Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Naxxar L ................... 0 Valletta .................... 1 VALLETTA kisbu rebħa minima iżda ferma importanti ta' 1-0 kontra Naxxar Lions. Kienu Naxxar Lions li ħolqu l-ewwel periklu wara sitt minuti meta Yuri de Jesus Messias bix-xutt tiegħu jiġi salvat minn Henry Bonello minghajr diffikultà. Valletta rrispondew u fetħu l-iskor fit-23 minuta meta Enmy Manuel Pena Beltre indirizza kross lejn Santiago Malano li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Il-Lilywhites komplew jagħfsu u fil- 31minuta Miguel Alba xeħet kross lejn Denni Rocha dos Santos b'dan tal-aħħar waħdu quddiem il-goalkeeperr ta' Naxxar Lions, Christoph Nicht jonqos milli jagħmel kuntatt mal-ballun. Minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima kien il- plejer ta' Naxxar Lions, Moser li mpenja lil Henry Bonello meta pprova jqabbeż il-ballun min-nofs il-grawnd iżda l-goalkeeper ta' Valletta rnexxielu jsalva. Naxxar Lions ħolqu l-periklu fis-66 minuta meta wara kross ta' Manolito Micallef daħal tajjeb Moser li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi parzjalment salvata minn Henry Bonello bil-ballun jaħbat mal-lasti u jiġi kklerjat. Fil-75 minuta Valletta resqu viċin li jirdoppjaw l-iskor meta Romeu Pericles Romao għadda tajjeb lejn Enmy Manuel Pena Pena Beltre li indirizza l-ballun għan- nofs bid-daqqa ta' ras ta' Prosa tgħaddi ftit għoli. Naxxar L. Nicht, Bonnici, Cassar, Grech, Souze Duarte Junior, Casarotto, Micallef, Moser, Ndoye, Santos Caetano, De Jesus Messias Valletta Bonello, Alba, J. Borg, S. Borg, Camilleri, Rocha Dos Santos, Gill Cruz, Malano, Mifsud, Pena Beltre, Prosa Referi Philip Farrugia minn Cristian Antony Muscat Sliema W ...................... 1 Balzan ......................... 2 BALZAN komplew jikkonvinċu u meritatamnet għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta' 2-1. Kien biss fit-22 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota b'Balzan ikunu huma li joħolqu l-ewwel periku meta Bojan Kaljevic kellu xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa jiġi salvat mill-goalkeeper tal- Wanderers, Glenn Zammit. Balzan komplew juru l-aħjar logħob u fis-37 minuta, Alfred Effiong, avavnza tajjeb fil-kaxxa qabel għadda tajjeb lejn Uros Ljubomirac li b'xutt mill-ewwel ra t-tentattiv tiegħu jintemm għoli. Erba' minuti biss wara huma tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Alfred Effiong ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tiġi maqlugħa minn fuq il-linja. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan, komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fl-54 minuta, Uros Ljubomirac indirizza cross pinġut lejn Alex da Paixao Alves li iżda ra t-tentattiv tiegħu permezz ta' xutt fil-baxx jintemm ftit barra. Balzan komplew fuq l-offensiva u fis-66 minuta Bojan Kaljevic kellu xutt bid- dawra mid-distanza jintemm għoli. Dan sabiex mill-azzjoni li segwiet sekondi biss wara, Balzan meritatament fetħu l-iskor meta Alex Da Paixao Alves ipprovda assist lil Uros Ljubomirac li permezz ta' xutt ferm potenti minn ġol- kaxxa tefa' l-ballun fir-rokna tax-xibka. Balzan issiġillaw ir-rebħa fid-89 minuta meta Bojan Kaljevic avvanza tajjeb, qabel serva lil Uros Ljubomirac li permezz ta' xutt fil-baxx mill- viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Sliema Wanderers naqqsu l-marġni tal-iskor fil- ħin miżjud permezz ta' freekick insidjuż ta' Mathias Muchardi. Sliema W. Zammit, Bianciardi, Muchardi, Temile, Milincenau, Aquilina (Qeros 71'), Sansone, Xuereb (Shaw 90'), Pearson (Nortey 30'), Mintoff, Adamovic Balzan Mintoff, Bezzina, Effiong (Arab 88'), Serrano Valero, Ljubomirac, Bozovic (Grioli 70), Kaljevic, Fenech, Lepovic, Giglio De Oliveira, Da Paixao Alves (Johnson 89) Referi Alan Mario Sant Balzan jikkonsolidaw posthom l-quċċata BOJAN KALJEVIC Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill=ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isisb ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Ingħaqad ma' Balzan mingħand Mosta żewġ staġuni ilu. . Rebħa minima iżda importanti għal Valletta YURI DE JESUS MESSIAS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fil-11 ta' Settembru 1991 f'Rio de Janeiro fil- Brażil. Għalkemm spiċċa fuq in-naħa telliefa kien l-aħjar plejer fil- grawnd. Ritratt - Dominic Borg Ritratt - www.naxxarlions.com Azzjoni mill- konfront bejn Balzan u Sliema Wanderers Santiago Malano segwit minn Mano Micallef Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018