Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406
illum | Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 Intervista 12 W ara l-istejjer li ġew ippubblikati l-gazzetta ILLUM matul dawn l-aħħar ġimgħat dwar serq li sar mill-ATMs, qam interess ġenerali fost il-qarrejja dwar dan iċ-ċirku ta' kriminalità organizzata, li permezz ta' tagħmir apposta qed jirnexxilhom jisirqu d-dettalji minn 'cards' tal-bank. Dan b'detriment tal-vittma, li ma tkunx taf li nsterqulha dawn id-dettalji u li maż-żmien tibda tara us li jittieħdu mill-kont tal-bank, bi tranżazzjonijiet li jkunu saru ġieli minn pajjiż ieħor 'il bogħod ħafna, saħansitra 'l barra mill- Ewropa. Hekk kif bdejna din l-intervista, l-Ispettur uriena u spjegalna aktar fid-dettall it-tagħmir diffe-renti, li l-kriminali jinstallaw mal-ATMs, u li jużaw biex l-ewwel jisirqu d-dettalji tal-'cards' tal- bank, wara joħolqu kopji tagħhom bl-użu ta' 'card readers' u 'software' apposta tal-kompjuter u mbagħad jużaw dawn il-'cloned cards' biex jiġbdu l-flus jew iwettqu tranżazzjonijiet onlajn bid-dettalji li jkunu akkwistaw bi frodi. Rajna 'cards' bojod li ġew ikkonfiskati mill-Pulizija li b'marker iswed f 'kantuniera għandhom miktub bl- idejn in-numru tal-PIN tal-'card' oriġinali. Fost dan it-tagħmir kriminali, replika perfetta tal-apertura minn fejn tiddaħħal il- 'card' tal-bank fl-ATM, kameras żgħar ħafna li ma jidhrux u li diffiċilment il- vittma se tinduna bihom u saħansitra 'stickers' li jkunu perfetti bil-kulur b'kollox għal dawk li l-banek jużaw mal-ATMs tagħhom, ġieli għal skopijiet ta' struzzjoni jew ta' reklamar. Uħud minnhom isiru permezz ta' 3D printers. Jintużaw mowbajls antiki li jiżżarmaw f 'biċċiet u mpoġġija fl-'iskimmer' Ġeneralment is-sistema kollha tal-'iskimmers' titħaddem permezz tal- mowbajls, li fil-maġġorparti tad-drabi jkunu mudelli antiki, li jkunu jaħdmu bil-GSM u mhux 'smartphones' moderni. L-Ispettur Matthew Vella qalilna li mowbajl jaf jiġi żarmat totalment mill- komponenti kollha tiegħu, u li kull parti tintuża għal xi skop jew ieħor fejn pereżempju l-batterija tintuża biex tinżamm mixgħula l-kamera, li din ukoll tkun iżżarmat mill- mowbajl innifsu. Sistema sħiħa organizzata ferm, fejn il-Pulizija stess li jinvestigaw din il-kriminalità waslu għall-konklużjoni li l-persuni involuti huma parti minn ċrieki akbar u wiesgħa ta' kriminalità, li mhix preżenti biss fl-Ewropa imma wkoll f 'pajjiżi oħra madwar id-dinja. L-Ispettur Matthew Vella żvela mal-ILLUM kif matul is-sena li għaddiet il-Pulizija rċevew total ta' 270 rapport mingħand individwi li ndunaw jew saru jafu permezz tar- rendikont bankarju tagħhom li kienu spiċċaw vittmi tal-'iskimming' u li raw flushom jinġibdu mill- kontijiet bankarji tagħhom mingħajr l-awtorizzazzjoni tagħhom. Mistoqsi kemm hija kbira din il-kriminalità, l-Ispettur Vella saħaq li "jekk naraw kemm qed nirċievu rapporti mela huma konsiderevoli." Staqsejna jekk il-kriminali wara dan is-serq mill-ATMs humiex barranin u jekk hemmx Maltin li huma involuti, bl-Ispettur jiddeskrivi li "mill-esperjenza u min- nies li tressqu quddiem il-Qorti, il-kriminali dejjem kienu Bulgari jew Rumeni, s'issa qatt ma sibna li kien hemm Maltin." Saħaq iżda li "għalkemm ikunu tressqu n-nies il-Qorti, mhux neċessarjament tkun ingħalqet l-investigazzjoni iżda jkun għad hekk il- 'follow-ups', imma s'issa qatt ma kien hemm konnessjonijiet ma' nies Maltin, iżda neskludu ma nistgħux." Il-Pulizija tikkunsidra dawn ir-reati bħala parti minn ċirku kriminali organizzat Hekk kif mill-arresti li saru mill-Pulizija rriżulta li s'issa l-kriminali kienu Bulgari u Rumeni u li din hija attività kriminali fi ċrieki akbar u organizzati ferm, dan ma jeskludi xejn li warajhom jista' jkun hemm il-Mafja tal-Lvant tal-Ewropa. F'midja internazzjonali jiġi rrappurtat li l-proċess tal-ikkuppjar tal-'cards' isir f 'fabbriki assoċjati mal- Mafja. Mistoqsi dwar dan u l-possibilità tal-involviment tal-Mafja, l-Ispettur Matthew Vella spjega li "ma tista' qatt tagħmel jew ma tagħmilx din il- konnessjoni diretta mal- Mafja jew le. Bħala Pulizija qed nikkunsidraw dan it-tip ta' reat bħala kriminalità organizzata u anka filfatt iċ-'charges' li jinħarġu mill-Qorti huma relatati ma' kriminalità organizzata u assoċjazzjoni ma' dik li hija kriminali-tà, diffiċli li wieħed jasal b'ċertezza mal- Mafja." Huwa diffiċli wkoll li wieħed jgħid fejn ikunu qed imorru l-flus li jinsterqu bi frodi bl-'iskimming' jew x'jagħmlu l-kriminali bihom, iżda l-Pulizija temmen li f 'dan iċ-ċirku ta' kriminalità hemm ġerarkija, fejn wieħed jiġbed il-flus u jgħaddihom lil ta' fuqu. L-Ispettur Vella ddeskriva dak li rriżulta mill-ħidma tal-Pulizija u kif "minn investigazzjoni reċenti, irriżulta li min kien qed jiġbed il-flus, ma kienx l-istess persuna li installa l-'iskimmer'. Tnejn min- nies differenti li qed iwasslu ghall-istess reat." Spjegalna li "huwa diffiċli iżda li tgħid jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino "Aħna nikkunsidraw dawn ir-reati Matul l-2017, għand il-Pulizija waslu xejn anqas minn 270 rapport relatati mas-serq tad-dettalji bankarji, b'dawk li ġew arrestati b'rabta ma' serq mill-ATMs kienu Bulgari u Rumeni. Dwar dan il-metodu magħruf bħala 'skimming', li kriminali qed jużaw, l-ILLUM tkellmet mal-Ispettur Matthew Vella mill-iskwadra tal-Economic Crimes l-Korp tal-Pulizija. "Minn investigazzjoni reċenti, irriżulta li min kien qed jiġbed il-flus, ma kienx l-istess persuna li installa l-'iskimmer'. Tnejn min-nies differenti li qed iwasslu għall-istess reat." " " Tagħmir li jużaw il-kriminali li ġie kkonskat mill- Pulizija