħmlu l-ħsara bħal 'junk food' u xorb alkoħoliku imma mbagħad ma nippermettux reklam dwar it-tpinġija matul il-jum," innota l-preżentatur. Azzopardi kompla jgħid li allavolja hu m'għandux tpinġija, xorta waħda jqisha bħala arti, filwaqt li saħaq li l-edukazzjoni għandha tkun iċ-ċavetta f 'dawn il-każijiet. "Nemmen li m'għandniex nirristrinġu, la reklamar tal-'junk food' u lanqas tat-tpinġija. Minflok għandna nedukaw lit-tfal tagħna fuq xi tfisser li jkollok tattoo, ngħallmuhom fuq il-permanenza tagħha u li mhix xi ħaġa faċli li tneħħi," sostna Azzopardi. "Niftakar darba t-tifel ried jagħmel tpinġija, u jien ma kontx oġġezzjonajt. Biss kont wissejtu li din hi xi ħaġa permanenti. Pront, pront irrimarkali hekk; "Mhux anke ż-żwieġ permanenti u int xorta żżewwiġt." "X'inhu r-rwol tal- Awtorità tax- Xandir?" Imwaqqfa lura fl-1961, l-Awtorità tax-Xandir għandha rwol importanti li tissorvelja u tirregola x-xandiriet kollha tar-radju u tat-televiżjoni li joriġinaw mill- gżejjer Maltin. L-Awtorità tax-Xandir kontinwament tissorvelja l-istazzjonijiet tax-xandir lokali kollha sabiex tiżgura l-konformità tagħhom mal-liġi. L-awtorità li hi waħda indipendenti u hija magħmula minn President u erba' membri oħra maħtura mill- President ta' Malta, skont il-parir tal-Prim Ministru mogħti wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni. X'jgħid eżatt l-Att tax-Xandir fuq r-reklamar tat-tpinġija … "L-istazzjonijiet kollha għandhom ixandru reklami bħal dawn jew xi sura oħra ta' programmar li jkun fih siltiet marbuta mat-tatwaġġi jixxandru wara d-disgħa ta' filgħaxija u mhux aktar tard mis-sitta ta' filgħodu minħabba fil-fatt li skont dak li hemm fil-liġi, l-adulti biss jistgħu jitħallew jagħmlu t-tatwaġġi." "Jekk bejn id-9.00p.m. u s-6.00a.m., ikun hemm reklam għal min jagħmel it-tatwaġġi jew programm li jirreferi għal wiri ta' tatwaġġi l-istazzjon għandu jara li min jagħmel it-tatwaġġi għandu l-liċenzja biex jaħdem ta' hekk." "Ix-xandara jridu wkoll jinfurmaw lil min qed jara u/jew jisma' bil-periklu li jista' jkun hemm jekk it-tatwaġġi ssir minn min ma jkollux liċenzja u li ttatwaġġi huwa xi ħaġa li tibqa' u ma tistax titneħħa ħlief b'operazzjoni." L-aqwa tliet kummenti mill-qarrejja tal-ILLUM Allura aħna qed nipproteġu lit-tfal mill-orrur tar-reklamar tat- tpinġija, iżda mhux mill-estravaganza tal-'fast food'? - Joseph Masini Xi wħud mil-liġijiet f 'dan il-pajjiż ma jagħmlux sens... Li tagħmel it-tpinġija hija professjoni bħal kull oħra. Iftħu l-imħuħ tagħkom u tibqgħux għomja għall-kreattività. Favur jew kontra it-tpinġija, ħallu lil min jgħix... -Inohla Grimsey Jien ma għandix tatoos, imma m'iniex kontrihom, u naħseb li kieku twelidt għoxrin sena wara li twelidt kien ikolli. Hawn ħafna affarijiet ferm agħar mit-tatoos, li l-awtorità għandha tqum għalihom, jekk għandha sinsla... ħaġa waħda ngħid, li min għandu t-tpinġija mhuwiex agħar minn min m'għandux. Anzi, kultant bil-kontra - Lawrence Bonavia X'irrapportat l-ILLUM tal-Ħadd li għadda? L-inċident li kkaġuna l-multa seħħ waqt il-programm popolari, li jixxandar filgħodu, waqtu waħda mill- preżentaturi marret f 'ħanut tagħmel tpinġija wara li din kellha mħatra mal-preżentatur l-ieħor. L-awtorità ddeskriviet dan "bħala messaġġ ħażin fuq il-mezzi tax-Xandir, aktar u aktar fi programm li jixxandar filgħodu u li jmur kontra gosti tajbin u deċenza." Skont l-Att tax-Xandir reklam dwar tpinġija huwa limitat biss għas-sigħat ta' tard filgħaxija u filgħodu kmieni. Dan minħabba li skont il-liġi, l-adulti biss jistgħu jitħallew jagħmlu t-tpinġija. L-Awtorità tax-xandir sostniet li minkejja l-fatt li uffiċjali tagħha kienu spjegaw u kkomunikaw mal-istazzjon qabel ix-xandira, il-ksur tal-liġi kien seħħ xorta waħda dan skontha kien "nuqqas serju" min-naħa tal-istazzjon u għalhekk ma kellux jiġi "trattat b'mod leġġer." Kien fuq dan il-punt li għalhekk, l-Awtorità saħqet li "kellha tagħti messaġġ ċar lix-xandara li dan l-aġir ma kienx ser jiġi tollerat" u għalhekk imponiet il-multa ta' €930. Fuq il-każ, l-ILLUM kienet tkellmet mal-Group Sales Manager ta' Eden Leisure, Andrew Zammit li fuq dan spjega li l-istazzjon meta tela' quddiem l-Awtorità kien qajjem l-argument li din il-liġi hi waħda antikwata meta tqis li llum il-ġurnata t-tattoos m'għadhomx tabù. "L-Awtorità fehmu biċ-ċar l-argument tagħna u saħanistra ssimpatizzaw magħna madankollu, peress li l-liġi iswed fuq abjad tgħid hekk xorta waħda mmultawna.