Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 Sports 30 Matthew Asciak jirbaħ il-Kampjonat BOV Masters għall-ħames darba konsekuttiva MATTHEW Asciak rebaħ il-Kampjonat BOV Masters tat-Tennis fejn din ir-rebħa hija l-ħames waħda konsekuttiva għalih. Il-kampjonat BOV Masters tat-Tennis kien l-ewwel kampjonat tat- tennis għall-2018 li kellu l-pateċipazzjoni tal-aqwa tmien tennisti tal-2017 tal- Malta Tennis Federation u ntlagħab fil-Marsa Sports Club. Fl-istil dominanti li soltu naraw mingħandu, Asciak għeleb lil Omar Sudzuka 6-1 6-2 fil-finali biex jirbaħ il-kampjonat mingħajr ma waqqa' sett u kkonferma lilu nnifsu bħala l-aqwa plejer tat-tennis ta' Malta. Stefan Abela mid- Dipartiment tal-Marketing tal-Bank of Valletta u David Farrugia Sacco, President tal-Malta Tennis Federation ppreżentaw it-trofew tal- kampjonat lil Asciak. 'Filwaqt li l-Bank of Valletta huwa sinonimu ma' l-isports lokali, Matthew Asciak sar sinonimu ma' dan il-kampjonat, fejn rebaħ kull edizzjoni li ipparteċipa fiha mill-2010 meta ġie mniedi dan il- kampjonat' qal is-Sur Abela filwaqt li feraħ lill-Asciak. 'Is-sħubija tal-Bank mal- Malta Tennis Federation tixhed l-impenn tal-BOV lejn il-komunità li fiha jopera.' 'Il-BOV Masters huwa l-aħħar kampjonat ewlieni qabel l-impenji ta' Malta fit-Tazza Davis fil-Montenegro' qal is-Sur Farrugia Sacco filwaqt li rringrazzja lill-Bank of Valletta għall-appoġġ kontinwu tiegħu. "Bħalissa it-tennis Malti qed jara ħafna plejers żgħażagħ promettenti ħafna u dan qed jipproduċi riżultati pożittivi, speċjalment fix- xena internazzjonali' Mix-Xellug għal-Lemin: Stefan Abela, Matthew Asciak u Dr David Farrugia Sacco Ritratt - BOV SKA Malta tirċievi titlu internazzjonali mill-ogħla awtorità tal-karate fid-dinja SKA Malta - Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Karate Maltija, tixtieq tħabbar it-titlu ġdid tagħha, prestiġjuż u rikonoxxut internazzjonalment bħala "JKA MALTA SKA" u li issa hija rreġistrata mal-Japan Karate Assosiation (JKA) Headquarters f 'Tokyo - Organizzazzjoni ta' fama internazzjonali u mill-iktar prestiġjuża fil-Ġappun. Nhar it-2 ta' Dicembru 2017, 23 membru minn SKA MALTA telgħu Milan għal taħriġ avvanzat fil- belt ta' Inverigo, liema attivita' rat parteċipazzjoni kbira minn mijiet ta' atleti minn bosta pajjiżi, fosthom l-Italja, il-Ġermanja u l-Iżvizzera. Matul din l-attività, iċ- chief instructor ewlieni ta' SKA MALTA Sensei Edward Aquilina, irċieva ċertifikat ta' rikonoxximent mill-Ġappun u issa din l-assoċjazzjoni Maltija ser tkun magħrufa internazzjonalment bħala "JKA MALTA SKA". Din ikkonfermat l-assoċjazzjoni preżenti ta' SKA MALTA bħala fergħa indipendenti ġdida li ser tirrapreżenta lill- JKA f 'Malta. L-assoċjazzjoni hekk imsejħa JKA, hija uffiċjalment u legalment, l-unika entità rikonoxxuta mill-Gvern Ġappuniz għall- promozzjoni tal-Karate tradizzjonali awtentiku fil- Ġappun. JKA MALTA SKA saret għaqda indipendenti f 'Malta, li issa kisbet affiljazzjoni diretta ma' din l-entità fil-Ġappun u li saret tagħmel parti minn dal-grupp, rappreżentat fid- dinja kollha, magħrufa bħala JKA World Federation. Numru kbir ta' Black belts ta' SKA MALTA li kienu preżenti f 'Milan, għamlu eżamijiet avvanzati u kienu mfaħħra minn eżaminaturi Ġappunizi ta' fama mondjali li kienu preżenti, fosthom Sensei Seizo Izumija 7th Dan, mill-Kwartieri Ġenerali tal-JKA fil-Ġappun, kif ukoll Sensei Takeshi Naito 7th Dan, li huwa ċ-chief instructor ewlieni u l-kowċ tat-tim nazzjonali tal-Italja. F' dawn l-eżamijiet il-membri ta' SKA kisbu rikonoxximent internazzjonali, kif ukoll kwalifikazzjonijiet ta' instructors u referis. JKA MALTA SKA ser tkun opportunità għall- parteċipazzjoni f ' attivitajiet internazzjonali tal-JKA, kemm għall-membri tagħha, kif ukoll għall- membri oħra Maltin, li jixtiequ jissieħbu f 'din l-assoċjazzjoni tal-Karate Tradizzjonali prestiġjuża u ta' klassi dinjija. Għal aktar dettalji wieħed huwa mħeġġeġ iżur il-paġna fuq is-sit ta' facebook: 'SKA MALTA - Shotokan Karate- Do Association'. Il-membri kollha ta' SKA Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018