Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum 19 19 I s-Sibt li ġej se ntellqu sena eċċezzjonali għall- Belt Valletta u għal pajjiżna. Is-sena 2018 hija s-sena li fiha l-Belt kapitali tagħna se tkun ukoll il-belt kapitali kultura Ewropea flimkien ma' Leeuwarden fl- Olanda. Din hija festa sħiħa tat- talent u l-kultura tremenda ta' pajjiżna. Biss is-sena 2018 mhux se tkun biss dwar iċ- ċelebrazzjonijiet straordinarji li se nagħmlu bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar ta' Diċembru 2018 imma l-legat li se nħallu warajna għal uliedna u wlied uliedna. Valletta mibdula F'ċertu sens, Valletta2018 diġà hija suċċess u għadha lanqas bdiet. Il-belt kapitali tagħna trasformat ruħha kompletament minn kif konna nafuha sa ftit snin ilu. Fl- aħħar ġimgħat rajna proġett wara proġett infrastrutturali jiġi mniedi li magħduda flimkien għamlu differenza straordinarja. Kemm il-Gvern u kemm is-settur privat għamlu l-biċċa tagħhom b'mod straordinarju. U meta ngħid is-settur privat mhux qed nirreferi biss għal proġetti kbar bħal dawk tas-suq tal- belt imma anke għall-iċken kafeterija li ġiet irrestawrata u mogħtija l-ħajja. Jien m'iniex storiku u hawn nies ferm aħjar minni fl-istorja. M'iniex kapaċi nqabbel is-sbuħija tal-Belt Valletta llum mas-sbuħija tal- Belt Valletta fit-18 ta' Marzu 1571 (meta din il-belt ġdida ħadet formalment it-titlu ta' kapitali ta' Malta). Biss huwa żgur li l-Belt Valletta llum hija fl-isbaħ perjodu mill- Indipendenza 'l hawn. Proġetti Il-proġetti infrastrutturali mhumiex ċajta. Il- magħmudija tan-nar jiena ħadtha meta Heritage Malta ħadet ħsieb ir-restawr sħiħ tal-Forti Sant'Anġlu b'fondi Ewropej. Minn dak il-proġett tgħallimt ħafna u pprovajt nuża dak kollu li naf biex ngħaġġel iktar u nkun iktar effiċjenti fi proġetti futuri. U fil-fatt dak li tgħallimt qed nużah ħafna u kontinwament. Biex tagħmel proġett infrastrutturali hemm ħidma sħiħa, partikolarment meta tkun qed taħdem f 'post li hu World Heritage Site bħalma hi l-Belt Valletta. Il-komponenti ta' proġett infrastrutturali huma varji: l-ewwel il-fondi jew aħjar kif se tikseb fondi biex tagħmel il-proġett li trid tagħmel, it-tieni l-permessi li tista' tkun xi ħaġa diffikultuża meta qed nitkellmu fuq proprjetà storika u ta' valur patrimonjali, it-tielet il- proċess ta' tendering u l-isfidi kollu li dan iġib miegħu, ir-raba' l-proċess ta' aġġudikazzjoni, il-ħames il-bini nnifsu bl-ottempranza kollha tad-diversi regoli u l-arranġamenti loġistiċi kollha u s-sitta x-xogħol burokratiku kollu li jrid isir wara partikolarment meta fin-nofs ikun hemm fondi Ewropej. Għal kull wieħed minn dawn il-komponenti ssib teżi sħiħa x'tikteb u ħallejt ukoll barra l-proċess inizjali tat-teħid tad- deċiżjoni politika dwar jekk u fejn se jsir proġett. Li saru dawn il-proġetti kollha, fil-ħin u fi żmien daqshekk qasir juru d-dedikazzjoni tan-nies kollha li kellhom irwol jew ieħor. Mill-iprem perit sa dak li jaħsel bil-pipe wara li jsir ix- xogħol bil-ġebel. Kull wieħed u waħda kellu rwol kruċjali biex nagħtu ħajja ġdida lill- Belt Valletta. U dan mhux kollox! U dan għadu mhux kollox! Matul is-sena 2018 se nniedu iktar proġetti infrastrutturali fis-settur kulturali – ewlieni fosthom il-MUŻA fejn sa nofs din is-sena pajjiżna se jkollu Mużew tal-arti ġdid b'format għal kollox differenti li rivisti barranin diġà indikawh bħala 'a must-see' għal min iħobb dan is-settur. Għal darb oħra dan hu proġett ta' Heritage Malta li naf kemm qed jaħdmu b'impenn biex meta ninawgurawh, pajjiżna jerġa' jeċċella fil-ħila u l-kapaċitajiet tiegħu. Se nitkellmu fuq proġetti kulturali oħrajn – il-MICAS (l-ispazju ta' arti kontemporanja) u d-Design Cluster b'mod partikolari. Tefgħa ta' ġebla 'l bogħod mill-Belt Valletta – fil-Marsa u Ħal Farruġ – se nkunu qed nitkellmu dwar il-Carnival Experience u r-Rock Hub fejn f 'din is-sena se nniedu pedamenti b'saħħithom biex dawn iż-żewġ proġetti jkomplu jikbru fil-prijorità anke wara li jispiċċa Valletta2018. Għax Valletta 2018 hi wkoll dwar legat u dwar il-bżonn li l-kultura tkompli tkun prijorità għalina anke wara li jispiċċa dan it- titlu Ewropew. Premju għall-Arti Din il-ġimgħa Ppreżentajna lista ta' finalisti biex fit-23 ta' Marzu li ġej jingħażlu minn fosthom ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni tal-Premju għall- Arti. L-idea hija li nippremjaw u nimbuttaw 'il quddiem l-eċċellenza fis-settur kulturali. Irrid nkomplu ntejbu l-kwalità tas-settur kulturali u b'dawn il-Premji nkunu qed nagħmlu proprju hekk. Wieħed mill-premijiet jingħata wara votazzjoni mill- pubbliku u għalhekk inħeġġeġ lill-pubblika jipparteċipa u jieħu sehem kemm jiflaħ! Fondazzjoni Valletta 2018 Finalment irrid nirringrazzja minn qalbi n-nies kollha tal-Fondazzjoni Valletta 2018 li qed jagħmlu xogħol eċċezzjonali biex dan il- proġett seta' jimxi 'l quddiem daqshekk. Iċ-Chairperson Jason Micallef, Is-CEO Catherine Tabone u s-Sindku tal-Belt Prof Alexiei Dingli ħaqqhom tifħir speċjali. Grazzi immens u minn qalbi Ejja ħalli nagħmlu s-sena 2018 waħda li qatt ma rajna bħalha fis-settur kulturali. Fl-2018 m'għandna ebda appuntament elettorali ġej u allura hemm iktar raġunijiet għalfejn il-poplu għandu jingħaqad din is-sena. Jiena se nagħmel ħilti kollha biex il-poplu jħossu magħqud u ħaġa waħda għax meta konna magħqudin, dejjem irnexxejna. X'talent għandna! @Valletta OWEN BONNICI Opinjoni Fl-2018 m'għandna ebda appuntament elettorali ġej u allura hemm iktar raġunijiet għalfejn il- poplu għandu jingħaqad F'ċertu sens, Valletta2018 diġà hija suċċess u għadha lanqas bdiet. Il-belt kapitali tagħna trasformat ruħha kompletament minn kif konna nafuha sa ftit snin ilu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018