Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum 15 15 Valletta kulturali li qatt rat Malta jiddeċiedu li jikkompetu dwar min jista' jagħti l-ikbar spettaklu u min jista' jkanta l-aqwa rimi ma' 'San Santu'. 2. Tombla: Tombla litteralment se tkabbar l-oġġetti prinċipali marbuta ma' din il-logħba (jiġifieri l-bankijiet, il-biljetti, eċċ) u toħloq koreografija komika minn grupp ta' buffi. Il-logħba li tirriżulta se tittrasforma f 'tellieqa fiżika bejn l-erba' buffi, fuq min se jikseb l-aħħar sekwenza ta' numri, u b'hekk tistieden lill-pubbliku jinvolvi ruħu f 'riflessjoni dwar il-logħob tal-azzard, il-kompetittività u l-element barokk tiegħu. 3. Baħħar: Din ir- rappreżentazzjoni se tipprova toħloq mitoloġija ispirata minn dak li diġà nafu (pereżempju l-għajnejn ta' Osiride fuq il-Luzzu Malti eċċ) u jittrasponuha fi sfond aktar kontemporanju. F'dan il-każ, il-ħitan tas-swar, il-ħitan maġenb il-baħar u l-ħitan tal- Maori se jipprovdu x-xenarju perfett għal dan l-ispettaklu. L-iskop huwa li dan l-ispazju jiġi trasformat f 'sit interattiv u atmosferiku – wieħed li se jkollu l-udjenza fiċ-ċentru tiegħu. Lanċa Ġejja u Oħra Sejra – Laneċ tal-Belt Valletta Mużika fuq il-laneċ lejn/ mill-Belt Valletta, li tilqa' lill- poplu lejn belt mimlija ħajja, b'togħma ta' dak li se jsibu jistennihom fi ħdan il-ħitan tal-belt – bil-mużika hip-hop, dance u rap fl-isfond. Il-laneċ se jivvjaġġaw mit-Tlett Ibliet u minn Tas-Sliema sal-Belt Valletta u se jkollhom il- mużiċisti jdoqqu l-mużika abbord. Lanċa Ġejja u Oħra Sejra se tinkludi żeffiena mill- Kinetic Dance Academy u l-kantanta tar-rap Shyli Cassar. Tal-Lino – Trasport Pubbliku Qatt ħsibt li jista' jkollok jukebox fuq il-karozza tal- linja? Jekk tmissek ix-xorti, tkun fiċ-ċans li tiltaqa' ma' Ozzy Lino, il-jukebox umana tagħna, li se jkun qed idur fuq il-karozzi tal-linji matul il- ġimgħa u jwassal l-atmosfera ta' Valletta 2018 madwar il-Gżejjer. Aqdef, isa! – Port ta' Marsamxett Qaddiefa u membri tal- Marsamxett Regatta se jiggwidaw lill-viżitaturi madwar il-kultura tant maħbuba tagħhom tar-regatta, u jagħtuhom opportunità unika biex jaraw kif tinbena dgħajsa tar-regatta, flimkien ma' tekniki tal-qdif, wirja ta' dgħajjes żgħar, wirja ta' kajjikki u magna tal-qdif, bil-qofol ikun tellieqa ta' 400m f 'Marsamxett nhar il-Ħadd filgħodu. L-Iljuni tal-Futbol – Kunvent tal-Agostinjani Din l-espożizzjoni unika tal-futbol se tieħu l-viżitaturi għal dawra madwar l-istorja tal-futbol tal-Belt Valletta, b'workshops, taħditiet u dawriet madwar artefatti, biċċiet minn gazzetti, trofej u oġġetti oħra prezzjużi bħal dawn. Din il-wirja hija organizzata minn Rovers FC b'kollaborazzjoni ma' Valletta FC. Museum of Invented Cultures – Skola Primarja tal-Belt Valletta B'ispirazzjoni minn Oħloq Kultura, il-proġett edukattiv ta' Valletta 2018, 'Museum of Invented Cultures' juża l-fatt li l-2018 hija s-Sena Ewropea għall-Wirt Kulturali. Din il- parti tal-inizjattiva tuża oġġetti minn kulturi differenti li ġejjin minn stejjer tat-tfal fl-iskejjel, u tittrasformahom f 'artefatti f 'dan il-mużew intergalattiku. Pjazza Kriptika – Kunvent tal-Agostinjani Fil-Kunvent tal-Agostinjani, bini ta' ħames mitt sena, hemm spazju taħt l-art jistenna li jiġi esplorat. Il- kripta u x-xelters tal-gwerra se jinfetħu, u se jospitaw esibizzjonijiet komunitarju fi ħdan il-ħitan tal-ġebel affaxxinanti. An Angle on the Anglican – St. Paul's Anglican Pro- Cathedral & undercroft Il-Pro-Katidral Anglikan ta' San Pawl, maħsub li se jiġi rrestawrat fis-sena li ġejja, se jiftaħ il-bibien tiegħu lill- pubbliku matul il-ġimgħa kollha. Dan se jippermetti lill-viżitaturi jieħdu togħma tal-istorja miktuba fil-ħitan tiegħu, hekk kif jimxu madwar l-apsidi tal-katidral maġiku u l-kripta li għadha kif ġiet irrestawrata. Tours se jkunu disponibbli kuljum mit-Tnejn 15 sas-Sibt 20 ta' Jannar. Il-Kanċillier tal-Katidral il-Kanonku Simon Godfrey se jkun involut fit- tours meta disponibbli, kif ukoll it-tim tal-Katidral. Erba' Pjazez fil-Belt Valletta Erba' Pjazez fil-Belt Valletta se jkunu qed jospitaw spettaklu oriġinali matul is- serata tal-20 ta' Jannar 2018 – il-jum li fih Valletta 2018 issir Kapitali Ewropea tal-Kultura. Kull spettaklu se jkun twil 20 minuta, u kull wieħed se jiġi ripetut 5 darbiet, fis-7, 8, 9, 10 u 11pm, b'hekk kull min iżur il-kapitali jista' jgawdi minn din is-serata speċjali. Il-qawma tat-Tritoni – Pjazza Tritoni Il-kumpanija tat-teatru Spanjola La Fura dels Baus se tospita spettaklu b'koreografija aerobatika li se tinkludi xibka umana fuq il-Funtana tat-Tritoni li għadha kemm ġiet restawrata. L-ispettaklu se jinkludi ġabra ta' talent lokali, magħmul minn madwar 60 persuna. La Fura dels Baus jirrappreżentaw l-eċċentriċità, l-innovazzjoni, l-adattament, ir-ritmu, l-evoluzzjoni u t-trasgressjoni, u kontinwament jiddefinixxu l-ispazju mill-ġdid u jibdlu r-rwol tal-pubbliku minn wieħed passiv għal wieħed attiv. Qalbna – Pjazza San Ġorġ ŻfinMalta se jospitaw żifna moderna, b'koreografija ta' Paolo Mangiola u akkumpanjata minn mużika oriġinali b'kompożizzjoni ta' Cyprian Cassar. L-ispettaklu se jinkludi żeffiena jinteraġixxu ma' viżwali projettati minn Blaze Animation u effetti tad- dwal minn Mad About Video. Elfejn u Tmintax – Pjazza San Ġwann Sinfonija korali ġdida fjamanta se titnieda fuq it- turġien tal-Kon-Katidral ta' San Ġwann. Bil-mużika ta' Elton Zarb, u bil-kor taħt id- direzzjoni ta' Pamela Bezzina. Effetti tad-dwal innovattivi se jkunu qed jakkumpanjaw l-ispettaklu, u jdawlu l-faċċata antika sekli. Minn qiegħ l-imgħoddi għall-quċċata tal-ġejjieni – Pjazza Kastilja Projezzjoni 3D maħluqa mill-artist diġitali Duane Laus tiksi l-faċċata tal-Berġa ta' Kastilja, u tgħaqqad komponenti CGI, mużika u effetti speċjali viżwali. Din l-istravaganza twila għoxrin minuta tiċċelebra l-passat u tipprepara għal futur immaġinat. Tempo 'Tempo' se tara lid-DJ Internazzjonali Tenishia f 'infużjoni mal-Orkestra Filarmonika ta' Malta diretta minn Sigmund Mifsud fi Pjazza San Ġorġ mill- 11:30pm 'il quddiem. 'Tempo' se jkun qed jagħlaq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ftuħ ta' Erba' Pjazez. Ir-rappreżentazzjoni se tkun qed tieħu lill-pubbliku fi vjaġġ fil-mużika elettronika dance u se tinkludi 17-il diska ikonika f 'siegħa li ffurmaw il- ġeneru tal-mużika elettronika dance matul is-snin. Minn barra l-ispettakli fuq l-Erba' Pjazez, se jiġu ppreżentati wkoll dawn ir- rappreżentazzjonijiet speċjali għalikom: • Tapit l-Aħmar: (Triq Ġlormu Cassar) Gwardja tal-unur b'ċelebrazzjoni tal-poplu Malti. Il-baned se jitpoġġew fiż-żewġ naħat tat-triq, idoqqu l-mużika filwaqt li n-nies iduru minn post għal ieħor. Se titqassam l-imbuljuta, xarba tradizzjonali taċ-ċikkulata sħuna, lill-folol li se jkunu mixjin lejn l-avvenimenti li se jseħħu fil-programm matul is-serata. Il-baned li se jipparteċipaw huma: Soċjetà Filarmonika King's Own (Valletta), Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu (Il-Fgura), Anici Band Club (Ħal Qormi), Banda Sant'Andrija (Ħal Luqa), Banda Sant'Anna (Marsascala), Għaqda Mużikali Marija Assunta (Il-Gudja), Għaqda Mużikali Sant'Elena (Birkirkara), Imperial Band Club (Mellieħa), Beland Band Club (iż-Żejtun), Għaqda Mużikali L'Isle Adam (ir- Rabat), Soċjetà Filarmonika San Pietru (Birżebbuġa), Soċjetà Mużikali San Lawrenz (Belt Vittoriosa), Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria (iż-Żurrieq). • Bandli: (Pjazza Żewġ Assedji, Triq ir-Repubblika) Żeffiena mill-Moveo Dance Company se joħolqu movimenti espressivi affaxxinanti fuq bandli mfassla apposta u fost l-udjenza. • Rota: (Triq ir-Repubblika) Rota enormi magħmula minn nies ibbażata fuq koreografija ta' Las Fura dels Baus tilqa' l-folla lejn il-Belt Valletta. (La Fura dels Baus) • Big Dancers: (Pjazza tas-Suq l-Antik, Triq il- Merkanti) Rappreżentazzjoni fit-triq minn El Carromato, Spanja, b'pupazzi ġganti u effetti tad-dwal sinkronizzati ma' koreografija ta' moviment. L-udjenza u l-artisti se jikkollaboraw biex joħolqu atmosfera ta' festin fit-triq. • Nibnu Malta: (Triq ir-Repubblika, ħdejn il- Kamra tad-Deputati) Xenati jippreżentaw grupp ta' buffi li jinteraġixxu mal-folla ta' madwarhom fl-attentat komiku tagħhom li jsibu u joħolqu s-simbolu nazzjonali ta' Malta. Minnbarra hekk 3 baned - : KażinSka, Tikka Banda u Big Band Brothers se jakkumpanjaw il-folol minn post għal ieħor. Niltaqgħu hemm! Il-Kummissjoni Armar u Restawr se jkunu qed jippreżentaw esibizzjoni u workshops marbuta mat-tiżjin tal-festa ta' San Duminku fil-Belt Valletta l-Għaqda tal-Pawlini se jiftħu l-mużew Domus Pauli għal esibizzjoni ta' artefatti reliġjużi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018