Illum previous editions

illum 14 January 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/926406

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Jannar 2018 | illum Sports 31 L-MFA tirreaġixxi għas-sentenza tal-UEFA minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, f 'komunikat uffiċjali mill-UEFA u mill-MFA tħabbar kif il-UEFA kienet issospendiet sitt players internazzjonali Maltin ta' taħt il-21 sena għall-offiżi marbutin ma' irranġar ta' logħbiet jew match-fixng f 'dak li jirrigwaradja żewġ logħbiet li ntlagħbu inqas minn sentejn ilu. Il-Bord ta' Kontroll, Etika u Dixxiplian tal-UEFA kien fetaħ investigazzjoni rigward partita li fiha t-team nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena kien affronta lit-tim nazzjonali tal-Montenegro tal-istess kategorija li ntlagħbet lura fit-23 ta' Marzu tal-2016 fil- Hibernians Stadium kif ukoll partita oħra li ż-żgħażagħ Maltin lagħbu kontra r-Repubblika Ċeka sitt ijiem biss wara. Emanuel Briffa li dak iż- żmien kien plejer ta' Floriana u l-eks plejer ta' Pietà Hotspurs, Kyle Cesare ingħataw sentenza ta' sospensjoni għal għomorhom minn kull attività relatata mal-futbol minħabba li skont kif deskritt mill-UEFA aġixxew b'mod li ħalla infuwenza ħażina fuq il-perkors ta' u / jew riżultat ta' logħba jew kompetizzjoni b'għan li jiggwadanja xi vantaġġ jew għalihom jew għal terzi persuni. Kienu Birkirkara l-aktar li sofrew minn din is-sentenza hek kif huma se jkollhom tliet plejers sospiżi hekk kif Ryan Camenzuli ġie sospiż sena u nofs waq li l-midfielder Llywelyn Cremona u l-attakkant Luke Montebello - it-tnejn ingħataw sospensjoni ta' sentejn. Dan sabiex Samir Arab ta' Balzan ġie sospiż sentejn. Dawn l-erba' players ġew misjua ħatja li volontarjament naqqsu milli jinfurmaw lill- UEFA jekk huma kinux ġew avviċinati b'konnessjoni ma' attivitajiet li kellhom l-għan li jinfluwenzaw ir-riżultat tal-logħob jew kompetizzjoni. Fl-istqarrija tagħha l-UEFA qalet li tieħu din l-opportunità biex temfasizza l-impenn tagħha li tneħħi mill-football kull konnessjoni marbuta ma' match-fixing, li ġie deskritt mill-President tal-UEFA, Alexander Ceferin, bħala marda li tattakka lill-football fil-qalba tiegħu. Propju rigward din l-aħbar li ħasdet lll-pubbliku sportiv Malti u mhux biss, ġiet indirizzata konferenza stampa fis-sala taċ-Ċentinarju f 'Ta' Qali mis-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti, li f 'isem l-MFA qal li l-assoċjazzjoni li tmexxi l-football Malti kienet ferm diapjaċuta bl-eżitu ta' dan il-każ fejn personalment huwa saħaq li kien dispjaċut u sa ċertu punt sorpriż bid-deċiżjoni finali tal- UEFA li ddeskriviha bħala waħda kemmxejn severa. Madankollu, mistoqsi mill- media preżenti rigward is-severità ta' din id-deċiżjoni, huwa qal li dan kollu jista' jkun sinjal mill-UEFA biex tagħti indikazzjoni u twissija serja li l-pjaga tal-korruzzjoni marbuta ma' match-fixing fil- futbol Malti tista' tkun waħda ikbar. Huwa kompla li l-MFA kienet f 'kuntatt mal-players imsemmija sa ma nqata' l-każ waqt li saħaq li iżda ma setgħet tagħmel xejn f 'dak li għandu x'jaqsam ma' deċiżjonijiet meħuda minnha hekk kif anki f 'seduti marbuta ma' dan il-każ li seħħew fil-Kwartieri Ġenerali tal-UEFA f 'Nyon fl-Iżvizzera, membri għolja tal-MFA kienu biss spettaturi u mingħajr ebda saħħa biex ibiddlu xi deċiżjoni partikolari. Huwa fatt magħruf li matul dawn l-aħħar snin l-MFA bniet relazzjoni mill-aqwa kemm mal-UEFA kif ukoll mal-FIFA. Dan jista' jiġi rifless ukoll f 'ċerti appointments li ngħataw lil Dr Chris Bonett bħala Integrity Officer tal- UEFA, liema persuna illum m'għadux jokkupa din il- kariga kif ukoll Bjorn Vassallo li nħatar bħala Direttar tal-Assoċjazzjonijiet Ewropej fi ħdan il-FIFA ftit iktar minn sena ilu. U propju rigward dan il-fatt li dan il-ġurnal saqsa lil Dr Angelo Chetcuti kemm dan il-każ anke f 'eku tal-każ Malta v Norveġja fejn Kevin Sammut kien ġie sospiż għal għomru jista' jtappan il- kreddibiltà kemm tal-football Malti kemm lokalment u anki f 'fora Ewropej. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA wieġeb fl-affermattiv fejn qal li każ bħal dan xejn ma jgħin biex tiġi msaħħa l-kredibbiltà tal-football Malti iżda żgur li l-MFA se tkomli tiġġieled bl-akbar arma li għandha biex tiġġieled dan il-kankru li hija l-edukazzjoni anki permezz tal-Integrity Officer fi ħdanha Franz Tabone. Emanuel Bri a Kyle Cesare Ryan Caenzuli Samir Arab Llywelyn Cremona Luke Montebello Dr Angelo Chetcuti u Kevin Azzopardji jindirizzaw lill- media preżenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 January 2018