Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

Aħbarijiet 16 illum | Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 Ferris b'arma tan-nar Mela minn fejn ser nibda? Biex nibda l-aħjar niddedika l-ewwel storja fuq Ferris, dak li qal dak il-bravu tal-BBC li kien qed jibża' għal ħajtu u għalhekk iżomm arma fuqu. U dan Sweeney li bejnietna għamillu sew Trump meta qamlu u telaq emmen li dan Ferris il-qaddis miexi fl-art li veru huwa mhedded. Biex niċċarraw Ferris ma għandux dritt li jkollu arma fuqu. Illegali u dan jafu għax kien pulizija. Biex inkompli, vera kulħadd irid jikteb storja imma din li qed jimmaġinaw li Ferris huwa xi qaddis, aħjar toqogħdu attenti għax il-kbir għadu ġej. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Niddikjara li mhux Ivan Camilleri Issa jien ma nafx. Imma din il-karrozza li qed nuri hawn, din mhux tal-mara ta' dak il- ġurnalist indipendenti u ħelu bl-isem ta' Ivan Camilleri. Jekk huwa hekk, mela veramennt xxukkjat għax jien iċċekkjat u rajt li fuq din il-karrozza hemm multi li jgħoddu sa ħamest elef u fuqhom. Smajt ukoll li hemm xi arranġament biex dawn jiġu mħallsa bin-nifs. Jien ma nemminx li din il-karrozza hija ta' Ivan Camilleri jew ta' martu, ma jistax ikun. Impossibbli, raġel sew u daqstant umli u subgħajh dritt hu dak ir-raġel ieħor Alan Camilleri ma jistax ikun li jiżbalja b'dan il-mod. U għalhekk li dawk l-ilsna oħra ngħidilhom ieqfu a qatta' ħmieġ! Il-ħelu Manwel Ma nistax minn hawn ma niftakarx fil-kliem ta' ferħ li ħarġu minn ħalq dak il-pompuż u jaħseb li hu xi ħaġa li meta kien hemm Austin Gatt għamilha tal-kelb tal-poodle tiegħu. Dan flimkien ma' xi oħrajn attakkaw lill-ġurnalisti tat-Times u tal-Maltatoday għax ġabu xi informazzjoni – ommi ma – mill-Gvern. U dawn intiflu f 'tgħajjir stil ta' Andrew Borg Cardona, dak li meta niftakar fih niftakar f 'dik ix-xena ta' Monthy python – another toffee please. Insomma qed nirreferi ovjament għal dak Manwel Delia li ma jsuqx karozza mhux għax ma jixtieqx jew għax iħobb l-ambjent – għax sempliċiment mhux kapaċi. Lil Delia ngħidlu mhux aħjar tintefa tparla u tixrob ma' sieħbek Lou Bondi u tiddiskutu min ħa u min ma ħax konsulenza mal-kumpanija Vitals. 007 Ole! Issa, jiena għandi memorja twila u ħażina. U bħal ħafna affarijiet oħra ma nistax ninsa li Efimova jew inkella dik ir-Russa, qalet li ma kinitx is-sors. U issa jekk ma kinitx is-sors min il-madoffi kien is-sors. Mela vera din tal-Egrant hija storja fażulla. Imma ieqaf ma nistgħux ngħidu hekk, irridu ngħidu li ma jistax ikun li Michelle Muscat ma kellhiex account u li dan l-account kien Ergrant. U jekk xi ħadd jistaqsik jekk għandekx provi dur fuqhom, ħarsilhom bl-ikrah, qarras xufftejk u mbagħad għid warajha b'aċċent ta' dawk ta' Occupy Justice jew aħjar ta' Pia Zammit dik li tħobb tgħallem it-tfal: "Shame on you, why are you doubting MEEEE! Don't you know that these lajber people are all KOREupt. Shame on you, you are a MIXTRI, a ħamallu and above all a whining git." Comedy Knights at the PN Ħadt pjaċir naqra li l-Comedy Knights immexxija minn troupe ta' kummidjanti tajbin għamlu l-preparazzjonijiet tagħhom għar- reċta li mbagħad ippreżentaw lill-pubbliku Slimiż fl-istamperija tal-PN. Jien ikolli ngħid li dan b'ebda mod ma juri jew jindika li dawn għandhom xi konnessjoni mal-PN. Xejn affattu, infatti jekk hawn xi ħadd li għandu xi play jista' faċilment jaqbad u jidħol l-Istamperija u juża s-servizzi tagħhom għax ma għandekx għalfejn tkun viċin il-PN. U minn hawn nerġa' nsellem lil Pia Zammit. Ara vera togħġobni bħala teacher, niftakar kienet vera nice miegħi meta kelli 13! "Hello Pia, keep it UPP!" Mhux dwar il-papà U jien minn hawn infaħħar il-kitbiet kbar ta' dawk il-Maltin li qed jaħdmu barra u jagħmlu l-belli liri u minn hemm jiġġudikaw lill-Maltin bħalma għamlu l-MEPs fl-Ewropa. B'mod speċjali bħal dik l-MEP Rumena li trid tgħallimna xi ħaġa fuq demokrazija. Imma fuq kollox nixtieq insellem lil Justin Borg Barthet, it-tifel tal-eks avukat Ġenerali Anthony Borg Barthet dak li ġie mfakkar b'job ieħor fl-Ewropa mill-gvern ta' qabel 2013. U minn hawn insellem lil Anthony Borg Barthet l-iktar meta huwa bħal avukat ġenerali għażel li japplika n-nolle prosequi f 'każ ta' stupru, qtil involontarju u krimini oħra. Episodji li jħammru wiċċ Malta u jfakkruna fir-rule of law li tant iħobb jikteb it-tifel tiegħu Justin. Jinżamm arrestat wara li sawwat lis-sieħba tiegħu b'ċintorin Simon Busuttil mitlub iressaq il-provi li se jinkisirlu d-dritt li jkollu smigħ xieraq LIBJAN ta' 30 sena residenti San Pawl il-Baħar inżamm arrestat wara tressaq il- Qorti akkużat bi vjolenza domestika. Ir-raġel ġie arrestat mill- Pulizija wara li s-sieħba tiegħu għamlet rapport li sawwatha b'ċintorin. Fil- Qorti ntqal li l-mara, li hija ta' nazzjonalità barranija, kellha sinjali viżibbli tad- daqqiet biċ-ċintorin u li filwaqt li skont il-liġi huma deskritti bħala ġrieħi ħfief, huwa sinjal ċar ta' każ serju ta' vjolenza domestika. L-akkużat ilu jgħix għal numru ta' snin f 'Malta u kien ukoll instab ħati ta' stupru u serq, filwaqt li l-mara ilha f 'relazzjoni miegħu għal dawn l-aħħar sitt xhur. Fil- Qorti ntqal ukoll li l-Libjan ma tgħallem xejn fiż-żmien li għamel il-ħabs. Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali LIMĦALLEF Joseph Zammit McKeon staqsa lill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil biex jressaq il-provi għaliex iqis li jekk l-Imħallef Antonio Mizzi jibqa' jisma' l-każ relatat mal-Panama Papers, se jinkisirlu d-dritt li jkollu smigħ xieraq. L-Imħallef iddeċieda li jagħti żmien ġimgħa biex Simon Busuttil iressaq dawn il-provi. Busuttil kien talab lill-Imħallef Mizzi sabiex ma jkomplix bis-smigħ tal-każ għaliex martu hija l-MEP Laburista Marlene Mizzi. L-Imħallef Mizzi kien iddeċieda li jkompli bis- smigħ u din il-kwistjoni spiċċat quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, hekk kif Simon Busuttil fetaħ każ kontra l-Avukat Ġenerali. Aktar kmieni l-Qorti kienet iddeċidiet li l-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-PM Keith Schembri flimkien ma' persuni oħra kienu se jidhru flimkien fil-każ. L-Imħallef Zammit McKeon iddikjara li l-legalità tal-każ se jiġi deċiż f 'seduta waħda u li ma kienx se jippermetti argumenti li mhux meħtieġa għall-każ. Il-mara li allegatament inżammet f 'għar ordnata tixhed mill-Qorti ILMARA li allegatament inżammet minn żewġha f 'għar fir-Rinella fil-Kalkara għadha mhix f 'pożizzjoni li tixhed fil-Qorti, għalkemm għaddew xahrejn mill-każ. se jkun qed jeżamina lill-mara għada, hekk kif ma xehdietx fil-każ kontra żewġha li kompla jinstema' fil-Qorti. L-avukat tal-mara ppreżenta ċertifikat tat-tabib li jiċċertifika li qed tbati mill- ansjetà. Id-difiża iżda rrimarkat li r-raġel ilu jinżamm arrestat minn Novembru li għadda. Ir- raġel jinsab akkużat b'attentat ta' qtil, li żamm lil martu kontra l-volontà tagħha u li stupraha. Il-Maġistrat Stafrace Zammit qalet li l-mara kellha tixhed bit-'teleconferencing' u ma aċċettatx iċ-ċertifikat tat- tabib, filwaqt li l-mara tixhed fis-seduta li jmiss.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018