Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406
21 Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Immorali, kriminali u moqżież D in il-ġimgħa l-futbol lokali ħa daqqa kbira. Sitt persuni spiċċaw sospiżi mill-futbol, tnejn minnhom għal għomorhom. Għal dawk li ma tantx isegwu l-futbol u l-isport, u speċjalment għal dawk lil hinn mill-'politika' sportiva, din kienet aħbar oħra kerha ta' korruzzjoni. Ħafna minn dawn staqsew jekk il-korruzzjoni hux qed tiekol kull settur tal-ħajja u jekk għadx fadal xi ħaġa fil-pajjiż li għadha ma ntmissitx mill-korruzzjoni. Għal dawk li huma midħla sew tax-xena sportiva lokali, din l-istorja kienet bħal nofs sorpriża. Qisu ħadd ma ħadha daqstant bi kbira li d-diċeriji kienu minnhom. L-agħar ħaġa tal- korruzzjoni hija li tkun aċċettata. Li naċċettaw li għax dejjem saret, allura l-korruzzjoni f 'kull sfera tal-ħajja hija aċċettabbli huwa ħażin ħafna. Il- korruzzjoni hija dejjem ħażina, fil-politika, fl- isport u kull fejn issir jew jista' jkun li qed issir. Fl-isport imma, speċjalment f 'dan il-każ ta' skwadra ta' sportivi taħt il-21 sena imma, l-affari hija xi ftit aktar gravi. Għax l-isport f 'din l-età suppost huwa dak l-iżvog li qed jagħti l-ispazju biex persuna tikber u tistagħna, mhux fil-but imma fil- karattru. L-isport huwa l-aktar ħaġa importanti għal ħajja sana u ħajja bi skop u b'ambizzjoni. Li hawn min qed jikkorrompi dan l-ispazju u l-iżvog lil dawk iż- żgħażagħ li għadhom qed jibdew il-ħajja u li għadhom qed isibu saqajhom biex jiffaċċjaw ħajja b'miri ċari u ta' suċċess, hija immorali, kriminali u moqżieża. Hija ħasra li hawn min qed irawwem kultura li 'inti tista' tinxtara' li 'kollox jista' jinxtara' li 'm'hemm xejn li ma jistax isir bil- flus'. Hija ħasra li qed inrawmu kultura illi mhux il-kapaċità, l-ambizzjoni u r-rieda li tasal huma l-ingredjenti tas-suċċess, imma l-ħażen, kemm int suxxettibbli għall- korruzzjoni u kemm inti rgħib. Il-mentalità miskina tal-'get rich quick', tal-issa u llum. Għalhekk il-korruzzjoni fl-isport hija ħażina ħafna, u l-korruzzjoni fi skawdri żgħażagħ hija immorali u baxxa. Għax tippervertixxi dak li hu tajjeb u n-norma, f 'dak li huwa ħażin. Jekk hemm min nesa nfakkru li n-norma hija li l-ambizzjoni, it-titli, il-popolarità, il-flus fil-but u l-ġid materjali taħdem għalihom. In-norma mhix li l-iskaluni titlagħhom bis-serq, imma bl-onestà. L-onest huwa l-vera rebbieħ, eventwalment, mhux il-maħmuġ. U din hija d-duttrina li dan il- pajjiż għandu jgħallem lill- ġenerazzjonijiet ta' għada mhux il-kontra. Lil hinn mill-politika 'sportiva' min imexxi l-MFA, jiġifieri l-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo, kellu jilgħab irwol ħafna ikbar milli lagħab matul din il-ġimgħa. Kellu jkun l-wiċċ tal-ġlieda tal-Malta Football Association, kontra kull tip ta' ħażen u korruzzjoni fl-isport. Mhux qed ngħidu u nimplikaw li Darmanin Demajo b'xi mod jaċċetta l-ħażen, qed ngħidu biss li kellu jilgħab irwol ħafna iktar ċentrali f 'dan il-punt partikolari tal-futbol Malti. L-irwol ta' mexxej huwa li jmexxi u li jidher li qed imexxi. Dan apparti, wasal ukoll iż-żmien li l-korruzzjoni u l-ħażen fl-isport nagħrfuh u nikxfuh aktar u forsi hawnhekk anke aħna bħala midja qed nonqsu għax mhux dejjem nisħqu bl- istess orgolju li kollox ikun trasparenti bħalma nisħqu fil-każ tal-politiċi. Il-korruzzjoni, hija ħażina. Issir fejn issir. ...Kunsilli Lokali: Tal- poplu jew tal-partiti? Il-Kunsilli Lokali qegħdin hemm biex jaqdu lill- poplu, mhux lill-partit. Jew għallinqas hekk suppost. Il-ġlieda għall-poter li rajna din il-ġimgħa u li ilna naraw fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il- Baħar hija każ klassiku ta' kif m'għandhomx joperaw. Kif qalet qarrejja tal- illum.com.mt taħt waħda mill-istejjer tas-sit, ir- residenti jkantaw 'l-Aida u huma jiġġieldu għall- poter'. U sadanittant l-akbar lokalità turistika ta' pajjiżna hija nieqsa minn investiment pubbliku fl-infrastruttura, nieqsa minn servizz kontinwu ta' ndafa u nuqqas kbir ta' inizjattiva. Dak li qed jiġri f 'San Pawl il-Baħar huwa kif m'għandux jopera Kunsill u kif m'għandhiex titħalla kważi għal riħa lokalità li suppost qed tikkompeti ma' oħrajn fil-Mediterran. Jekk il-Kunsill Lokali jkun maqsum biex Buġibba u l-Qawra jkunu lokalitajiet separati u l-Gvern jinvesti kif għandu jinvesti f 'din il-lokalità, forsi l-affarijiet jibdew jiċċaqalqu naqra... Editur: Albert Gauci Cunningham